Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/195/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5421 – Panasonic/Sanyo) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ C 195, 19.8.2009, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/23


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5421 – Panasonic/Sanyo)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 195/07

1.

Fil-11 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Panasonic Corporation (“Panasonic”, il-Ġappun) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 1(3)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll sħiħ tal-impriża Sanyo Electric Co., Ltd. (“Sanyo”, il-Ġappun) permezz ta' offerta pubblika.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Panasonic: l-iżvilupp, manifattura u bejgħ ta’ prodotti awdjoviżivi u ta’ komunikazzjoni, tagħmir tad-dar, komponenti u u apparat elettroniċi (inklużi batteriji), prodotti industrijali u oħrajn,

għal Sanyo: l-iżvilupp, manifattura u bejgħ ta’ prodotti tal-konsumatur, apparat kummerċjali, komponenti elettroniċi (inklużi batteriji), tagħmir għal-loġistika/manutenzjoni industrijali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5421 – Panasonic/Sanyo, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top