Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0562

Kawża C-562/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 25 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Müller Fleisch GmbH vs Land Baden-Württemberg ( Sistema ta’ sorveljanza tal-enċifalopatija sponġiformi bovina — Regolament (KE) Nru 999/2001 — Annimali tal-ifrat ta’ età akbar minn 30 xahar — Qatla normali — Laħam destinat għall-konsum tal-bniedem — Test ta’ screening obligatorju — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Obbligu ta’ screening — Estensjoni — Annimali tal-ifrat ta’ età akbar minn 24 xahar )

OJ C 100, 17.4.2010, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Müller Fleisch GmbH vs Land Baden-Württemberg

(Kawża C-562/08) (1)

(“Sistema ta’ sorveljanza tal-enċifalopatija sponġiformi bovina - Regolament (KE) Nru 999/2001 - Annimali tal-ifrat ta’ età akbar minn 30 xahar - Qatla normali - Laħam destinat għall-konsum tal-bniedem - Test ta’ screening obligatorju - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Obbligu ta’ screening - Estensjoni - Annimali tal-ifrat ta’ età akbar minn 24 xahar”)

2010/C 100/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Müller Fleisch GmbH

Konvenut: Land Baden-Württemberg

Suġġett

Talba għal deċizjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) flimkien mal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001, tat-22 ta’ Mejju 2001, li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 32 p. 289 — 328), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1248/2001 tat-22 ta’ Ġunju 2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3 Vol. 32 p. 450 — 460) — Issuġġettar tal-bovini kollha ta’ iktar minn 30 xahar, maqtula f’ċirkustanzi f’kundizzjonijiet normali u intiżi għall-konsum mill-bniedem, għal test ta’ screening għall-BSE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li testendi l-obbligu ta’ screening għall-bovini kollha ta’ età ta’ iktar minn 24 xahar

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered u l-Anness III, Kapitolu A, Parti I, ta’ dan ir-regolament, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1248/2001, tat-22 ta’ Ġunju 2001, ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali milli teżiġi li l-annimali tal-ifrat kollha ta’ età akbar minn 24 xahar għandhom jiġu sottoposti għal testijiet ta’ screening tal-enċifalopatija sponġiformi bovina.


(1)  ĠU C 69, 21.3.2009


Top