Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0488

Kawża C-488/08: Appell ippreżentat fit- 12 ta' Novembru 2008 minn Matthias Rath mis-sentenza mogħtija fit- 8 ta' Settembru 2008 mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) fil-Kawża T-373/06 — Matthias Rath vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern

OJ C 82, 4.4.2009, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/9


Appell ippreżentat fit-12 ta' Novembru 2008 minn Matthias Rath mis-sentenza mogħtija fit-8 ta' Settembru 2008 mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) fil-Kawża T-373/06 — Matthias Rath vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern

(Kawża C-488/08)

(2009/C 82/16)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Matthias Rath (rappreżentanti: S. Ziegler, C. Kleiner u F. Dehn, avukati)

Parti oħra: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tat-8 ta' Settembru 2008 (Kawża T-373/06);

tilqa' t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza, u

tikkundanna lill-UASI kif ukoll lill-intervenjent għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti tal-Prim'Istanza kkonfermat fis-sentenza appellata d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell li teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark verbali “EPICAN” li għaliha saret applikazzjoni mill-appellant u t-trade mark verbali Komunitarja preċedenti “EPIGRAN” għas-supplimenti tal-ikel u għas-sustanzi dijetetiċi għal użu non-mediku.

L-appellant jibbaża l-appell tiegħu fuq ksur mill-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94. Il-Qorti tal-Prim'Istanza bbażat ruħha fuq fatti ineżatti sabiex tevalwa x-xebh bejn il-prodotti u s-sinjali. Kieku l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet evalwazzjoni korretta tal-fatti, hija kienet neċessarjament tikkonkludi li ma teżistix probabbiltà ta' konfużjoni bejn is-sinjali kunfliġġenti. Dan jgħodd iktar u iktar jekk il-konsumaturi juri livell ta' attenzjoni ogħla għall-prodotti inkwistjoni.


Top