Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0041

Kawża T-41/09: Rikors ippreżentat fis- 27 ta' Jannar 2009 — Hipp & Co vs UASI — Nestlé (Bebio)

OJ C 82, 4.4.2009, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/32


Rikors ippreżentat fis-27 ta' Jannar 2009 — Hipp & Co vs UASI — Nestlé (Bebio)

(Kawża T-41/09)

(2009/C 82/56)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hipp & Co (Sachseln, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: A. Bognár u M. Kinkeldey, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sociéte des Produits Nestlé, S.A. (Vevey, l-Iżvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta' Novembru 2008 fil-Każ R 1790/2007-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Hipp & Co

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “Bebio”, għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark internazzjonali rreġistrata bin-Numru 187 436 tat-trade mark verbali “BEBA” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30; it-trade mark Komunitarja rreġistrata bin-Numru 3 043 387 tat-trade mark verbali “BEBA” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 billi l-Bord tal-Appell żbalja meta kkunsidra li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati


Top