Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0339

Kawża C-339/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-ewwel Awla) tat- 12 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Christopher Seagon, bħala likwidatur ta' Frick Teppichboden Supermärkte GmbH, vs Deko Marty Belgium NV (Kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili — Proċedimenti ta' falliment — Qorti kompetenti)

OJ C 82, 4.4.2009, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-ewwel Awla) tat-12 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja) — Christopher Seagon, bħala likwidatur ta' Frick Teppichboden Supermärkte GmbH, vs Deko Marty Belgium NV

(Kawża C-339/07) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili - Proċedimenti ta' falliment - Qorti kompetenti)

(2009/C 82/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Christopher Seagon bħala likwidatur ta' Vermögen der Frick Teppichboden Supermärkte GmbH

Konvenut: Deko Marty Belgium NV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta' Mejju 2000, dwar proċedimenti ta' falliment (ĠU L 160, p. 1) u tal-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU 2001 L 12, p. 1) — Kompetenza tal-qorti tal-Istat Membru li huwa ċ-ċentru ta' interessi prinċipali tad-debitur għal deċiżjonijiet li jidderivaw direttament mill-proċedimenti ta' falliment u li huma marbutin mill-qrib magħhom — Azzjoni (Inzolvenzanfechtungsklage) għal ħlas lura ta' pagament mid-debitur lil kumpannija li għandha l-uffiċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru ieħor.

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta' Mejju 2000, dwar il-proċedimenti ta' falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nfetħu l-proċedimenti ta' falliment għandhom il-ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar azzjoni revokatorja bbażata fuq il-falliment u intiża kontra konvenut li jkollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fi Stat Membru.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007.


Top