Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0041

Kawża T-41/10: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Frar 2010 — SIMS — Ecole de ski internationale vs UASI (esf école du ski français)

OJ C 100, 17.4.2010, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/50


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2010 — SIMS — Ecole de ski internationale vs UASI (esf école du ski français)

(Kawża T-41/10)

2010/C 100/76

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Syndicat international des moniteurs de ski — Ecole de ski internationale (SIMS — Ecole de ski internationale) (Albertville, Franza) (rappreżentant: L. Raison-Rebufat, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Syndicat national des moniteurs du ski français (SNMSF) (Meylan, Franza)

Talbiet tar-rikorrent

tirriforma u tannulla fl-intier tagħha d-Deċiżjoni Nru R 235/2009-1 mogħtija fil-11 ta’ Novembru 2009 mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, u relatata mar-rikors għal annullament ippreżentat mir-rikorrent kontra d-deċiżjoni Nru 2557 C tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI li tiċħad it-talba tiegħu għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 4 624 987 minħabba ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(1)(h) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009;

tiddikjara l-invalidità tal-imsemmija trade mark Nru 4 624 987 abbażi doppja tal-:

ksur tal-Artikolu 6b(1)(a) u (c) tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi li jirreferi espressament għaliha l-Artikolu 7(h) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja;

ksur tal-Artikolu 52 tar-Regolament li jirreferi għall-Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja;

tiddikjara l-iskadenza tal-imsemmija trade mark Nru 4 624 987 abbażi tal-ksur tal-Artikolu 51(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurativa “esf école du ski français” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 28 u 41 (trade mark Komunitarja Nru 4 624 987)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Syndicat national des moniteurs du ski français

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell tal-appellant miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(h) u (g) kif ukoll tal-Artikolu 51(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top