Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0003

Kawża C-3/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d'appel de Gand (il-Belgju) fit- 8 ta' Jannar 2009 — Erotic Center BVBA vs L-Istat tal-Belgju

OJ C 82, 4.4.2009, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d'appel de Gand (il-Belgju) fit-8 ta' Jannar 2009 — Erotic Center BVBA vs L-Istat tal-Belgju

(Kawża C-3/09)

(2009/C 82/20)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Cour d'appel de Gand

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Erotic Center BVBA

Konvenut: L-Istat tal-Belgju

Domandi preliminari

Kabina, magħmula minn spazju li jista' jingħalaq u li fih tista' toqgħod persuna waħda, li fiha din il-persuna tista' tara filmati fuq skrin tat-televixin bi ħlas, fejn din il-persuna tibda l-projezzjoni tal-filmat hija stess billi titfa' munita u tiddisponi minn għażla bejn diversi filmati li hija tista' tbiddel kemm trid waqt il-perijodu li tkun ħalset għalih, tista' tiġi kkunsidrata bħala “ċinema” fis-sens tal-kategorija 7 tal-Anness H tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill Nru 77/388/KEE (1) tas-17 ta' Mejju 1977 (li saret in-Nru 7 tal-Anness III, tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2006/112/KE (2) tat-28 ta' Novembru 2006)?


(1)  Direttiva fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).

(2)  Direttiva dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


Top