Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TA0016

Kawża T-16/04: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 2 ta’ Marzu 2010 — Arcelor vs Il-Parlament u Il-Kunsill ( Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Talba għal annullament — Nuqqas ta’ interess dirett u individwali — Talba għal danni — Ammissibbiltà — Ksur suffiċjentement serju ta’ regola superjuri tad-dritt li tagħti drittijiet lill-individwi — Dritt ta’ proprjetà — Libertà għat-twettiq ta’ attività ekonomika — Proporzjonalità — Trattament ugwali — Libertà ta’ stabbiliment — Ċertezza legali )

OJ C 100, 17.4.2010, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2010 — Arcelor vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-16/04) (1)

(“Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Talba għal annullament - Nuqqas ta’ interess dirett u individwali - Talba għal danni - Ammissibbiltà - Ksur suffiċjentement serju ta’ regola superjuri tad-dritt li tagħti drittijiet lill-individwi - Dritt ta’ proprjetà - Libertà għat-twettiq ta’ attività ekonomika - Proporzjonalità - Trattament ugwali - Libertà ta’ stabbiliment - Ċertezza legali”)

2010/C 100/52

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Arcelor SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment W. Deselaers, B. Meyring u B. Schmitt-Rady, sussegwentement W. Deselaers u B. Meyring, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment K. Bradley u M. Moore, sussegwentement L. Visaggio u I. Anagnostopoulou, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Hoff-Nielsen u M. Bishop, sussegwentement E. Karlsson u A. Westerhof Löfflerova, u fl-aħħar nett A. Westerhof Löfflerova u K. Michoel, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: U. Wölker, aġent)

Suġġett

Minn naħa waħda, talba għall-annullament parzjali tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631), u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens tad-dannu mġarrab mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tal-imsemmija direttiva.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Arcelor SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Parlament u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU 71, 20.3.2004.


Top