Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XP0347

L-implimentazzjoni tal-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-UE u l-Kolombja u l-Perù ***I Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit- 13 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-klawsola ta' slavagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja u l-Peru (COM(2011)0600 – C7-0307/2011 – 2011/0262(COD))

OJ C 353E , 3.12.2013, p. 304–312 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 353/304


Il-Ħamis 13 ta’ Settembru 2012
L-implimentazzjoni tal-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-UE u l-Kolombja u l-Perù ***I

P7_TA(2012)0347

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-klawsola ta' slavagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja u l-Peru (COM(2011)0600 – C7-0307/2011 – 2011/0262(COD)) (1)

2013/C 353 E/51

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

 

(3a)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti strumenti ta’ salvagwardja xierqa biex tkun evitata ħsara serja lill-kultivazzjoni tal-Unjoni tal-banana, settur ta' importanza kbira fil-produzzjoni agrikola finali ta’ ħafna mir-reġjuni ultraperiferiċi. Il-kapaċità limitata ta’ diversifikazzjoni ta’ dawn ir-reġjuni, konsegwenza tal-karatteristiċi naturali tagħhom, twassal biex is-settur tal-banana jkun settur partikolarment vulnerabbli. Għalhekk huwa essenzjali li jinħolqu mekkaniżmi effikaċi biex jindirizzaw l-importazzjonijiet preferenzjali minn pajjiżi terzi, sabiex jiġi garantit li l-produzzjoni tal-Unjoni tal-banana, li huwa settur kruċjali tal-impjieg speċjalment fir-reġjuni ultraperiferiċi, jinżamm f’kundizzjonijiet ottimi.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

 

(4a)

Il-monitoraġġ mill-qrib tal-importazzjonijiet tal-banana se jiffaċilita kwalunkwe deċiżjoni f'waqtha rigward l-attivazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ stabilizzazzjoni għall-banana, it-tnedija ta’ investigazzjoni jew l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tintensifika l-monitoraġġ regolari tal-importazzjonijiet fis-settur tal-banana mid-data tal-applikazzjoni tal-Ftehim.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 5

(5)

Il-miżuri ta' salvagwardja għandhom jitqiesu biss jekk il-prodott ikkonċernat jiġi importat fl-Unjoni fi kwantitajiet daqstant ikbar min-normal, f'termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni tal-Unjoni, u f'kundizzjonijiet li jikkawża, jew jhedded li jikkawża, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni ta' prodotti simili jew li jkunu f'kompetizzjoni diretta kif stabbilit fl-Artikolu 48 tal-Ftehim.

(5)

Il-miżuri ta' salvagwardja għandhom jitqiesu biss jekk il-prodott ikkonċernat jiġi importat fl-Unjoni fi kwantitajiet daqstant ikbar min-normal, f'termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni tal-Unjoni, u f'kundizzjonijiet li jikkawża, jew jhedded li jikkawża, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni ta' prodotti simili jew li jkunu f'kompetizzjoni diretta kif stabbilit fl-Artikolu 48 tal-Ftehim. Skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fir-rigward tal-prodotti u s-setturi ekonomiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi, għandhom jiġu introdotti miżuri ta' salvagwardja malli importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat jikkaġunaw jew jheddu li jikkaġunaw ħsara lill-produtturi ta’ prodotti simili jew prodotti direttament kompetittivi fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

 

(5a)

Dannu serju jew theddida ta' dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni jista’ jiġi kkaġunat ukoll minħabba n-nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligi speċifiċi tat-Titolu IX dwar “Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli” tal-Ftehim – b’mod partikolari fir-rigward tal-istandards soċjali u ambjentali stipulati fih.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 6

(6)

Il-miżuri ta' salvagwardja għandhom ikunu minn fost dawk it-tipi msemmija fl-Artikolu 50 tal-Ftehim.

(6)

Il-miżuri ta' salvagwardja għandhom ikunu minn fost dawk it-tipi msemmija fl-Artikolu 50 tal-Ftehim. Għandhom jiġu previsti miżuri speċifiċi ta' salvagwardja meta l-prodotti u s-setturi ekonomiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi jsibu rwieħom mhedda, skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

 

(7a)

Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja u l-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana, li għandu jinkludi statistika aġġornata u affidabbli dwar l-importazzjonijiet mill-Kolombja u l-Perù u valutazzjoni tal-impatt tagħhom fuq il-prezzijiet tas-suq, l-impjiegi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Unjoni u l-iżvilupp tas-settur ta' produzzjoni tal-Unjoni, b’attenzjoni speċjali għall-produtturi u l-kooperattivi żgħar. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-almu tagħha biex tinkludi analiżi tal-impatt tal-Ftehim u ta' dan ir-Regolament dwar il-produzzjoni u l-konsum organiċi fl-Unjoni u l-flussi ta' Kummerċ Ġust bejn il-partijiet kollha tal-Ftehim.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

 

(7b)

L-isfidi straordinarji fil-Kolombja u l-Perù fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, soċjali, tax-xogħol u ambjentali inkonnessjoni ma’ prodotti mill-Kolombja u l-Perù jitolbu djalogu mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-UE.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 8

(8)

Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ftuħ tal-proċedimenti. Il-Kummissjoni għandha tirċievi tagħrif li jinkludi l-evidenza disponibbli mill-Istati Membri dwar kull xejra fl-importazzjonijiet li tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja.

(8)

Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ftuħ tal-proċedimenti. Il-Kummissjoni għandha tirċievi tagħrif li jinkludi l-evidenza disponibbli mill-Istati Membri u partijiet interessati u għandha titlob mis-setturi involuti, tagħrif dwar kull xejra fl-importazzjonijiet li tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

 

(8a)

Fil-każ li l-Parlament Ewropew jadotta rakkomandazzjoni għall-ftuħ ta’ investigazzjoni ta’ salvagwardja, il-Kummissjoni se teżamina bir-reqqa jekk ġewx sodisfatti l-kundizzjonijiet tar-Regolament għal ftuħ ex-officio. Fil-każ li l-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet ma ġewx sodisfatti, hi se tippreżenta rapport lill-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew li jinkludi spjegazzjoni tal-fatturi kollha relevanti għall-ftuħ ta’ investigazzjoni bħal din.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

 

(10a)

Il-kompiti ta’ segwitu u reviżjoni tal-Ftehim u, jekk ikun meħtieġ, l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja għandhom isiru bl-aktar mod trasparenti possibbli u bl-involviment tas-soċjetà ċivili. Għal dak il-għan, jeħtieġ li l-kumitati tal-Unjoni għall-impjieg u l-ambjent jew għall-iżvilupp sostenibbli jkunu inklużi f’kull stadju tal-proċess.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 10b (ġdida)

 

(10b)

F’xi każijiet, żieda fl-importazzjonijiet ikkonċentrata f’wieħed jew aktar mir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni tista’ tikkaġuna jew thedded li tikkaġuna deterjorament serju fis-sitwazzjoni ekonomika tiegħu jew tagħhom. Fil-każ li jkun hemm żieda fl-importazzjonijiet ikkonċentrata f’wieħed jew aktar mir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tintroduċi miżuri ta’ sorveljanza preċedenti.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 14

(14)

Miżuri ta' salvagwardja għandhom jiġu applikati biss sa fejn, u għal tant żmien, kif jista' jinħtieġ biex ma jsirx dannu serju u biex jiġi ffaċilitat l-aġġustament. It-tul ta’ żmien massimu tal-miżuri ta’ salvagwardja għandu jkun iddeterminat u għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-estensjoni u r-reviżjoni ta’ dawn il-miżuri, kif imsemmi fl-Artikolu 52 tal-Ftehim.

(14)

Miżuri ta' salvagwardja għandhom jiġu applikati biss sa fejn, u għal tant żmien, kif jista' jinħtieġ biex ma jsirx dannu serju u biex jiġi ffaċilitat l-aġġustament. It-tul ta’ żmien massimu tal-miżuri ta’ salvagwardja għandu jkun iddeterminat u għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-estensjoni u r-reviżjoni ta’ dawn il-miżuri, kif imsemmi fl-Artikolu 52 tal-Ftehim. Fir-rigward ta’ miżuri ta' salvagwardja mdaħħla biex jitħarsu l-produzzjoni u s-servizzi ekonomiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi, għandhom japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

 

(14a)

Il-monitoraġġ mill-qrib għandu jiffaċilita kwalunkwe deċiżjoni f’waqtha dwar il-ftuħ possibbli ta’ investigazzjoni jew l-impożizzjoni ta’ miżuri. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tissorvelja b’mod regolari l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet f’setturi sensittivi, bħalma hu tal-banana, mid-data ta’ applikazzjoni tal-Ftehim.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

 

(14b)

Jeħtieġ li ssir insistenza dwar l-importanza tal-konformità mal-istandards internazzjonali tax-xogħol imfassla u sorveljati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol. Id-difiża tax-xogħol deċenti għal kulħadd għandha tkun prijorità assoluta u l-banana impurtata mill-Kolombja u mill-Perù trid tkun tkabbret b'kundizzjonijiet salarjali ġusti u taħt kundizzjonijiet soċjali u ambjentali deċenti, sabiex jiġi żgurat li l-produtturi tal-Unjoni ma jkunux vittmi ta' dumping li ma jkunux jistgħu jikkumpensaw għalih, u li dan jikkomprometti b'mod definittiv il-kompetittività tagħhom fis-suq dinji tal-banana.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

 

(16a)

Il-Kummissjoni għandha tagħmel użu diliġenti u effettiv tal-Mekkaniżmu ta' Stabbilizzazzjoni għall-Banana sabiex tiġi evitata theddida ta' deterjorament serju jew deterjorament serju għall-produtturi fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u, minn Jannar tal-2020, tuża strumenti eżistenti bħall-klawsola ta' salvagwardja jew, jekk meħtieġ, tibda' taħseb dwar l-iżvilupp ta' strumenti ġodda li, fil-każ ta' tfixkil serju tas-suq, se jagħmluha possibbli li tiġi ppreservata l-kompetittività ta' setturi ta' produzzjoni fl-Unjoni u partikolarment fir-reġjuni ultraperiferiċi.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt e a (ġdid)

 

(ea)

"deterjorament serju" ifisser tfixkil sinifikanti f'settur jew f'industrija; "theddida ta’ deterjorament serju" tfisser tfixkil sinfikanti imminenti b'mod ċar.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Artikolu 2a (ġdid)

 

Artikolu 2a

Monitoraġġ

1.     Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-prodotti Kolombjani u Peruvjani, partikolarment f'setturi sensittivi, inkluż dak tal-banana. Għal dan il-għan, se tikkoopera u twettaq skambju ta' data b'mod regolari mal-Istati Membri u l-industrija tal-Unjoni u mal-partijiet interessati kollha.

2.     Fuq talba debitament iġġustifikata mill-industriji kkonċernati, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li twessa’ l-kamp ta' applikazzjoni tal-monitoraġġ għal setturi oħra.

3.     Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali ta' monitoraġġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar statistika aġġornata dwar l-importazzjonijiet mill-Kolombja u l-Perù ta' prodotti fis-setturi sensittivi u f'dawk is-setturi li għalihom ġie estiż il-monitoraġġ, inkluż dak tal-bannana.

4.     Fir-rapport ta' monitoraġġ tagħha, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-almu tagħha biex tinkludi r-rati ta' impjieg u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-produtturi tal-banana fil-Kolombja u l-Perù sabiex jiġu evitati l-forom kollha ta' dumping.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Artikolu 2b (ġdid)

 

Artikolu 2b

Djalogu dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Ftehim

Il-Kummissjoni għandha twaqqaf djalogu sistematiku mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-impatt tal-Ftehim.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

1.   Għandha tinfetaħ investigazzjoni fuq talba ta' Stat Membru, minn kwalunkwe persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li tkun qed taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jekk il-Kummissjoni jidhrilha li hemm biżżejjed evidenza prima facie, kif stabbilit abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5), li tiġġustifika tali ftuħ.

1.   Għandha tinfetaħ investigazzjoni fuq talba ta' Stat Membru, minn kwalunkwe persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li tkun qed taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, mill-Parlament Ewropew jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jekk il-Kummissjoni jidhrilha li hemm biżżejjed evidenza prima facie, kif stabbilit abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5), li tiġġustifika tali ftuħ.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

3.   Tista’ tinbeda wkoll investigazzjoni fil-każ li jkun hemm żieda qawwija tal-importazzjonijiet ikkonċentrati fi Stat Membru wieħed jew f’diversi Stati Membri, bil-kundizzjoni li jkun hemm biżżejjed evidenza prima facie li l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ikunu ġew sodisfatti, kif stabbilit abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5).

3.   Investigazzjoni tista' tinfetaħ ukoll fil-każ li jkun hemm żieda qawwija tal-importazzjonijiet ikkonċentrati fi Stat Membru wieħed jew f'għadd ta' Stati Membri jew reġjuni ultraperiferiċi, bil-kundizzjoni li jkun hemm biżżejjed evidenza prima facie li l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ikunu ġew sodisfatti, kif stabbilit abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5).

Emenda 21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

5.   Fl-investigazzjoni l-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-fatturi kollha rilevanti ta' natura oġġettiva u kwantifikabbli li għandhom influwenza fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud mill-importazzjonijiet żejda, it-tibdil fil-livell tal-bejgħ, il-produzzjoni, il-produttività, l-użu tal-kapaċità, il-qligħ u t-telf, u l-impjieg. Din il-lista mhix eżawrjenti u l-Kummissjoni tista’ tqis fatturi oħra rilevanti meta tkun qed tiddetermina l-eżistenza ta’ dannu serju jew theddida ta’ dannu serju, bħalma huma l-istokkijiet, il-prezzijiet, ir-redditu fuq il-kapital użat, il-likwidità, u fatturi oħra li jkunu qed jikkawżaw jew li diġà jkunu kkawżaw dannu serju, jew jheddu li jikkawżaw dannu serju lill-industrija tal-Unjoni.

5.   Fl-investigazzjoni l-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-fatturi kollha rilevanti ta' natura oġġettiva u kwantifikabbli li għandhom influwenza fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud mill-importazzjonijiet żejda, it-tibdil fil-livell tal-bejgħ, il-produzzjoni, il-produttività, l-użu tal-kapaċità, il-qligħ u t-telf, u l-impjieg u l-kundizzjonijiet tax-xogħol . Din il-lista mhix eżawrjenti u l-Kummissjoni tista’ tqis fatturi oħra relevanti meta tkun qed tistabbilixxi l-eżistenza ta’ dannu serju jew theddida ta' dannu serju, bħalma huma l-istokkijiet, il-prezzijiet, ir-ritorn fuq il-kapital użat, il-likwidità, l-effetti fuq l-impjieg u fatturi oħra li jkunu qed jikkawżaw jew għandu mnejn ikkawżaw dannu serju, jew jheddu li jikkawżaw dannu serju lill-industrija tal-Unjoni.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)

 

5a.     Barra minn hekk, fl-investigazzjoni l-Kummissjoni għandha tevalwa, l-osservanza mill-Kolombja u mill-Perù tal-istandards soċjali u ambjentali stipulati fit-Titolu IX tal-Ftehim u kwalunkwe konsegwenza fuq il-prezzijiet jew vantaġġ kompetittiv inġust li potenzjalment iwassal għal dannu serju jew theddida ta’ dannu serju għall-produtturi jew setturi speċifiċi tal-ekonomija fl-Unjoni.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

4.   Qabel kull estensjoni skont il-paragrafu 3, għandha tinfetaħ investigazzjoni fuq talba ta' Stat Membru, minn kwalunkwe persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li tkun qed taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jekk il-Kummissjoni jidhrilha li hemm biżżejjed provi prima facie, li huma sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5).

4.   Qabel kull estensjoni skont il-paragrafu 3, għandha tinfetaħ investigazzjoni fuq talba ta' Stat Membru, minn kwalunkwe persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li tkun qed taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, mill-Parlament Ewropew jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jekk hemm biżżejjed provi prima facie, li huma sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5).

Emenda 24

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid)

 

Artikolu 11a

Rapport

1.     Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim u ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri provviżorji u definittivi, miżuri ta’ sorveljanza minn qabel, miżuri ta’ sorveljanza u ta’ salvagwardja reġjonali, it-tmiem ta’ investigazzjonijiet mingħajr miżuri, u l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-issodisfar tal-obbligi li jitqajmu minnhom, inkluża l-informazzjoni li tingħata mill-partijiet interessati.

2.     Ir-rapport għandu jinkludi statistika aġġornata dwar l-importazzjonijiet tal-banana mill-Kolombja u l-Perù u l-impatt dirett u indirett tagħhom fuq l-iżvilupp tal-impjiegi u l-kundizzjonijiet ta’ ħidma fis-settur tal-produzzjoni tal-Unjoni.

3.     Taqsimiet speċjali tar-rapport għandhom jivvalutaw it-twettiq tal-obbligi skont it-Titolu IX tal-Ftehim, u l-azzjoni li tittieħed f’dak ir-rigward mill-Kolombja u l-Perù skont il-mekkaniżmi interni tagħhom u r-riżultati tad-djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kif stipulat fl-Artikolu 282 tal-Ftehim.

4.     Ir-rapport għandu jippreżenta wkoll ġabra qasira tal-istatistika u tal-iżvilupp tal-kummerċ mal-Kolombja u l-Perù.

5.     Il-Parlament Ewropew jista’, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu, sabiex tippreżenta u tispjega kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

6.     Mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4a (ġdid)

 

4a.     Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta’ proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

 

KAPITOLU I A

Artikolu 12a

Id-dispożizzjoni applikabbli għall-finijiet tal-adozzjoni tar-regoli implimentattivi meħtieġa għall-applikazzjoni tar-regoli li jinsabu fl-Appendiċi 2A tal-Anness II għall-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra "Dwar il-Kunċett ta' 'Prodotti li Joriġinaw' u l-Metodi ta' Kooperazzjoni Amministrattiva" u l-Appendiċi 2 tal-Anness I "L-eliminazzjoni tad-dazji doganali" tal-Ftehim hija l-Artikolu 247a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

 

1a.     L-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana fl-ebda każ ma twaqqaf l-attivazzjoni ta' miżuri inklużi fil-klawsola ta’ salvagwardja bilaterali.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

2.   Volum ta' importazzjoni annwali ta' skattament huwa stabbilit għall-importazzjonijiet tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1, kif indikat fit-tielet u r-raba' kolonni tat-tabella fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Ladarba l-volum ta' skattament jew għall-Kolombja jew għall-Perù jintlaħaq matul is-sena kalendarja korrispondenti, il-Kummissjoni tista' , skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(3), tissospendi temporanjament id-dazju doganali preferenzjali li jiġi applikat għall-prodotti ta' oriġini korrispondenti matul l-istess sena għal mhux aktar minn tliet xhur u li ma jaqbiżx tmiem is-sena kalendarja.

2.   Volum ta' importazzjoni annwali ta' skattament huwa stabbilit għall-importazzjonijiet tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1, kif indikat fit-tielet u r-raba' kolonni tat-tabella fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Ladarba l-volum ta' skattament jew għall-Kolombja jew għall-Perù jintlaħaq matul is-sena kalendarja korrispondenti, il-Kummissjoni għandha , skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(3), tissospendi temporanjament id-dazju doganali preferenzjali li jiġi applikat għall-prodotti ta' oriġini korrispondenti matul l-istess sena għal mhux aktar minn tliet xhur u li ma jaqbiżx tmiem is-sena kalendarja. Huwa biss f’każ ta’ sitwazzjoni straordinarja li din is-sospensjoni ma tidħolx fis-seħħ.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5a (ġdid)

 

5a.     Il-Kummissjoni se tiżgura l-monitoraġġ mill-qrib tal-iżvilupp tal-istatistiċi dwar l-importazzjonijiet tal-banana li jiġu mill-Kolombja u l-Perù. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tikkoopera u twettaq skambju ta' informazzjoni b'mod regolari mal-Istati Membri u l-partijiet interessati.

Fuq rikjesta ġustifikata min-naħa ta’ Stat Membru, l-industrija tal-Unjoni, il-Parlament Ewropew jew kwalunkwe parti interessata, il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari lil kull żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet tal-banana li jiġu mill-Kolombja u l-Perù u, jekk ikun xieraq skont it-termini tal-Artikolu 5,għandha tintroduċi miżuri ta’ sorveljanza preliminari.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5b (ġdid)

 

5b.     Il-miżuri ta’ sorveljanza preliminari għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni b’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 12(2) ladarba l-volum ta' skattament tal-mekkaniżmu jintlaħaq matul is-sena kalendarja korrispondenti.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5c (ġdid)

 

5c.     Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni, fi żmien xahar wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tagħha, għal laqgħa ad hoc tal-kumitat responsabbli tiegħu sabiex tippreżenta u tispjega kwalunwke kwistjoni marbuta mal-implimentazzjoni tal-Ftehim li taffettwa s-settur tal-banana.


(1)  Il-każ kien riferut lura lill-kumitat responsabbli biex jerġà jiġi kkunsidrat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0249/2012).


Top