EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/058/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5792 – Bosch/Deutz/Eberspächer) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ C 58, 10.3.2010, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5792 – Bosch/Deutz/Eberspächer)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 58/06

1.

Fis-26 ta’ Frar 2010 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Robert Bosch GmbH (“Bosch”, il-Ġermanja), Deutz Abgastechnik GmbH (“Deutz”, il-Ġermanja) u Eberspächer GmbH & Co. KG (“Eberspächer”, il-Ġermanja) iwaqqfu u b’mod konġunt jikkontrollaw impriża konġunta ġdida bil-funzjonijiet kollha fl-oqsma ta’ sistemi sħaħ ta' trattament ta’ exhaust tad-diżil sew għal makkinarju mobbli mhux tat-triq kif ukoll vetturi ta’ utilità speċjali li ġew immanifatturati f’serje ta’ ammonti żgħar u kif ukoll riġenerazzjoni attiva ta’ filtri tal-partiċelli tal-ġmied tad-diżil.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Bosch: inġinerija awtomobilistika, inġinerija industrijali, inġinerija ta' oġġetti konsumibbli u kif ukoll l-inġinerija tas-servizzi tal-bini (madwar id-dinja kollha),

għal Deutz: magni li jaħdmu bid-diżil (madwar id-dinja kollha),

għal Eberspächer: teknoloġija tal-emissjonijiet u heaters għall-vetturi (madwar id-dinja kollha).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5792 – Bosch/Deutz/Eberspächer, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top