Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XP0326

Deċiżjoni li ma' jiġix oppost att iddelegat: kooperazzjoni transnazzjonali u n-negozjati kuntrattwali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma jopponix ir-regolament ta' delega tal-Kummissjoni tat- 28 ta' Ġunju 2012 li jissupplimenta r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kooperazzjoni transnazzjonali u n-negozjati kuntrattwali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (12020-12 – C(2012)4297 – 2012/2780 (RPS)

OJ C 353E , 3.12.2013, p. 76–76 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 353/76


L-Erbgħa 12 ta’ Settembru 2012
Deċiżjoni li ma' jiġix oppost att iddelegat: kooperazzjoni transnazzjonali u n-negozjati kuntrattwali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

P7_TA(2012)0326

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma jopponix ir-regolament ta' delega tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2012 li jissupplimenta r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kooperazzjoni transnazzjonali u n-negozjati kuntrattwali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (12020-12 – C(2012)4297 – 2012/2780 (RPS)

2013/C 353 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-regolament ta' delega tal-Kummissjoni (C(2012)4297),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-27 ta' Lulju 2012, fejn talbitu jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-regolament ta' delega,

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament dwar l-OKS Unika) (1), u partikolarment l-Artikolu 126(e)(1) tiegħu u l-Artikolu 196a(5) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 87a(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba inċiżi tal-Artikolu 87a (6) tar-Regoli ta' Proċedura li skada fil-11 ta' Settembru 2012,

A.

billi l-Kummissjoni enfasizzat li jkun essenzjali li l-Parlament jieħu d-deċiżjoni tiegħu qabel it-3 ta' Ottubru 2012 peress li d-dispożizzjonijiet tal-att leġislattiv ta' bażi dwar in-negozjati kuntrattwali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib se jibdew jiġu applikati minn din id-data;

B.

billi l-Kunsill iddeċieda, fis-16 ta' Lulju 2012, li jitlob il-proroga ta' xahrejn tal-iskadenza biex jesprimi oġġezzjonijiet fir-rigward tar-regolament ta' delega, jiġifieri sat-28 ta' Ottubru 2012, kif ukoll li jirrikonoxxi l-importanza li tittieħed deċiżjoni qabel it-3 ta' Ottubru 2012 jekk dan jesprimi jew le oġġezzjonijiet fir-rigward tal-imsemmi regolament, u billi hu informa lill-Parlament b'dan bl-ittra tas-17 ta' Lulju 2012;

1.

Jiddikjara li mhux se jopponi r-regolament ta' delega;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.


Top