Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0338

Ftehim UE-Alġerija dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika *** Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 13 ta' Settembru 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika (08283/2012 – C7-0122/2012 – 2011/0175(NLE))

OJ C 353E , 3.12.2013, p. 247–248 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 353/247


Il-Ħamis 13 ta’ Settembru 2012
Ftehim UE-Alġerija dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika ***

P7_TA(2012)0338

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika (08283/2012 – C7-0122/2012 – 2011/0175(NLE))

2013/C 353 E/45

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08283/2012),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim iffirmat fid-19 ta' Marzu 2012 (17318/2011),

wara li kkunsidra t-talba min-naħa tal-Kunsill għal approvazzjoni b'konformità mal-Artikolu 186, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0122/2012),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81, 90(7) u 46(1), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0267/2012),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija.


Top