Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/257E/01

Minuti tas-seduta tal- 14 ta' Ġunju 2010

OJ C 257E , 24.9.2010, p. 1–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/1


It-Tnejn, 14 ta’ Ġunju 2010
MINUTI TAS-SEDUTA TAL-14 TA' ĠUNJU 2010

2010/C 257 E/01

Werrej

1.

Tkomplija tas-sessjoni

2.

Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza

3.

Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel

4.

Kompożizzjoni tal-Parlament

5.

Talba għall-ħarsien tal-immunità Parlamentari

6.

Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

7.

Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja

8.

Dokumenti mressqa

9.

Dikjarazzjonijiet bil-miktub skaduti

10.

Trażmissjoni ta' testi ta' ftehim mill-Kunsill

11.

Petizzjonijiet

12.

Mistoqsijiet bi tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)

13.

Trasferiment ta' approprjazzjonijiet

14.

Azzjoni meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

15.

Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

16.

Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari

17.

Ordni tal-ħidma

18.

Mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta' Baġit 2011 (dibattitu)

19.

Il-progress li sar sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju: reviżjoni ta' nofs it-terminu bi preparazzjoni għal-laqgħa ta' livell għoli tan-NU f'Settembru 2010 (dibattitu)

20.

Netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv ***II (dibattitu)

21.

Elezzjoni ta' Viċi President tal-Parlament Ewropew

22.

Id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali ***I (dibattitu)

23.

Adozzjoni tal-euro fl-Estonja fl-1 ta' Jannar 2011 (dibattitu)

24.

Diskorsi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

25.

Is-Swieq tad-Derivati: Azzjonijiet futuri ta' politika (preżentazzjoni qasira)

26.

L-Internet tal-Oġġetti (preżentazzjoni qasira)

27.

Il-Governanza tal-Internet: il-passi li jmiss (preżentazzjoni qasira)

28.

L-aġenda tas-seduta li jmiss

29.

Għeluq tas-seduta

REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

MINUTI TAS-SEDUTA TAL-14 TA' ĠUNJU 2010

PRESIDENZA: Jerzy BUZEK

President

1.   Tkomplija tas-sessjoni

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.00.

2.   Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza

Il-President ħabbar il-preżenza straordinarja fl-emiċiklu ta' tim ta' tekniċi bl-għan tal-produzzjoni ta' film li se jkun parti minn wirja dwar il-ħidma tal-Parlament li se tibda tintwera dalwaqt fiċ-ċentru l-ġdid għall-viżitaturi fi Brussell.

Il-President fakkar is-sebgħin anniversarju mid-dħul tal-Armata l-Ħamra fil-Litwanja, fil-Latvja u fl-Estonja fis-17 ta' Ġunju 1940. Huwa żied jgħid li fl-1983, il-Parlament kien ikkundanna l-annessjoni ta' dawn il-pajjiżi.

Il-President għamel stqarrija fl-okkażjoni tal-ewwel anniversarju tal-elezzjonijiet presidenzjali fl-Iran. Huwa ġibed l-attenzjoni għall-eżekuzzjonijiet numerużi u l-arresti matul din is-sena u esprima l-oppożizzjoni tal-Parlament għall-piena tal-mewt u l-impenn tiegħu favur il-libertà tal-espressjoni.

Il-President iddeplora l-qtil fit-3 ta' Ġunju 2010 fit-Turkija tal-Monsinjur Luigi Padovese, president tal-Konferenza Episkopali Torka, li l-funeral tiegħu sar illum f'Milan.

Il-President indika li fit-12 ta' Ġunju 2010 huwa rrappreżenta lill-Parlament fil-kommemorazzjoni tal-ħamsa u għoxrin anniversarju mill-firma tat-trattat tas-sħubija ta' Spanja u l-Portugal fil-Komunità.

Il-President għarraf li mar il-Lussemburgu fit-13 ta' Ġunju 2010 fl-okkażjoni tal-ħamsa u għoxrin anniversarju tal-ftehimiet ta' Schengen.

Il-President għarraf li għamel żjarat uffiċjali fil-Greċja u r-Rumanija biex jesprimi l-appoġġ għal dawn iż-żewġ pajjiżi fiċ-ċirkustanzi diffiċli attwali .

Il-President għamel referenza għall-elezzjonijiet reċenti fil-Belġju, fl-Olanda u fis-Slovakkja, u esprima x-xewqa tiegħu li dawn il-pajjiżi jkunu jistgħu jiffurmaw gvern malajr.

3.   Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta ta' qabel

Il-Minuti tas-seduta ta' qabel ġew approvati.

*

* *

Luis Manuel Capoulas Santos qal li minħabba problemi tekniċi fil-post tal-vot tiegħu fid-9 ta' Marzu 2010 ma setax jivvota “favur” fit-tmien votazzjonijiet b'sejħa ta' ismijiet ta' dak il-jum.

4.   Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit kkomunikaw l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew ta' Keith Taylor, minflok Caroline Lucas, b'effett mit-2 ta' Ġunju 2010.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Ungerija kkomunikaw l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew ta':

Ildikó Gáll-Pelcz, minflok Pál Schmitt, b'effett mit-2 ta' Ġunju 2010;

Béla Kovács, minflok Zoltán Balczó, b'effett mill-31 ta' Mejju 2010.

Il-Parlament ħa nota, skont l-Artikolu 4 (1) tar-Regoli ta' Proċedura.

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe tilwima, Keith Taylor, Ildikó Gáll-Pelcz u Béla Kovács jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel jidħlu fil-kariga fil-Parlament ikunu għamlu dikjarazzjoni bil-miktub li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

5.   Talba għall-ħarsien tal-immunità Parlamentari

Bruno Gollnisch indirizza talba lill-President għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi tiegħu, fil-kawża pendenti quddiem il-qrati ta' Lyon.

Skont l-Artikolu 6(3) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba tressqet lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.

6.   Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-gruppi ALDE u Verts/ALE:

 

Kumitat INTA: Keith Taylor

 

Kumitat TRAN: Keith Taylor minflok Margrete Auken

 

Kumitat PETI: Edward McMillan-Scott

 

Kumitat FEMM: Nicole Kiil-Nielsen

 

Kumitat LIBE: Edward McMillan-Scott m'għadux Membru

 

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Afganistan: Keith Taylor minflok Nicole Kiil-Nielsen

 

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan: Nicole Kiil-Nielsen.

Dawn il-ħatriet se jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.

7.   Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 74 tar-Regoli ta' Proċedura):

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) (00012/2010 - C7-0151/2010 - 2009/0163(COD))

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 76/767/KEE, 84/525/KEE, 84/526/KEE, 84/527/KEE u 1999/36/KE (00014/2010 - C7-0150/2010 - 2009/0131(COD))

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni fir-rigward tas-simplifikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti u ta' ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-amministrazzjoni finanzjarja (00009/2010 - C7-0149/2010 - 2009/0107(COD)).

8.   Dokumenti mressqa

Tressqu dawn d-dokumenti li ġejjin:

1)

mill-kumitati parlamentari

1.1)

rapporti

***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' dokumentazzjoni tal-qbid tat-tonn Thunnus thynnus u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1984/2003 (COM(2009)0406 - C7-0124/2009 - 2009/0116(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Raül Romeva I Rueda (A7-0119/2010)

***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/15/KE dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (COM(2008)0650 - C6-0354/2008 - 2008/0195(COD)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Edit Bauer (A7-0137/2010)

Rapport dwar it-trasparenza fil-politika reġjonali u l-finanzjament tagħha (2009/2232(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Michail Tremopoulos (A7-0139/2010)

Rapport dwar il-politika Komunitarja dwar l-innovazzjoni f'dinja li qed tinbidel (2009/2227(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Hermann Winkler (A7-0143/2010)

Rapport dwar spinta ġdida għall-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea (2009/2107(INI)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Guido Milana (A7-0150/2010)

Rapport dwar l-Internet tal-Oġġetti (2009/2224(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Maria Badia I Cutchet (A7-0154/2010)

Rapport dwar aspetti rigward il-ġeneru fil-kuntest tar-reċessjoni ekonomika u l-kriżi finanzjarja (2009/2204(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Raül Romeva I Rueda (A7-0155/2010)

Rapport dwar l-evalwazzjoni tar-riżultati ta' pjan ta' rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010 u rakkomandazzjonijiet għall-ġejjieni (2009/2242(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Ilda Figueiredo (A7-0156/2010)

Rapport dwar politiki tal-UE favur id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (2009/2199(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Heidi Hautala (A7-0157/2010)

***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita (COM(2009)0139 - C6-0103/2009 - 2009/0047(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Evžen Tošenovský (A7-0160/2010)

***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Ewropew ta' osservazzjoni tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013) (COM(2009)0223 - C7-0037/2009 - 2009/0070(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Norbert Glante (A7-0161/2010)

***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Programm ta' Riċerka Konġunt tal-Baħar Baltiku (BONUS-169) li huma impenjati fih diversi Stati Membri (COM(2009)0610 - C7-0263/2009 - 2009/0169(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Lena Ek (A7-0164/2010)

Rapport dwar il-progress li sar sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju: reviżjoni ta' nofs it-terminu bi preparazzjoni għal-laqgħa ta' livell għoli tan-NU f'Settembru 2010 (2010/2037(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Michael Cashman (A7-0165/2010)

Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) mill-Unjoni Ewropea (08612/2010 - C7-0109/2010 - 2009/0085(NLE)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Herbert Reul (A7-0176/2010)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0182 - C7-0099/2010 - 2010/2060(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Barbara Matera (A7-0178/2010)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0205 - C7-0117/2010 - 2010/2068(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Barbara Matera (A7-0179/2010)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (COM(2010)0216 - C7-0115/2010 - 2010/2066(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Barbara Matera (A7-0180/2010)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (COM(2010)0196 - C7-0116/2010 - 2010/2067(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Barbara Matera (A7-0181/2010)

Abbozz ta' rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni tal-euro fl-Estonja fl-1 ta' Jannar 2011 (COM(2010)0239 - C7-0131/2010 - 2010/0135(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Edward Scicluna (A7-0182/2010)

Rapport dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta' Baġit 2011 (2010/2002(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Sidonia Elżbieta Jędrzejewska (A7-0183/2010)

Rapport dwar il-governanza tal-internet: il-passi li jmiss (2009/2229(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Francisco Sosa Wagner (A7-0185/2010)

Rapport dwar swieq tad-derivati: azzjonijiet futuri ta' politika (2010/2008(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Werner Langen (A7-0187/2010)

***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandu x'jaqsam mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni Ewropea lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010) (COM(2010)0012 - C7-0024/2010 - 2010/0004(COD)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Seán Kelly (A7-0190/2010

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (09898/2010 - C7-0145/2010 - 2010/0066(NLE)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A7-0194/2010)

***I Abbozz ta' rapport dwar id-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (00001/2010 - C7-0005/2010 - 2010/0801(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Baroness Sarah Ludford (A7-0198/2010)

Rapport dwar il-proposta tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (06714/2010 - C7-0067/2010 - 2010/0814(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Carlos Coelho (A7-0199/2010)

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill rigward l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 04/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010: Taqsima III – Il-Kummissjoni (10930/2010 - C7-0153/2010 - 2010/2056(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: László Surján (A7-0200/2010)

1.2)

rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari

***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (11069/5/2009 - C7-0043/2010 - 2008/0247(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Marian-Jean Marinescu (A7-0162/2010)

2)

mill-Membri

2.1)

mistoqsijiet bi tweġiba orali għall-ħin tal-mistoqsijiet (Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura) (B7-0307/2010)

lill-Kunsill

Posselt Bernd, Harkin Marian, Paleckis Justas Vincas, Kelly Seán, Blinkevičiūtė Vilija, Mitchell Gay, Chountis Nikolaos, Balčytis Zigmantas, Kratsa-Tsagaropoulou Rodi, Howitt Richard, Aylward Liam, Gallagher Pat the Cope, Crowley Brian, Andrikienė Laima Liucija, Bendtsen Bendt, McGuinness Mairead, Pargneaux Gilles

lill-Kummissjoni

Kratsa-Tsagaropoulou Rodi, McGuinness Mairead, Andrikienė Laima Liucija, Davies Chris, Jørgensen Dan, Hall Fiona, Kelly Seán, Morkūnaitė-Mikulėnienė Radvilė, Gierek Adam, Van Brempt Kathleen, Zanicchi Iva, Papastamkos Georgios, Harkin Marian, Howitt Richard, Le Grip Constance, Blinkevičiūtė Vilija, Mitchell Gay, Bendtsen Bendt, Podimata Anni, Posselt Bernd, Tarabella Marc, Higgins Jim, Paleckis Justas Vincas, Harbour Malcolm, Balčytis Zigmantas, Aylward Liam, Gallagher Pat the Cope, Crowley Brian, Ludford Sarah, Szymański Konrad, Iacolino Salvatore, Liberadzki Bogusław, Chountis Nikolaos, Childers Nessa, Belet Ivo, Neynsky Nadezhda, Köstinger Elisabeth, Pargneaux Gilles

2.2)

mozzjonijiet għal riżoluzzjoni (Artikolu 120 tar-Regoli ta' Proċedura)

Oreste Rossi. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar id-drittijiet tal-Kattoliċi Ċiprijotti (B7-0242/2010)

irreferut

responsabbli: AFET

opinjoni: LIBE

Oreste Rossi. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-ħarsien tal-ħaddiema nisa fis-servizzi ta' informazzjoni pubblika (B7-0292/2010)

irreferut

responsabbli: AFET

opinjoni: FEMM

9.   Dikjarazzjonijiet bil-miktub skaduti

Skont l-Artikolu 123(5) tar-Regoli ta' Proċedura, id-dikjarazzjonijiet bil-miktub Nri 1, 3, 4, 5, 6, 7, 8 u 9/2010 skadew minħabba li ma kellhomx in-numru ta' firem meħtieġ.

10.   Trażmissjoni ta' testi ta' ftehim mill-Kunsill

Il-Kunsill għadda kopja ċċertifikata tad-dokument li ġej:

Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa waħda, u l-Istat tal-Iżrael min-naħa l-oħra dwar il-valutazzjoni tal-konformità u l-aċċettazzjoni tal-prodotti industrijali.

11.   Petizzjonijiet

Il-petizzjonijiet li ġejjin, li kienu tniżżlu fir-reġistru fid-dati li jidhru hawn taħt, ġew mgħoddija lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 201(6) tar-Regoli ta' Proċedura:

 

L-14 ta' Mejju 2010

(isem kunfidenzjali) (no 0424/2010); Thomas Meyer-Falk (JVA) (no 0425/2010); Mike Patterson (no 0426/2010); Hans-Werner Jehn (no 0427/2010); Theo Geigand (2 firem) (no 0428/2010); Robert Houliston (C.L.A.R.O.) (no 0429/2010); Csilla Kis (2 firem) (no. 0430/2010); Joris den Blanken (Greenpeace European Unit) (no 0431/2010); Erwin Friedeboldt (no 0432/2010); Christina Bohman (no 0433/2010); Horst Uchsland von Gandersum (Emsinitiative “Störtebeker”) (nri. 0434/2010); Rainer Skrypzinski (no 0435/2010); Brian John (13-il firma) (no 0436/2010); Gaborne Juhasz (no 0437/2010); Albert Haerter (no 0438/2010); Violeta Marinova (no 0439/2010); Bjarke Schultz (no 0440/2010); Antonio Rodríguez de León (Plataforma Por El Mar Canario) (no 0441/2010); Rómulo-Antonio Tenés Ocaña (no 0442/2010); Salvatore Giosuero Murru (Natalino Pesca SNC ) (7 firem) (no 0443/2010); Ramona Lidia Cañas Herrera (2 firem) (no 0444/2010); Manuel Jiménez Pacheco (Federación Coordinadora de la Zona Sur “Existe” de Jerez de la Frontera) (11-il firma) (no 0445/2010); Jacques Perennes (Collectif “Pour la sauvegarde de la vallée du Restic”) (no 0446/2010); Michel Devaux (no 0447/2010); Franco Matrone (no 0448/2010); (isem kunfidenzjali) (no 0449/2010).

 

Is-27 ta' Mejju 2010

Paul Hubert Mönnig (no 0450/2010); Zdzisław Czarnecki (Zarząd Główny Stowarzyszenia Emerytów i Rencistów Policyjnych) (no 0451/2010); (isem kunfidenzjali) (no 0452/2010); Josef Schaub (6 firem) (no 0453/2010); Gabriele Lang (Tierhilfe & Verbraucherschutz international e.V.) (no 0455/2010); Aurel Truica (no 0456/2010); (isem kunfidenzjali) (no 0457/2010); Garbis Vincentiu Kehaiyan (no 0458/2010); Roswitha Schaub (no 0459/2010); (isem kunfidenzjali) (no 0460/2010); Heiko Schmitz (no 0461/2010); David Stephany (no 0462/2010); Leonard Wells (no 0463/2010); Michael Groves (International Cruise Victims) (no 0464/2010); Peter Simm (no 0465/2010); Gabriella Muzsai (no 0466/2010); Peter Tanner (no 0467/2010); Robert Radke (no 0468/2010); Paul Inge Hansen (no 0469/2010); David Burrage (no 0470/2010); Kevin Tracey (no 0471/2010); Martina Ognjenovic (no 0472/2010); Walther Reichwein (no 0473/2010); Andrea Sink (no 0474/2010); Alberto Paz Viñas (no 0475/2010); (isem kunfidenzjali) (no 0476/2010).

 

It-3 ta' Ġunju 2010

Maria B. Barakova (41 firma) (no 0477/2010); Juseinova Gazieva Belnazka (no. 0478/2010); (isem kunfidenzjali) (no 0479/2010); (isem kunfidenzjali) (63 firma) (no 0480/2010); María Pilar Pérez García (no 0481/2010); Sonia Lamberti (no 0482/2010); (isem kunfidenzjali) (no 0483/2010); Gianpaolo Cannas (2 firem) (no 0484/2010); Teresa Martín Jiménez (no 0485/2010); Mathieu Cichocki (no 0486/2010); (isem kunfidenzjali) (no 0487/2010); (isem kunfidenzjali) (no 0488/2010); Carmen García Matas (no 0489/2010); (isem kunfidenzjali) (no 0490/2010); Luisa Maranelli (309 firem) (no 0491/2010); Enrique Sanz Salvador (Arca Ibérica) (no 0492/2010); Juan José Agost Pérez (Asociación de Vecinos del Poblado Marítimo de Torre la Sal (Cabanes, Castellón)) (no 0493/2010); Antonio Vicente Alonso Orihuela (no 0494/2010); José Manuel López Iglesias (8 firem) (no 0495/2010); (isem kunfidenzjali) (no 0496/2010); Josefina Escudero Gómez (Asociación de Vecinos “Punta Entinas Sabinar de Almerimar”) (no 0497/2010); Alexandra Bouge (no 0498/2010); Roberto Marcoccio (no 0499/2010); Saverio De Bonis (ANLAC - Associazione Nazionale Liberi Allevatori di Conigli) (no 0500/2010); Francesco Lattuada (no 0501/2010).

12.   Mistoqsijiet bi tweġiba orali u dikjarazzjonijiet bil-miktub (tressiq)

Id-dokumenti msemmija hawn taħt tressqu mill-Membri

1)

mistoqsijiet bi tweġiba orali (Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura):

(O-0032/2010), imressqa minn Doris Pack, f'isem il-Kumitat CULT, lill-Kummissjoni: Sport, speċifikament dwar l-aġenti tal-plejers (B7-0308/2010);

(O-0051/2010) imressqa minn Nikolaos Chountis u Jürgen Klute f'isem il-Grupp GUE/NGL, lill-Kummissjoni: Aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu (B7-0302/2010),

(O-0056/2010) imressqa minn Gabriele Albertini, f'isem il-Kumitat AFET et Vital Moreira, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kunsill: L-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 1236/2005 (B7-0303/2010),

(O-0057/2010) imressqa minn Gabriele Albertini, f'isem il-Kumitat AFET et Vital Moreira, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: L-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 1236/2005 (B7-0304/2010),

(O-0059/2010) imressqa minn Zita Gurmai u Britta Thomsen f'isem il-Grupp S&D, Ilda Figueiredo u Eva-Britt Svensson f'isem il-Grupp GUE/NGL, Antonyia Parvanova f'isem il-Grupp ALDE, Marije Cornelissen f'isem il-Grupp Verts/ALE, lill-Kummissjoni: Karta għad-Drittijiet tan-Nisa - segwitu (B7-0305/2010),

(O-0063/2010) imressqa minn Klaus-Heiner Lehne, f'isem il-Kumitat JURI, lill-Kummissjoni: It-taħriġ ġudizzjarju - Il-Pjan ta' Azzjoni ta' Stokkolma (B7-0306/2010);

(O-0072/2010), imressqa minn Udo Bullmann f'isem il-Grupp S&D, lill-Kummissjoni: Aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu (B7-0309/2010);

(O-0074/2010), imressqa minn Reimer Böge, f'isem il-Kumitat BUDG, lill-Kunsill: Ir-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007-2013 (B7-0310/2010)

(O-0075/2010), imressqa minn Reimer Böge, f'isem il-Kumitat BUDG, lill-Kummissjoni: Ir-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007-2013 (B7-0311/2010);

(O-0077/2010), imressqa minn Jean-Paul Gauzès f'isem il-Grupp PPE, lill-Kummissjoni: L-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (B7-0312/2010);

(O-0078/2010), imressqa minn Sylvie Goulard f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: L-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (B7-0313/2010);

(O-0080/2010), imressqa minn Othmar Karas u Sharon Bowles, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kummissjoni: Il-kwalità tad-data statistika fl-Unjoni u s-setgħat imsaħħa ta' verifika mill-Kummissjoni (Eurostat) (B7-0314/2010).

2)

dikjarazzjonijiet bil-miktub biex jiddaħħlu fir-Reġistru (Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura):

Nick Griffin u Andrew Henry William Brons, dwar il-preokkupazzjonijiet marbutin mal-esproprjazzjoni u d-demolizzjoni ta' beni immobbli bis-saħħa tal-liġi Spanjola dwar xatt il-baħar (0045/2010),

Kyriacos Triantaphyllides, Satu Hassi u Kriton Arsenis, dwar il-kiroprattika (0046/2010),

Giancarlo Scottà u Sergio Paolo Francesco Silvestris, dwar it-twaqqif tal-Jum Ewropew tal-ġelat artiġjanali (0047/2010),

Rovana Plumb, Vasilica Viorica Dăncilă, Corina Crețu, Daciana Octavia Sârbu u Silvia-Adriana Țicău, dwar il-kundizzjonijiet ta' ħajja tal-familji b'ġenitur wieħed fi ħdan l-Istati Membri tal-Unjoni matul il-kriżi ekonomika (0048/2010),

Rosario Crocetta, dwar l-ilma għax-xorb kwantu dritt fundamentali (0049/2010),

Aldo Patriciello u Alfredo Pallone, dwar il-marda Creutzfeld-Jakob (0050/2010),

Aldo Patriciello u Alfredo Pallone, dwar it-twaqqif tal-Jum Ewropew tar-riċerka medika (0051/2010),

Alfredo Pallone u Aldo Patriciello dwar il-ħolqien tal-Jum Ewropew tal-kommemorazzjoni tal-ħaddiema li mietu fuq il-post tax-xogħol (0052/2010),

Marietje Schaake, Lena Kolarska-Bobińska, Ana Gomes, Barbara Lochbihler u Fiorello Provera, dwar il-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran wara l-elezzjonijiet presidenzjali ta' Ġunju 2009 (0053/2010),

Leonidas Donskis, Arturs Krišjānis Kariņš u Inese Vaidere, dwar il-proġett tal-bini ta' ċentrali nukleari fir-reġjun Hrodna (Belarus) (0054/2010),

Tanja Fajon, Jean-Marie Cavada, Jorgo Chatzimarkakis, Patrick Le Hyaric u Ioan Enciu, dwar il-finanzjament tas-settur tal-mezzi tax-xandir – il-protezzjoni tad-dritt għall-informazzjoni u l-libertà tal-espressjoni (0055/2010),

Vasilica Viorica Dăncilă, George Becali, Maria do Céu Patrão Neves u Martin Häusling, dwar l-isforzi magħmulin mill-Unjoni fit-taqbida kontra d-deforestazzjoni (0056/2010),

Mario Borghezio, dwar id-deklassifikazzjoni tad-dokumenti dwar il-fenomeni ajruspazjali mhux-identifikati (0057/2010).

13.   Trasferiment ta' approprjazzjonijiet

Konformement mal-Artikolu 24 (4) tar-regolament finanzjarju kif interpretat fil-punt 20 tad-dikjarazzjoni konġuntu dwar il-miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul is-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta għat-trasferiment tal-approprijazzjonijiet DEC 09/2010 tal-Kummissjoni Ewropea (N7-0015/2010 - C7-0084/2010 – 2010/2044(GBD)).

Konformement mal-Artikolu 24 (4) tar-regolament finanzjarju kif interpretat fil-punt 20 tad-dikjarazzjoni konġuntu dwar il-miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul is-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta għat-trasferiment tal-approprijazzjonijiet DEC 10/2010 tal-Kummissjoni Ewropea (N7-0020/2010 - C7-0108/2010 – 2010/2062(GBD)).

Konformement mal-Artikolu 24 (4) tar-regolament finanzjarju kif interpretat fil-punt 20 tad-dikjarazzjoni konġuntu dwar il-miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul is-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta għat-trasferiment tal-approprijazzjonijiet DEC 11/2010 tal-Kummissjoni Ewropea (N7-0021/2010 - C7-0113/2010 – 2010/2064(GBD)).

Konformement mal-Artikolu 24 (4) tar-regolament finanzjarju kif interpretat fil-punt 20 tad-dikjarazzjoni konġuntu dwar il-miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul is-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta għat-trasferiment tal-approprijazzjonijiet DEC 12/2010 tal-Kummissjoni Ewropea (N7-0022/2010 - C7-0114/2010 – 2010/2065(GBD)).

Konformement mal-Artikolu 24 (4) tar-regolament finanzjarju kif interpretat fil-punt 20 tad-dikjarazzjoni konġuntu dwar il-miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul is-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta għat-trasferiment tal-approprijazzjonijiet DEC 18/2010 tal-Kummissjoni Ewropea (N7-0025/2010 - C7-0133/2010 – 2010/2083(GBD)).

14.   Azzjoni meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Frar, I u II tal-2010 hija disponibbli fuq is-sit Séance en direct.

15.   Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-azzjoni meħuda fuq il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Marzu I u II ta' 2010 kienet disponibbli.

16.   Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari

Wara d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Mejju 2006 (punt 8.12 tal- Minuti tas-16.5.2006) li jneħħi l-immunità parlamentari ta' Tobias Pflüger fil-proċedimenti kriminali quddiem il-Leitende Oberstaatsanwalt München I, l-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi kkomunikaw lill-Parlament, skont l-Artikolu 7 (9) tar-Regoli ta' Proċedura, is-sentenza emessa minn dik il-qorti fis-6 ta' April 2010.

Din il-komunikazzjoni se tintbagħat, bħala informazzjoni, lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali.

17.   Ordni tal-ħidma

Il-punt li jmiss kien l-ordni tal-ħidma.

L-abbozz finali tal-aġenda tas-seduta plenarja ta' Ġunju (PE 442.783/PDOJ) tqassam. Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

Hekk ġie stabbilit l-ordni tal-ħidma.

18.   Mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta' Baġit 2011 (dibattitu)

Rapport dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta' Baġit 2011 [2010/2002(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Sidonia Elżbieta Jędrzejewska (A7-0183/2010)

Sidonia Elżbieta Jędrzejewska ppreżentat ir-rapport tagħha.

Tkellmet Connie Hedegaard (Membru tal-Kummissjoni).

Tkellmu: Edit Herczog (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Mairead McGuinness (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Britta Thomsen (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM), Salvador Garriga Polledo f'isem il-Grupp PPE, Francesca Balzani f'isem il-Grupp S&D, Thijs Berman (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), Anne E. Jensen f'isem il-Grupp ALDE, Isabelle Durant f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, Marta Andreasen f'isem il-Grupp EFD, Martin Ehrenhauser (mhux affiljat), Alain Lamassoure, Göran Färm, Ivars Godmanis, Vicky Ford, Alajos Mészáros, Monika Hohlmeier u László Surján.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Seán Kelly, Bogusław Liberadzki, Franz Obermayr, Jan Kozłowski, Karin Kadenbach, Elie Hoarau, Nikolaos Salavrakos u Alajos Mészáros.

Tkellmet Connie Hedegaard.

PRESIDENZA: Dagmar ROTH-BEHRENDT

Viċi President

Tkellmet Sidonia Elżbieta Jędrzejewska.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.10 tal-Minuti tal-15.6.2010..

19.   Il-progress li sar sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju: reviżjoni ta' nofs it-terminu bi preparazzjoni għal-laqgħa ta' livell għoli tan-NU f'Settembru 2010 (dibattitu)

Rapport dwar il-progress li sar sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju: reviżjoni ta' nofs it-terminu bi preparazzjoni għal-laqgħa ta' livell għoli tan-NU f'Settembru 2010 [2010/2037(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Michael Cashman (A7-0165/2010)

Michael Cashman ippreżenta r-rapport tiegħu.

Tkellem Andris Piebalgs (Membru tal-Kummissjoni).

Tkellmu: Alf Svensson f'isem il-Grupp PPE, Corina Crețu f'isem il-Grupp S&D, Leonidas Donskis f'isem il-Grupp ALDE, Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, Nirj Deva f'isem il-Grupp ECR, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Gerard Batten f'isem il-Grupp EFD, Santiago Fisas Ayxela, David-Maria Sassoli, Franziska Keller, Elie Hoarau, Cristian Dan Preda, Norbert Neuser u Enrique Guerrero Salom.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Rareș-Lucian Niculescu, Mairead McGuinness, Kriton Arsenis, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Georgios Papanikolaou, Franz Obermayr u Karin Kadenbach.

PRESIDENZA: Roberta ANGELILLI

Viċi President

Tkellmu: Andris Piebalgs u Michael Cashman.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.15 tal-Minuti tal-15.6.2010.

20.   Netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv ***II (dibattitu)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv [11069/5/2009 - C7-0043/2010- 2008/0247(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Marian-Jean Marinescu (A7-0162/2010)

Marian-Jean Marinescu ppreżenta r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari.

Tkellmet Viviane Reding (Viċi President tal-Kummissjoni).

Tkellmu: Mathieu Grosch f'isem il-Grupp PPE, Bogusław Liberadzki f'isem il-Grupp S&D, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, Michael Cramer f'isem il-Grupp Verts/ALE, Anna Rosbach f'isem il-Grupp EFD, Michel Dantin, Saïd El Khadraoui, Gesine Meissner, Tomasz Piotr Poręba, Inés Ayala Sender u Andreas Mölzer.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Axel Voss, Silvia-Adriana Țicău, Seán Kelly, Werner Kuhn, Josefa Andrés Barea, Franz Obermayr u Georges Bach.

Tkellmu: Viviane Reding u Marian-Jean Marinescu.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.8 tal-Minuti tal-15.6.2010.

21.   Elezzjoni ta' Viċi President tal-Parlament Ewropew

Is-Sinjura President ħabbret li rċeviet mill-Grupp PPE l-kandidatura ta' László Tőkés għall-post vakanti ta' Viċi President tal-Parlament Ewropew.

L-elezzjoni se ssir għada t-Tlieta,15 ta' Ġunju 2010 fn-12.00.

22.   Id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali ***I (dibattitu)

Abbozz ta' rapport dwar id-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali [00001/2010 - C7-0005/2010- 2010/0801(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Sarah Ludford (A7-0198/2010)

Sarah Ludford ippreżentat ir-rapport tagħha.

PRESIDENZA: Diana WALLIS

Viċi President

Tkellmet Viviane Reding (Viċi President tal-Kummissjoni).

Tkellmu: Elena Oana Antonescu f'isem il-Grupp PPE, Carmen Romero López f'isem il-Grupp S&D, li rrispondiet ukoll għall-mistoqsija bil-proċedura tal-“karta blu” ta' William (The Earl of) Dartmouth, Alexandra Thein f'isem il-Grupp ALDE, Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE, Bairbre de Brún f'isem il-Grupp GUE/NGL, William (The Earl of) Dartmouth f'isem il-Grupp EFD, Simon Busuttil, Tatjana Ždanoka, Kinga Gál u Carlos Coelho.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Axel Voss, Evelyn Regner, Gerard Batten, Andrew Henry William Brons u Georgios Papanikolaou.

Tkellmu: Viviane Reding u Sarah Ludford, li rrispondiet ukoll għall-mistoqsija bil-proċedura tal-“karta blu” ta' Gerard Batten.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.9 tal-Minuti tas-16.6.2010.

23.   Adozzjoni tal-euro fl-Estonja fl-1 ta' Jannar 2011 (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni tal-euro fl-Estonja fl-1 ta' Jannar 2011 [COM(2010)0239 - 2010/0135(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Edward Scicluna (A7-0182/2010)

Edward Scicluna ppreżenta r-rapport tiegħu.

Tkellem Olli Rehn (Membru tal-Kummissjoni).

Tkellmu: Gay Mitchell f'isem il-Grupp PPE, Ivari Padar f'isem il-Grupp S&D, Wolf Klinz f'isem il-Grupp ALDE, Kay Swinburne f'isem il-Grupp ECR, Andrew Henry William Brons Membru mhux affiljat, Arturs Krišjānis Kariņš, George Sabin Cutaș u Olle Schmidt.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Elena Băsescu, Zigmantas Balčytis, Graham Watson u Milan Zver.

Tkellmu: Olli Rehn u Edward Scicluna.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.6 tal-Minuti tas-16.6.2010.

24.   Diskorsi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura:

Elena Oana Antonescu, Rovana Plumb, Sonia Alfano, James Nicholson, Søren Bo Søndergaard, Corneliu Vadim Tudor, Luis Yáñez-Barnuevo García, Sergej Kozlík, Rareș-Lucian Niculescu, Iliana Malinova Iotova, Antonyia Parvanova, Diane Dodds, Nuno Teixeira, Edit Bauer, Silvia-Adriana Țicău, Graham Watson, László Tőkés, George Sabin Cutaș, Alajos Mészáros, Frédéric Daerden, Petru Constantin Luhan, Edward Scicluna, Milan Zver, András Gyürk, Tamás Deutsch, Cristina Gutiérrez-Cortines, Nuno Melo, Salvatore Iacolino, Anna Záborská u Joe Higgins.

25.   Is-Swieq tad-Derivati: Azzjonijiet futuri ta' politika (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar swieq tad-derivati: azzjonijiet futuri ta' politika [2010/2008(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Werner Langen (A7-0187/2010)

Werner Langen għamel il-preżentazzjoni.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Kay Swinburne u Elena Băsescu.

Tkellem Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 7.11 tal-Minuti tal-15.6.2010.

26.   L-Internet tal-Oġġetti (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-Internet tal-Oġġetti [2009/2224(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Maria Badia i Cutchet (A7-0154/2010)

Maria Badia i Cutchet għamlet il-preżentazzjoni.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Lena Kolarska-Bobińska, Silvia-Adriana Țicău, Georgios Papanikolaou, Zuzana Roithová u Jaroslav Paška.

Tkellmet Neelie Kroes (Viċi President tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 7.12 tal-Minuti tal-15.6.2010.

27.   Il-Governanza tal-Internet: il-passi li jmiss (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar il-governanza tal-internet: il-passi li jmiss [2009/2229(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Francisco Sosa Wagner (A7-0185/2010)

Francisco Sosa Wagner għamel il-preżentazzjoni.

Tkellmu skont il-proċedura “catch the eye” Axel Voss, Zuzana Roithová, Petru Constantin Luhan, Piotr Borys, Jaroslav Paška u Silvia-Adriana Țicău.

Tkellmet Neelie Kroes (Viċi President tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 7.13 tal-Minuti tal-15.6.2010.

28.   L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument “Aġenda” PE 442.783/OJMA).

29.   Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22 h 50.

Klaus Welle

Segretarju Ġenerali

Jerzy Buzek

President


It-Tnejn, 14 ta’ Ġunju 2010
REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Iffirmaw:

Abad, Áder, Agnew, Albertini, Albrecht, Alfano, Alfonsi, Alvarez, Alvaro, Alves, Andreasen, Andrés Barea, Angelilli, Angourakis, Antonescu, Antoniozzi, Arias Echeverría, Arif, Arlacchi, Arsenis, Ashworth, Atkins, Attard-Montalto, Auconie, Audy, Auken, Ayala Sender, Aylward, Ayuso, Bach, Badia i Cutchet, Balčytis, Baldassarre, Balz, Balzani, Bartolozzi, Băsescu, Bastos, Batten, Baudis, Bauer, Bearder, Belder, Bélier, Benarab-Attou, Bendtsen, Bennahmias, Berlato, Besset, Bilbao Barandica, Binev, Bisky, Bizzotto, Blinkevičiūtė, Bloom, Bodu, Böge, Bokros, Bonsignore, Borsellino, Borys, Bové, Bozkurt, Bradbourn, Březina, Brons, Brzobohatá, Bufton, Bullmann, Busuttil, Buzek, Cadec, Callanan, van de Camp, Cancian, Canfin, Capoulas Santos, Caronna, Carvalho, Casa, Cashman, Casini, Caspary, Castex, del Castillo Vera, Cavada, Cercas, Češková, Chatzimarkakis, Chichester, Childers, Chountis, Christensen, Claeys, Clark, Coelho, Cofferati, Collino, Colman, Comi, Corazza Bildt, Cornelissen, Correia De Campos, Cortés Lastra, Silvia Costa, Cramer, Crețu, Creutzmann, Cutaș, Cymański, Czarnecki, Daerden, van Dalen, Dăncilă, Danellis, Dantin, (The Earl of) Dartmouth, David, Davies, De Angelis, de Brún, Dehaene, De Keyser, Delli, Delvaux, De Mita, De Rossa, De Sarnez, Désir, Deß, Deutsch, Deva, De Veyrac, Dodds, Domenici, Donskis, Dorfmann, Durant, Dušek, Ehler, Ehrenhauser, Eickhout, Ek, El Khadraoui, Enciu, Engström, Ernst, Ertug, Essayah, Estaràs Ferragut, Estrela, Evans, Fajon, Falbr, Farage, Färm, Feio, Ferber, Fernandes, Elisa Ferreira, Fidanza, Figueiredo, Fisas Ayxela, Fjellner, Flašíková Beňová, Flautre, Florenz, Fontana, Ford, Foster, Fraga Estévez, Gál, Gallagher, Gallo, Gáll-Pelcz, García-Margallo y Marfil, García Pérez, Gardini, Garriga Polledo, Gauzès, Gebhardt, Geier, Gerbrandy, Geringer de Oedenberg, Giannakou, Gierek, Girling, Glante, Glattfelder, Godmanis, Goebbels, Goerens, Gollnisch, Gomes, Göncz, de Grandes Pascual, Gräßle, Grelier, Grèze, Griesbeck, Gróbarczyk, Groote, Grosch, Grossetête, Gruny, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Gutiérrez-Cortines, Győri, Gyürk, Hadjigeorgiou, Haglund, Händel, Handzlik, Hankiss, Hannan, Harbour, Harkin, Hassi, Haug, Häusling, Hautala, Jiří Havel, Helmer, Herczog, Herranz García, Hibner, Jim Higgins, Joe Higgins, Hoang Ngoc, Hoarau, Hohlmeier, Honeyball, Howitt, Danuta Maria Hübner, Hudghton, Hughes, Hyusmenova, Iacolino, Ibrisagic, Imbrasas, Iotova, Iovine, Itälä, Iturgaiz Angulo, Ivan, Ivanova, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Jáuregui Atondo, Jędrzejewska, Jeggle, Jensen, Jiménez-Becerril Barrio, Joly, de Jong, Jørgensen, Junqueras Vies, Juvin, Kacin, Kaczmarek, Kadenbach, Kalfin, Kalinowski, Kalniete, Kamall, Kammerevert, Karas, Karim, Kariņš, Kasoulides, Kastler, Kazak, Tunne Kelam, Keller, Seán Kelly, Kiil-Nielsen, Kirilov, Kirkhope, Klaß, Klinz, Klute, Koch, Koch-Mehrin, Kohlíček, Kolarska-Bobińska, Koppa, Korhola, Kósa, Köstinger, Koumoutsakos, Béla Kovács, Kovatchev, Kowal, Kozlík, Kozłowski, Kožušník, Krahmer, Kratsa-Tsagaropoulou, Krehl, Kreissl-Dörfler, Kuhn, Kukan, Kurski, Lamassoure, Lambert, Lamberts, Lambrinidis, Lambsdorff, Landsbergis, Lange, de Lange, Langen, La Via, Le Foll, Le Grip, Legutko, Lehne, Leinen, Lepage, Jean-Marie Le Pen, Liberadzki, Lichtenberger, Liese, Liotard, Lisek, Lochbihler, Lope Fontagné, Lösing, Lövin, Ludford, Ludvigsson, Luhan, Łukacijewska, Lulling, Lunacek, Lynne, Lyon, McAvan, McCarthy, McClarkin, McGuinness, McMillan-Scott, Macovei, Manders, Mann, Marcinkiewicz, Marinescu, David Martin, Hans-Peter Martin, Martínez Martínez, Masip Hidalgo, Maštálka, Mastella, Matera, Mathieu, Matias, Mato Adrover, Matula, Mauro, Mayer, Mazzoni, Meissner, Mélenchon, Melo, Méndez de Vigo, Menéndez del Valle, Merkies, Mészáros, Michel, Mikolášik, Milana, Millán Mon, Mirsky, Mitchell, Mölzer, Moraes, Moreira, Morganti, Morin-Chartier, Morkūnaitė-Mikulėnienė, Morvai, Motti, Muñiz De Urquiza, Muscardini, Nattrass, Nedelcheva, Neuser, Newton Dunn, Neynsky, Nicholson, Niculescu, Niebler, van Nistelrooij, Nitras, Obermayr, Obiols, Ojuland, Olejniczak, Oomen-Ruijten, Őry, Ouzký, Oviir, Pack, Padar, Pallone, Panayotov, Panzeri, Papanikolaou, Papastamkos, Parvanova, Pașcu, Paška, Patrão Neves, Patriciello, Paulsen, Peillon, Perello Rodriguez, Alojz Peterle, Pieper, Pietikäinen, Piotrowski, Pirillo, Pittella, Plumb, Poc, Poręba, Posselt, Poupakis, Preda, Vittorio Prodi, Provera, Quisthoudt-Rowohl, Rangel, Ransdorf, Rapkay, Rapti, Regner, Reimers, Remek, Repo, Reul, Riera Madurell, Ries, Rinaldi, Riquet, Rivasi, Rochefort, Rodust, Roithová, Romero López, Romeva i Rueda, Rosbach, Rossi, Roth-Behrendt, Rouček, Rubiks, Rühle, Saïfi, Salafranca Sánchez-Neyra, Salavrakos, Sánchez Presedo, Sanchez-Schmid, Sârbu, Sargentini, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Savisaar, Schaldemose, Schlyter, Olle Schmidt, Schnellhardt, Schnieber-Jastram, Scholz, Schöpflin, Schroedter, Martin Schulz, Werner Schulz, Scicluna, Scottà, Scurria, Seeber, Sehnalová, Senyszyn, Siekierski, Silvestris, Simon, Simpson, Sinclaire, Siwiec, Skinner, Skrzydlewska, Skylakakis, Smith, Smolková, Sógor, Soini, Sommer, Søndergaard, Sonik, Sosa Wagner, Soullie, Speroni, Staes, Stassen, Šťastný, Stavrakakis, Steinruck, Sterckx, Stevenson, Stihler, van der Stoep, Stolojan, Dimitar Stoyanov, Strejček, Striffler, Surján, Susta, Alf Svensson, Eva-Britt Svensson, Swinburne, Swoboda, Szájer, Tabajdi, Takkula, Tănăsescu, Tannock, Tarabella, Tatarella, Taylor, Teixeira, Thaler, Thein, Theocharous, Theurer, Thomsen, Thun und Hohenstein, Țicău, Toia, Tőkés, Tomaševski, Tošenovský, Toussas, Trautmann, Tremopoulos, Triantaphyllides, Trüpel, Trzaskowski, Tsoukalas, Turunen, Tzavela, Uggias, Ulmer, Ulvskog, Ungureanu, Urutchev, Uspaskich, Vadim Tudor, Vaidere, Vajgl, Vălean, Van Brempt, Vanhecke, Vattimo, Vaughan, Vergnaud, Verheyen, Vlasto, Voss, Jarosław Leszek Wałęsa, Wallis, Watson, Henri Weber, Manfred Weber, Renate Weber, Weiler, Weisgerber, Westphal, Wieland, Wikström, Willmott, Wils, Hermann Winkler, Iuliu Winkler, Włosowicz, Wortmann-Kool, Yáñez-Barnuevo García, Yannakoudakis, Záborská, Zahradil, Zala, Zalba Bidegain, Zalewski, Zanicchi, Zasada, Ždanoka, Zeller, Zemke, Zīle, Zimmer, Ziobro, Zver, Zwiefka


Top