Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0077

Kawża C-77/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fid- 9 ta’ Frar 2010 — Ugo Cifone vs Giudice delle indagini preliminari del Tribunale di Trani

OJ C 100, 17.4.2010, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fid-9 ta’ Frar 2010 — Ugo Cifone vs Giudice delle indagini preliminari del Tribunale di Trani

(Kawża C-77/10)

2010/C 100/42

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte Suprema di Cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ugo Cifone

Domanda preliminari

(1)

Liema hija l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-Artikoli 43 u 49 KE dwar il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-settur tal-imħatri fuq avvenimenti sportivi, sabiex jiġi ddeterminat jekk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat iċċitati iktar ’il fuq jawtorizzawx jew le leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi monopolju favur l-Istat u sistema ta’ liċenzji u awtorizzazzjonijiet li, fil-kuntest ta’ numru determinat ta’ liċenzji, tipprovdi: a) l-eżistenza ta’ tendenza ġenerali li tipproteġi persuni li għandhom liċenzji li nħarġu preċedentement abbażi ta’ proċedura li illegalment eskludiet operaturi oħra; b) il-preżenza ta’ dispożizzjonijiet li fil-fatt jiggarantixxu ż-żamma ta’ pożizzjonijiet kummerċjali li nkisbu permezz ta’ proċedura li illegalment eskludiet ċerti operaturi (pereżempju, billi pprekludiet li persuni liċenzjati ġodda jinstallaw il-kjosk minn tal-inqas f’distanza speċifika minn dawk li diġà jeżistu); u ċ) l-iffissar ta’ sitwazzjonijiet li jwasslu għar-revoka tal-liċenzja u għal kisba ta’ depożiti ta’ garanzija ta’ ammonti kbar, inkluż il-każ fejn il-persuna liċenzjata direttament jew indirettament topera attivitajiet ta’ logħob tal-ażżard transkonfinali simili għal dawk tal-liċenzja?


Top