EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0087

Kawża C-87/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Vicenza — Sezione distaccata di Schio — (l-Italja) fil- 15 ta’ Frar 2010 — Edil Centro SpA vs Electrosteel Europa sa

OJ C 100, 17.4.2010, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Vicenza — Sezione distaccata di Schio — (l-Italja) fil-15 ta’ Frar 2010 — Edil Centro SpA vs Electrosteel Europa sa

(Kawża C-87/10)

2010/C 100/45

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Ordinario di Vicenza

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Edil Centro SpA

Konvenuta: Electrosteel Europa sa

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 44/01 (1), u, fi kwalunkwe każ, id-dritt Komunitarja, sa fejn dan jipprovdi li l-post tat-twettiq tal-obbligu, fil-każ ta’ bejgħ ta’ oġġetti, huwa l-post fejn l-oġġetti ġew kunsinjati jew suppost li kienu kunsinjati skont il-kuntratt, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-post tal-kunsinna, li huwa rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-qorti li għandha ġurisdizzjoni, huwa dak tad-destinazzjoni finali tal-oġġetti li huma s-suġġett tal-kuntratt jew dak fejn il-bejjiegħ iwettaq l-obbligu tiegħu ta’ kunsinna, skont ir-regoli sostantivi applikabbli għall-każ partikolari, jew inkella, huwa possibbli li tingħata interpretazzjoni differenti tad-dispożizzjoni ċċitata?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)


Top