Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0331

Ftehim UE/New Zealand dwar l-għarfien reċiproku fir-rigward tal-istima tal-konformità *** Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 12 ta' Settembru 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim UE/New Zealand li jemenda l-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku fir-rigward tal-istima tal-konformità bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand (12126/2010 – C7-0058/2012 – 2010/0139(NLE))

OJ C 353E , 3.12.2013, p. 210–211 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

3.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 353/210


L-Erbgħa 12 ta’ Settembru 2012
Ftehim UE/New Zealand dwar l-għarfien reċiproku fir-rigward tal-istima tal-konformità ***

P7_TA(2012)0331

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim UE/New Zealand li jemenda l-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku fir-rigward tal-istima tal-konformità bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand (12126/2010 – C7-0058/2012 – 2010/0139(NLE))

2013/C 353 E/41

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12126/2010),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-New Zealand li jemenda l-Ftehim dwar l-għarfien reċiproku fir-rigward tal-istima tal-konformità bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand (12151/2010),

wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt a), punt v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0058/2012),

wara li kkunsidra r-Regoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0210/2012),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tan-New Zealand.


Top