Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0429

Kawża T-429/05: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 3 ta’ Marzu 2010 — Artegodan vs Il-Kummissjoni ( Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Deċiżjoni li timponi l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal tqegħid fis-suq — Annullament tad-deċiżjoni permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi )

OJ C 100, 17.4.2010, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2010 — Artegodan vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-429/05) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Deċiżjoni li timponi l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal tqegħid fis-suq - Annullament tad-deċiżjoni permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”)

2010/C 100/55

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Artegodan GmbH (Lüchow, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment U. Doepner, sussegwentement A. Lensing-Kramer, u finalment U. Reese u A. Sandrock, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u M. Heller, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u U. Forsthoff, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni taħt l-Artikoli 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE, intiż għall-ħlas tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2000) 453, tad-9 ta’ Marzu 2000, dwar l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għal tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li fihom is-sustanza “Amfepramone”.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Artegodan GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 48, 25.02.2006.


Top