Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0048

Kawża C-48/10: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

OJ C 100, 17.4.2010, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/24


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-48/10)

2010/C 100/35

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A. Alcover San Pedro, aġent)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet tar-rikorrenti

Tiddikjara li peress li ma adottax il-miżuri meħtieġa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw, permezz ta’ permessi skont l-Artikoli 6 u 8 jew, kif xieraq, billi jikkunsidraw mill-ġdid u, fejn meħtieġ, billi jaġġornaw il-kundizzjonijiet, li l-installazzjonijiet eżistenti joperaw skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 3, 7, 9, 10 u 13, l-Artikolu 14(a) u (b) u l-Artikolu 15(2) mhux iktar tard mit-30 ta’ Ottubru 2007, bla ħsara għall-leġiżlazzjoni speċifika tal-Komunità, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (Direttiva IPPC)

Tikkundanna lil-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE, it-terminu sabiex jitwettaq l-obbligu li l-installazzjonijiet eżistenti jiġu adattati mar-rekwiżiti tad-Direttiva IPPC, permezz tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni ambjentali integrata, skada fit-30 ta’ Ottubru 2007.

Sal-lum, fi Spanja għad hemm diversi installazjonijiet eżistenti li joperaw mingħajr l-imsemmija awtorizzazzjoni. Il-proċess ta’ għoti ta’ awtorizzazzjonijiet ambjentali tħaffef wara l-ftuħ ta’ proċedura bbażata fuq dan il-ksur, minkejja li, madankollu, dan ma wassalx sabiex il-ksur jintemm, la fit-terminu previst fl-opinjoni motivata u lanqas, skont l-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni, sal-lum. Skont id-data pprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali bi tweġiba għall-opinjoni motivata, sal-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata sabiex jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5(1) tad-direttiva, kien għad fadal 533 installazzjoni eżistenti li kienu għadhom joperaw mingħajr l-awtorizzazzjoni IPPC mandatorja.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa evidenti li r-Renju ta’ Spanja għadu qed jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija dispożizzjoni.


(1)  ĠU L 24, p. 8


Top