Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0048

Kawża C-48/09: Appell ippreżentat fit- 2 ta' Frar 2009 minn Lego Juris A/S kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tmien Awla) tat- 12 ta' Novembru 2008 fil-Kawża T-270/06: Lego Juris A/S vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza Mega Brands, Inc.

OJ C 82, 4.4.2009, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/19


Appell ippreżentat fit-2 ta' Frar 2009 minn Lego Juris A/S kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tmien Awla) tat-12 ta' Novembru 2008 fil-Kawża T-270/06: Lego Juris A/S vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza Mega Brands, Inc.

(Kawża C-48/09)

(2009/C 82/34)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Lego Juris A/S (rappreżentanti: V. von Bomhard, Rechtsanwältin, T. Dolde, A. Renck, Rechtsanwälte)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza, minħabba li din tikser l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (RTMK) (1)

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tissottometti li s-sentenza appellata tikser l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-RTMK. L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza:

a)

interpretat l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-RTMK b'mod li effettivament jeskludi mill-protezzjoni tat-trade mark kull forma li għandha funzjoni, indipendentement mill-fatt jekk il-kriterji tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-RTMK kif definiti mill-Qorti tal-Ġustizzja fid-deċiżjoni Philips vs Remington (2) humiex soddisfatti jew le.

b)

applikat il-kriterji żbaljati fl-identifikazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali ta' trade mark tridimensjonali; u

c)

applikat test ta' funzjonalità żbaljat minħabba li (i) ma llimitatx l-evalwazzjoni tagħha għall-karatteristiċi essenzjali tat-trade mark inkwistjoni u, (ii) ma ddefinitx il-kriterji adatti sabiex ikun evalwat jekk karatteristika ta' forma hijiex funzjonali u, b'mod partikolari, irrifjutat li tikkunsidra ebda disinni alternattivi potenzjali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1)

(2)  Sentenza tat-18 ta' Ġunju 2002, Philips, (C-299/99, Ġabra p. I-5475).


Top