Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0042

Kawża C-42/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Belġju) fil- 25 ta’ Jannar 2010 — Vlaamse Dierenartsenvereniging VZW u Marc Janssens vs Ir-Renju tal-Belġju

OJ C 100, 17.4.2010, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Belġju) fil-25 ta’ Jannar 2010 — Vlaamse Dierenartsenvereniging VZW u Marc Janssens vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-42/10)

2010/C 100/31

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State (Il-Belġju)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vlaamse Dierenartsenvereniging VZW u Marc Janssens

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Parti intervenjenti: Luk Vangheluwe

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 3(b), 4(2), 5, u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets [annimali domestiċi] u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u l-artikoli u l-annessi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2003/803/KE (2), tas-26 ta’ Novembru 2003, li tistabbilixxi mudell ta’ passaport tal-movimenti fil-Komunità ta’ klieb, qtates u nemes, jipprekludu li sistema nazzjonali fil-qasam tal-passaporti għal qtates u għal nemes tirreferi, minn naħa, għall-mudell u għar-rekwiżiti addizzjonali stabbilti bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Novembru 2003 imsemmija iktar ’il fuq, iżda, min-naħa l-oħra, timponi b’mod addizzjonali li kull passaport ikollu numru uniku kompost minn tlettax-il simbolu, jiġifieri l-kodiċi ISO tal-Belġju “BE”, segwit min-numru ta’ approvazzjoni tad-distributur kompost minn żewġ ċifri u minn numru sussegwenti ta’ disa’ ċifri?

(2)

L-Artikoli 3(b), 4(2), 5 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 998/2003 […] u l-artikoli u l-annessi tad-Deċiżjoni Nru 2003/803/KE […] jipprekludu li sistema nazzjonali tuża wkoll il-mudell ta’ passaport Ewropew għall-annimali domestiċi bħala prova tal-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni ta’ klieb, u, barra minn hekk, tistabbilixxi li terzi jagħmlu bidliet, permezz ta’ tikketti ta’ identifikazzjoni li jitwaħħlu waħedhom, li jirrigwardaw l-identifikazzjoni tas-sid u tal-annimal fil-partijiet I sa III tal-passaport Ewropew għall-annimali domestiċi u li huma vverifikati minn veterinarju rikonnoxxut, bir-riżultat li tiżdied id-data tal-identifikazzjoni preċedenti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 39, p. 75

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 41, p. 198


Top