EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0379

Il-ħolqien ta' Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 7 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta' Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil (COM(2009)0066 – C6-0071/2009 – 2009/0027(COD))
P6_TC1-COD(2009)0027 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis- 7 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta' Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil

OJ C 212E , 5.8.2010, p. 428–452 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/428


Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
Il-ħolqien ta' Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil ***I

P6_TA(2009)0379

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta' Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil (COM(2009)0066 – C6-0071/2009 – 2009/0027(COD))

2010/C 212 E/54

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0066),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), l-Artikolu 63(1) u (2) u l-Artikolu 66 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6–0071/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6–0279/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jenfasizza li d-dispożizzjonijiet tal-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (1) (IIA) għandhom japplikaw għat-twaqqif ta' Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil; jenfasizza li, jekk l-awtorità leġiżlattiva tiddeċiedi favur it-twaqqif ta' aġenzija bħal din, il-Parlament għandu jidħol f'negozjati mal-branka l-oħra tal-awtorità baġitarja bil-għan li jintlaħaq ftehim f'waqtu dwar il-finanzjament ta' din l-aġenzija skont id-dispożizzjonijiet relevanti tal-IIA;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
P6_TC1-COD(2009)0027

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta' Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 63 (1) u 63 (2) u 66 tagħhom,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

B'osservanza tal-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 (3),

Billi:

(1)

Il-politika Komunitarja rigward is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil għandha l-għan, skont it-termini tal-Programm tal-Aja, li twaqqaf żona komuni tal-ażil, permezz ta' proċedura armonizzata effettiva konformi mal-valuri u t-tradizzjoni umanitarja tal-Unjoni.

(2)

Sar bosta progress f'dawn l-aħħar snin, permezz tal-implimentazzjoni ta' standards minimi komuni, fit-triq lejn it-twaqqif ta' Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil. Madankollu, għad fadal differenzi kbar bejn Stat Membru u ieħor fl-għoti tal-protezzjoni u fis-suriet diversi tal-protezzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni, fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha fil-qasam tal-ażil ║, adottat f'Ġunju 2008, ħabbret l-intenzjoni tagħha li twettaq ħidma dwar l-iżvilupp ta' Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil fuq naħa billi tipproponi reviżjoni tal-istrumenti leġiżlattivi eżistenti sabiex tinkiseb armonizzazzjoni iktar mifruxa tal-istandards fis-seħħ u fuq in-naħa l-oħra biex jissaħħaħ l-appoġġ għall-kooperazzjoni prattika bejn l-Istati Membri, partikolarment bil-preżentazzjoni ta' proposta leġiżlattiva mmirata biex toħloq Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-qasam tal-Ażil, li jippermetti titjib fil-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri għal implimentazzjoni effikaċi tar-Regoli Komuni.

(4)

Bl-adozzjoni solenni ta' Settembru 2008 tal-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil ║ il-Kunsill Ewropew fakkar li kull barrani ppersegwitat għandu d-dritt li jikseb għajnuna u protezzjoni fit-territorju tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-Konvezjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati emendat bil-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967 u t-trattati l-oħra relatati. Il-Kunsill Ewropew qabel espressament “fl-2009 jiġi stabbilit uffiċċju ta' appoġġ Ewropew li jkollu l-kompitu li jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni, ta' analiżi u ta' esperjenzi bejn l-Istati Membri, u li jiżviluppa l-kooperazzjonijiet konkreti bejn l-amministrazzjonijiet inkarigati bl-eżami tat-talbiet għall-ażil”.

(5)

Il-kooperazzjoni prattika fis-settur tal-ażil għandha l-għan li żżid il-konverġenza u l-kwalità tal-proċessi deċiżjonali tal-Istati Membri f'dan il-qasam, fi ħdan il-qafas leġiżlattiv Ewropew. Fis-snin reċenti saru diġà numru sostanzjali ta' attivitajiet prattiċi ta' kooperazzjoni, notevolment l-adozzjoni ta' approċċ komuni dwar informazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini u dwar it-twaqqif ta' Programm ta' Taħriġ Komuni Ewropew fil-qasam tal-Ażil.

(6)

L-Uffiċċju jappoġġja, għall-Istati Membri li s-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil nazzjonali tagħhom tinsab taħt pressjonijiet partikolari u sproporzjonali, partikolarment minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom, l-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-qasam tal-Ażil għandu jappoġġja l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi ta' solidarjetà vinkolanti mmirati biex jiffavorixxu, ▐ tqassim aħjar tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali tal-Istati Membri lejn Stati Membri oħrajn, skont regoli mhux diskrezzjonali, trasparenti u inekwivoċi , filwaqt li jiġi żgurat li s-sistemi tal-ażil ma jiġux abbużati.

(7)

Sabiex issir ħidma fit-tisħiħ u l-iżvilupp ta' dawn il-mekkaniżmi, huwa meħtieġ il-ħolqien ta' struttura speċifika maħsuba biex tappoġġjahom u tikkoordinahom, taħt l-għamla ta' Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil (l-Uffiċċju).

(8)

Sabiex jissodisfa bl-aħjar mod il-mandat tiegħu, l-Uffiċċju għandu jkun indipendenti fl-oqsma tekniċi u jgawdi minn awtonomija legali, amminstrattiva u finanzjarja. Għal dan l-iskop, l-Uffiċċju għandu jkun korp Komunitarju li jkollu personalità legali u li jeżerċita s-setgħat ta' implimentazzjoni li jingħataw lilu skont dan ir-Regolament.

(9)

Sabiex jibbenefika mill-esperjenza u l-appoġġ tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR) u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi , l-Uffiċċju għandu jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib ma' dan. Għalhekk, ir-rwol tal-UNHCR u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi għandu jkun rikonoxxut bis-sħiħ u dan tal-aħħar għandu jkun involut bis-sħiħ fil-ħidma tal-Uffiċċju. L-Uffiċċju għandu wkoll jaħdem f'kollaborazzjoni stretta mal-korpi kompetenti tal-Istati Membri li jwettqu missjonijiet fis-settur tal-ażil, mas-servizzi nazzjonali ta' immigrazzjoni u tal-ażil jew servizzi oħra u juża l-ħiliet u l-esperjenza ta' dawn is-servizzi, flimkien mal-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Uffiċċju biex jiġi żgurat li jkun jista' jwettaq il-missjoni tiegħu.

(10)

L-Uffiċċju għandu jkun Ċentru Ewropew ta' Eċċellenza fil-qasam tal-ażil u jkun inkarigat bil-faċilitar, il-koordinazzjoni u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni prattika fil-qasam tal-ażil bejn l-Istati Membri, fl-aspetti kollha tiegħu. L-Uffiċċju għandu jkollu l-mandat tiegħu ddedikat għal tliet karigi ewlenin, jiġifieri l-appoġġ għall-kooperazzjoni prattika fil-qasam tal-ażil, l-appoġġ għall-Istati Membri li għandhom pressjonijiet partikolari, il-kontribut għall-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil.

(11)

L-Uffiċċju m'għandu jkollu l-ebda setgħa diretta jew indiretta fit-teħid ta' deċiżjonijiet, mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, fir-rigward tat-talbiet individwali għall-protezzjoni internazzjonali.

(12)

Sabiex jingħata appoġġ operattiv rapidu u effikaċi lill-Istati Membri li għandhom pressjonijiet għolja fuq is-sistemi ta' ażil tagħhom, l-Uffiċċju għandu jikkoordina l-mobilizzazzjoni, fit-territorji tal-Istati Membri li jitolbu l-għajnuna, ta' timijiet ta' appoġġ għall-ażil magħmula minn esperti fil-qasam. Dawn it-timijiet għandhom jikkontribwixxu notevolment l-esperjenza tagħhom fis-servizz ta' interpretazzjoni, ta' għarfien dwar informazzjoni fir-rigward tal-pajjiż ta' oriġini u ta' għarfien dwar it-trattament u l-ġestjoni tal-applikazzjonijiet għall-ażil. Is-sistema tat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil għandha tiġi ggvernata minn dan ir-Regolament sabiex tkun żgurata l-effiċjenza tal-mobilizzazzjoni tagħhom.

(13)

L-Uffiċċju għandhu jwettaq ix-xogħlijiet tiegħu f'kondizzjonijiet li jippermettulu li jservi bħala punt ta' referenza minħabba l-indipendenza tiegħu u l-kwalità xjentifika u teknika tal-appoġġ li jagħti u l-informazzjoni li jipprovdi, permezz tat-trasparenza tal-proċeduri u l-metodi tiegħu ta' operat, u bid-diliġenza tiegħu fit-twettiq tax-xogħlijiet assenjati lilu.

(14)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu rappreżentati fil-Bord tal-Immaniġġjar sabiex jikkontrollaw effettivament il-funzjonijiet tal-Uffiċċju. Kemm jista’ jkun, il-Bord tal-Immaniġġjar għandu jkun magħmul mill-Kapijiet operazzjonali tas-servizzi nazzjonali responsabbli għall-politika dwar l-ażil, jew rappreżentanti tagħhom. Dan għandu jkun fdat bis-setgħat meħtieġa sabiex jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri trasparenti ta' ħidma sabiex jittieħdu deċiżjonijiet mill-Uffiċċju u jaħtar id-Direttur Eżekuttiv. Sabiex l-UNHCR jiġi involut bis-sħiħ fil-ħidmiet tal-Uffiċċju u meta jitqies l-esperjenza tiegħu fil-qasam tal-ażil, l-UNHCR għandu jkun membru tal-Kunsill Amminsitrattiv mingħajr dritt għall-vot. Minħabba n-natura tax-xogħlijiet tal-Uffiċċju u l-irwol tad-Direttur Eżekuttiv, il-Parlament Ewropew għandu jiġi involut fl-għażla tal-kandidati li ġew proposti għal din il-pożizzjoni.

(15)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni rapida u effiċjenti tal-Uffiċċju, dan tal-aħħar għandu jiġi assistit minn Kumitat Eżekuttiv, magħmul minn rappreżentati tal-Istati Membri, u li l-kariga tagħhom tkun li jagħtu pariri lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju u jagħtu pariri lill-Bord tal-Immaniġġjar.

(16)

Sabiex tiġi garantita l-awtonomija u l-indipendenza kompleta tal-Uffiċċju, jaqbel li jingħata baġit awtonomu, ipprovdut essenzjalment mill-kontribuzzjonijiet tal-Komunità. Il-finanzjament tal-Uffiċċju għandu jkun suġġett għall-ftehim mill-awtorità baġitarja kif stabbilit fil-punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropewdwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (4). Il-proċedura Komunitarja tal-baġit għandha tkun applikabbli sakemm il-kontribuzzjoni Komunitarja u kull sussidju ieħor li għandu jitħallas mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea huma kkunsidrati. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti tal-Awdituri ║.

(17)

Biex jaqdi dmirijietu sew, u sakemm dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-Uffiċċju għandu jikkoopera ma’ korpi Komunitarji oħra, notevolment mal-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva għall-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX), imwaqqfa bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 (5) u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (FRA), imwaqqfa bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 (6). Għandu jikkoopera wkoll mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi, il-korpi internazzjonali kompetenti fl-oqsma ggvernati minn dan ir-Regolament, u ma’ pajjiżi terzi, fil-qafas ta' ftehim ta' ħidma konklużi b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat. Bil-għan li tkun żgurata l-osservanza tal-istandards legali internazzjonali u komunitarji dwar l-ażil .

(18)

Sabiex iwettaq sew dmirijietu, l-Uffiċċju għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li kkonkludew ftehimiet mal-Komunità ║ li permezz tagħhom adottaw u japplikaw il-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament, ║ pereżempju in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Iżvizzera. L-Uffiċċju jista’ wkoll, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jikkonkludi arranġamenti ta' ħidma, bil-għan li tkun żgurata l-osservanza tal-istandards legali internazzjonali u komunitarji dwar l-ażil , ma’ pajjiżi oħra minbarra dawk li kkonkludew ftehim mal-Komunità ║ li permezz tagħhom adottaw u japplikaw il-leġiżlazzjoni Komunitarja. Madankollu, l-Uffiċċju m'għandu fl-ebda każ jiżviluppa politika barranija awtonoma.

(19)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7) (Regolament Finanzjarju), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, għandu japplika għall-Uffiċċju.

(20)

Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (8) għandu japplika mingħajr restrizzjoni għall-Uffiċċju, li għandu jżomm mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f'dak li għandu x'jaqsam mal-investigazzjonijiet interni tal-Uffiċċju ta' kontra l-Frodi (OLAF)  (9).

(21)

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (10) għandu japplika għall-Uffiċċju.

(22)

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' din id-data (11) japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali mill-Uffiċċju.

(23)

Id-dispożizzjonijiet meħtieġa li jikkonċernaw l-akkomodazzjoni tal-Uffiċċju fl-Istat Membru ospitanti u r-regoli speċifiċi applikabbli għall-persunal kollu tal-Uffiċċju u għall-membri tal-familja tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim dwar Kwartieri Ġenerali. Barra minn hekk, l-Istat Membru ospitanti għandu jiżgura l-aħjar kondizzjonijiet possibbli għall-ħidma tajba tal-Uffiċċju, inkluż fir-rigward tal-iskejjel għat-tfal u t-trasport, sabiex ikun jista' jattira r-riżorsi umani ta' kwalità għolja abbażi ta' firxa ġeografika wiesgħa kemm jista' jkun.

(24)

Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħtieġa li tiġi ffaċilitata u msaħħa l-kooperazzjoni prattika bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ażil kif ukoll li jingħata kontribut għal implimentazzjoni aħjar tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, ma jistgħux jitwettqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jitwettqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tieħu miżuri, konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà ddedikat għall-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(25)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka mehmuża mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u ║ m'hijiex marbuta bih, jew obbligata li tapplikah.

(26)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-Drittijiet Fundamentali u josserva l-prinċipji magħrufa notevolment mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandu jkun applikat b'mod konformi mal-Artikolu 18 li jirrigwarda d-dritt għall-ażil,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

ĦOLQIEN U KOMPITI TAL-UFFIĊĊJU TA' APPOĠĠ EWROPEW FIL-QASAM TAL-AŻIL

║ Artikolu 1

It-Twaqqif tal-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil

B'dan huwa mwaqqaf Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil, (l-Uffiċċju), sabiex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni prattika fil-qasam tal-ażil bejn l-Istati Membri.

Artikolu 2

Il-ħidmiet tal-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil

1.   L-Uffiċċju jiffaċilita, jikkoordina u jsaħħaħ il-kooperazzjoni prattika bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ażil, fl-aspetti diversi kollha tagħha, sabiex jikkontribwixxi għal implimentazzjoni aħjar tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, inklużi l-aspetti esterni tagħha.

2.   L-Uffiċċju jagħti appoġġ operazzjonali lill-Istati Membri li għandhom pressjonijiet għolja fuq is-sistemi ta' ażil tagħhom, notevolment billi jikkoordina t-timijiet ta' appoġġ għall-ażil magħmulin minn esperti fil-qasam tal-ażil.

3.   L-Uffiċċju għandu jipprovdi għajnuna teknika u xjentifika għall-politika u għal-leġiżlazzjoni tal-Komunità fl-oqsma kollha li għandhom impatt dirett jew indirett fuq l-ażil, sabiex ikun jista' jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu fil-kooperazzjoni prattika fil-qasam tal-ażil u jwettaq id-dmirijiet tiegħu bl-aħjar mod. Huwa sors indipendenti ta' informazzjoni fuq il-kwistjonijiet kollha relatati ma’ dawk l-oqsma.

4.   L-Uffiċċju jwettaq ix-xogħlijiet tiegħu f'kondizzjonijiet li jippermettulu li jservi bħala punt ta' referenza minħabba l-indipendenza tiegħu u l-kwalità xjentifika u teknika tal-appoġġ li jagħti u l-informazzjoni li jagħti, permezz tat-trasparenza tal-proċeduri u l-metodi tiegħu ta' operat, u bid-diliġenza tiegħu fit-twettiq tax-xogħlijiet assenjati lilu.

5.   L-Uffiċċju jwettaq id-dmirijiet tiegħu mingħajr preġudizzju ta' dawk attribwiti lill-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (FRA), u jaħdem f'kollaborazzjoni stretta magħha, kif ukoll mal-UNHCR.

6.     L-Uffiċċju m'għandu jkollu l-ebda poter dirett jew indirett relatat mat-teħid ta' deċiżjonijiet mill-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar applikazzjonijiet individwali għall-protezzjoni internazzjonali.

KAPITOLU 2

Il-KOMPITI TAL-UFFIĊĊJU TA’ APPOĠĠ EWROPEW FIL-QASAM TAL-AŻIL

Taqsima 1

Appoġġ għall-kooperazzjoni prattika fil-qasam tal-ażil

Artikolu 3

L-iskambju ta' informazzjoni u l-prattiċi tajba

L-Uffiċċju jorganizza, jiffavorixxi u jikkoordina l-azzjonijiet kollha li jippermettu l-iskambju ta' informazzjoni, kif ukoll l-identifikazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattika bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ażil.

Artikolu 4

L-informazzjoni dwar il-pajjiżi ta' oriġini

L-Uffiċċju jorganizza, jiffavorixxi u jikkoordina l-azzjonijiet relatati mal-informazzjonijiet dwar il-pajjiżi ta' oriġini, u b'mod partikolari

(a)

il-ġbir rilevanti, affidabbli, eżatta u aġġornata , billi jintużaw is-sorsi relevanti kollha ta' informazzjoni, notevolment governattivi u mhux governattiva, informazzjoni relatata mal-pajjiżi ta' oriġini ta' dawk li jitolbu l-ażil u tal-persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali. b'mod trasparenti u imparzjali , billi jintużaw is-sorsi kollha rilevanti ta' informazzjoni, inklużi l-organizzazzjonijiet governattivi u mhux governattivi (NGOs), l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-istituzzjonijiet tal-UE ;

(b)

l-amministrazzjoni u l-iżvilupp ta' portal li jiġbor l-informazzjoni relatata mal-pajjiżi ta' oriġini u l-manteniment tal-portal, kif ukoll l-iżgurar li jkun aċċessibbli u trasparenti ;

(c)

it-tfassil ta' format komuni u ta' metodoloġija komuni għall-preżentazzjoni, il-verifika u l-użu tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini;

(d)

l-analiżi imparzjali tal-informazzjoni dwar il-pajjiżi ta' oriġini u t-tfassil tar-rapporti dwar il-pajjiżi ta' oriġini skont il-punt (a) , filwaqt li toqrob lejn kriterji komuni tal-valutazzjoni .

Artikolu 5

L-Appoġġ għat-trasferiment intrakomunitarju tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali

Għall-Istati Membri li s-sistema ta' ażil nazzjonali tagħhom jinsab taħt pressjonijiet partikolari u sproporzjonati, speċjalment minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom, l-Uffiċċju jikkoordina l-iskambju ta' informazzjoni u kull azzjoni oħra marbuta mal-implimentazzjoni tal-istrumenti u l-mekkaniżmi relatati mat-trasferiment intrakomunitarju, ▐ tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

L-Appoġġ għat-Taħriġ

1.   L-Uffiċċju jistabbilixxi u jiżviluppa b'koperazzjoni mill-qrib mal-UNHCR u l-NGOs rilevanti, t-taħriġ maħsub għall-membri tal-amministrazzjonijiet u ġuriżdizzjonijiet nazzjonali kollha, kif ukoll għas-servizzi nazzjonali jew entitajiet oħra li huma formalment ingaġġati fil-proċedura tal-ażil tal-Istati Membri ▐.

2.   L-Uffiċċju jamministra u jiżviluppa kurrikulu Ewropew fil-qasam tal-ażil li għandu, tal-anqas, jipprovdi t-taħriġ dwar il-liġi u l-istandards internazzjonali tar-refuġjati u tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll dwar l-acquis tal-Komunità dwar l-ażil .

3.   It-taħriġ proposti mill-Uffiċċju jistgħu jkunu ġenerali, speċifiċi jew tematiċi.

4.   L-attivitajiet ta' taħriġ speċifiku jew tematiku għandhom jinkludu:

(a)

il-kwistjonijiet marbutin mat-trattament ta' talbiet għall-ażil tal-minuri, tal-persuni vulnerabbli u bi bżonnijiet speċifiċi;

(b)

l-identifikazzjoni tas-sinjali u s-sintomi ta' tortura;

(c)

it-tekniki ta' manutenzjoni;

(d)

l-użu ta' rapporti ta' esperti mediċi u legali fil-proċeduri tal-ażil;

(e)

il-kwistjonijiet marbutin mal-produzzjoni u l-użu u l-isfruttar tal-informazzjoni dwar il-pajjiżi ta' oriġini;

(f)

il-kwistjonijiet speċifiċi legali jew ġurisprudenzjali.

5.   It-taħriġ proposti huma partikolarment immirati biex jiżguraw kwalità għolja tat-taħriġ tal-partijiet ikkonċernati, kif ukoll biex jiġu definiti l-prinċipji ewlenin u l-aħjar prattika eżemplari sabiex jikkontribwixxi u jżid il-konverġenza tal-prattiċi, tal-metodi amministrattivi u l-ġurisprudenzi nazzjonali.

6.   Għal dawk l-esperti li jiffurmaw parti mir-riżerva ta' intervent għall-ażil kif imsemmi fl- Artikolu 15 , l-Uffiċċju jorganizza taħriġ speċjalizzat relatat mal-karigi li jkunu mitluba jwettqu u l-kompetenzi li jkollhom jużaw, bl-istess mod għall-eżerċizzji perjodiċi għall-dawn l-esperti skont l-iskeda ta' taħriġ speċjalizzat u l-eżerċizzji indikati fil-programm ta' ħidma annwali tiegħu.

7.   L-Uffiċċju jista’ jorganizza attivitajiet ta' taħriġ f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-NGOs fit-territorju tagħhom.

Artikolu 7

L-Appoġġ għall-aspetti esterni tal-politika tal-ażil

Fil-qasam estern, u bi ftehim mal-Kummissjoni, l-Uffiċċju jikkoordina l-iskambju ta' informazzjoni u kull azzjoni oħra relatata mal-kwistjonijiet marbutin mal-implimentazzjoni tal-istrumenti u l-mekkaniżmi tad-dimensjoni esterna tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil.

L-Uffiċċju jikkoordina l-iskambju ta' informazzjoni u kull azzjoni oħra li jsiru fir-rigward tal-istallazzjoni mill-ġdid tar-refuġjati fi ħdan l-Unjoni Ewropea, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-prinċipji ta' solidarjetà u ta' piż kondiviż .

Fil-qafas tal-mandat tiegħu, u skont l-Artikolu 49, l-Uffiċċju jista’ jippromwovi t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' pajjiżi terzi fil-qafas tal-programmi ta' protezzjoni reġjonali.

Taqsima 2

L-Appoġġ lill-Istati Membri li għandhom pressjonijiet partikolari

Artikolu 8

Pressjonijiet partikolari

L-Uffiċċju jikkoordina u jappoġġja kull azzjoni komuni favur l-Istati Membri li għandhom pressjonijiet partikolari, notevolment dawk ikkawżati mis-sitwazzjoni ġeografika tagħhom jew minħabba s-sitwazzjonijiet ikkawżati mill-wasla f'daqqa, ta' għadd kbir ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jistgħu jkollhom bżonn protezzjoni internazzjonali.

Artikolu 9

Il-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni

1.   Sabiex ikun jista’ jagħmel evalwazzjoni tal-ħtiġijiet tal-Istati Membri li jinsabu taħt pressjonijiet partikolari, l-Uffiċċju jiġbor, notevolment fuq bażi tal-informazzjoni pprovduta lill-Uffiċċju mill-Istati Membri u mill-UNHCR u minn organizzazzjonijiet rilevanti oħra , kull informazzjoni utli li tippermetti l-identifikazzjoni, it-tħejjija u d-definizzzjoni tal-miżuri ta' emerġenza mmirati biex jiffaċċjaw il-pressjonijiet partikolari, notevolment fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi tad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta' talba ta' protezzjoni internazzjonali ppreżentata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna bla stat (12).

2.   L-Uffiċċju jiġbor u janalizza b'mod sistematiku, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, l-istrutturi u l-persunal disponibbli, notevolment fit-traduzzjoni u l-interpretazzjoni u l-għajnuna fil-ġbir inizjali tal-informazzjoni biex l-Istati Membri jiġu appoġġjati meta jkunu qed jiddeterminaw l-istatus , kif ukoll il-kapaċitajiet ta' akkoljenza fil-qasam tal-ażil fl-Istati Membri, sabiex isir skambju rapidu u affidabbli ta' informazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali differenti responsabbli fil-qasam tal-ażil.

Artikolu 10

Appoġġ għall-Istati Membri

L-Uffiċċju jikkoordina l-azzjonijiet ta' appoġġ għall-Istati Membri li huma soġġetti għall-pressjonijiet inkluż:

a)

iwaqqaf sistema ta' allarm bikkri mmirat biex jinnotifika l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar il-wasliet kbar eventwali ta' persuni li jitolbu l-protezzjoni internazzjonali;

b)

fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni, jimplimenta mekkaniżmu ta' solidarjetà li jorbot għall-allokazzjoni mill-ġdid ta' benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali minn Stati Membri li jħabbtu wiċċhom ma' pressjoni speċifika u sproporzjonata fuq is-sistema nazzjonali tagħhom tal-ażil, b'konsultazzjoni mal-UNHCR, filwaqt li jkun żgurat li l-allokazzjoni ġdida timxi fuq regoli trasparenti, mhux diskrezzjonali u mhux ekwivoċi;

c)

jikkoordina l-azzjonijiet li għandhom isiru favur l-Istati Membri li għandhom pressjonijiet sabiex tiġi ffaċilitata l-ewwel analiżi tat-talbiet għall-ażil eżaminati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

d)

jikoordina l-azzjonijiet li jippermettu t-twaqqif malajr ta' ċentri ta' akkoljenza xierqa mill-Istat Membru li għandu pressjonijiet, b'mod partikolari l-akkomodazzjoni urġenti, il-mezzi ta' trasport u l-għajnuna medika;

e)

jikkoordina t-timijiet ta' appoġġ għall-ażil, li l-modus operandi tagħhom huma definiti fil-Kapitolu 3.

Taqsima 3

Il-kontribut għall-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil

Artikolu 11

Il-ġbir u l-iskambju ta' informazzjoni

1.   L-Uffiċċju jorganizza, jikkoordina u jiffavorixxi l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-ażil, kif ukoll bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-ażil, dwar l-implimentazzjoni tal-ġabra ta' strumenti bbażati fuq l-acquis communautaire fil-qasam tal-ażil. B'dan il-għan, jista’ joħloq bażi ta' dejta fattwali, legali u ġurisprudenzjali dwar l-istrumenti relatati mal-ażil fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali.

2.   B'mod partikolari, l-Uffiċċju jiġbor l-informazzjoni segwenti dwar:

(a)

║ l-ipproċessar tat-talbiet għal protezzjoni internazzjonali fl-amministrazzjonijiet u awtoritajiet nazzjonali;

(b)

║ il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali u l-iżviluppi tagħhom fil-qasam tal-ażil, inkluż il-ġurisprudenza.

Artikolu 12

Ir-Rapporti u dokumenti oħra tal-Uffiċċju

1.   Kull sena, l-Uffiċċju jħejji rapport dwar is-sitwazzjoni tal-ażil fl-Unjoni Ewropea. Fil-qafas ta' dan ir-rapport, l-Uffiċċju jevalwa partikolarment ir-riżultati tal-azzjonijiet li saru f'isem dan ir-Regolament u jagħmel analiżi komparattiva globali, sabiex jiffavorixxi għarfien aħjar mill-Istati Membri dwar il-prattiċi tajba attwali u jtejjeb il-kwalità, il-koerenza u l-effikaċità tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil. Ir-rapport għandu jitressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni.

2.   L-Uffiċċju jista’ jħejji, fuq talba tal-Kummissjoni, fuq opinjoni tal-Kumitat Eżekuttiv skont kif stipulat fl-Artikolu 32, f'kollaborazzjoni stretta tal-gruppi ta' ħidma tiegħu mal-Kummissjoni, dokumenti tekniċi relatati mal-implimentazzjoni tal-istrumenti Komunitarji fil-qasam tal-ażil, b'mod partikolari l-Linji Gwida jew il-manwali operattivi. Il-UNHCR għandu jkun parteċipant ewlieni fl-iżvilupp tal-linji gwida tal-UE sabiex tkun żgurata l-konsistenza mal-istandards internazzjonali. Għal suġġetti li dwarhom diġà jeżistu linji gwida tal-UNHCR, dawn għandhom iservu bħalu l-punt ta' tluq għall-koperazzjoni prattika sabiex jitnaqqsu d-differenzi fil-prattika.

3.     Fuq talba tal-Parlament Ewropew, l-Uffiċċju jista' jabbozza rapporti dwar aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni tal-acquis tal-Komunità dwar l-ażil li jikkonċernaw il-protezzjoni internazzjonali.

KAPITOLU 3

IT-TIMIJIET TA' APPOĠĠ GĦALL-AŻIL

Artikolu 13

Il-Koordinazzjoni

1.     Stat Membru jew Stati Membri li huma suġġetti għal pressjoni partikulari jistgħu jitolbu lill-Uffiċċju għall-imobilizzazzjoni ta' tim ta' appoġġ fil-qasam tal-ażil. L-Istat Membru jew l-Istati Membri li jkun qed jagħmlu talba għandhom jispeċifikaw b'mod partikulari deskrizzjoni tas-sitwazzjoni, kwalunkwe objettivi u stima tal-mobilizzazzjoni meħtieġa, skont l-Artikolu 18(1).

2.     Fi tweġiba għal din it-tip ta' talba, l-Uffiċċju jista' jikkoordina l-għajnuna teknika u operazzjonali lill-Istat Membru jew Stati Membri kif ukoll l-iskjerament, għal perjodu limitat, tat-tim ta' appoġġ fil-qasam tal-ażil fit-territorju tal-Istat Membru jew l-Istati Membri li qed jagħmlu t-talba fuq il-bażi ta' pjan operattiv kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 18.

Artikolu 14

L-Għajnuna teknika

It-timijiet ta' appoġġ għall-ażil jikkontribwixxu notevolment l-esperjenza tagħhom kif ġie miftiehem fil-pjan operattiv li hemm referenza għalih fl-Artikolu 18, fis-servizz ta' interpretazzjoni, ta' għarfien dwar informazzjoni fir-rigward tal-pajjiż ta' oriġini u ta' għarfien dwar it-trattament u l-ġestjoni tal-applikazzjonijiet għall-ażil, fil-qafas tal-azzjonijiet ta' appoġġ lill-Istati Membri mmexxija mill-Uffiċċju b'mod konformi mal-Artikolu 10.

Artikolu 15

Ir-Riżerva ta' intervent għall-ażil

1.   Fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Uffiċċju għandu jiddeċiedi b'maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri tiegħu l-profili u n-numru sħiħ ta' esperti disponibbli sabiex jiġu ffurmati t-timijiet ta' appoġġ għall-ażil (Ir-riżerva ta' intervent għall-ażil). L-istess proċedura għandha tapplika għal kwalunkwe bidla sussegwenti fil-profili u n-numru sħiħ ta' esperti tar-riżerva ta' intervent għall-ażil.

2.   L-Istati Membri jikkontribwixxu għar-riżerva ta' intervent għall-ażil permezz ta' grupp ta' esperti nazzjonali bbażat fuq il-profili differenti definiti billi jaħtru esperti li jikkorrispondu mal-profili meħtieġa.

Artikolu 16

Il-Mobilizzazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom immedjatament jikkomunikaw, fuq talba tal-Uffiċċju, in-numru, l-ismijiet u l-profili tal-esperti mir-riżerva nazzjonali tagħhom li huma jistgħu jqiegħdu għad-dispożizzjoni fi żmien ħamest ijiem bħala membri tat-tim ta' appoġġ għall-ażil. Fuq talba tal-Uffiċju, l-Istati Membri għandhom jibgħatu l-esperti, ħlief jekk l-Istati Membri jkunu qed jiffaċċja sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b'mod sostanzjali t-twettiq ta' kompiti nazzjonali. L-awtonomija tal-Istat Membru ta' oriġini f'relazzjoni mal-għażla tal-persunal u t-tul ta' żmien tal-mobilizzazzjoni tagħhom m'għandhiex tkun affettwata.

2.     Meta l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jipprovdu l-kompetenza meqjusa bħala essenzjali għall-operat tiegħu, l-Uffiċċju jista' jieħu l-miżuri meħtieġa biex jakkwista tali kompetenza minn esperti u organizzazzjonijiet rilevanti, filwaqt li jirrikorri għall-kompetenza tal-Forum Konsultattiv.

3.   Meta tiġi deċiża l-kompożizzjoni tat-tim ta' appoġġ għall-ażil għall-mobilizzazzjoni, id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu kont taċ-ċirkostanzi partikolari li qed jiffaċċja l-Istat Membru li jagħmel it-talba. It-tim ta' appoġġ għall-ażil għandu jkun kompost skont il-pjan operattiv imħejji skont l-Artikolu 18.

Artikolu 17

Il-Proċedura ta' deċiżjoni għall-mobilizzazzjoni

1.   Talba għall-mobilizzazzjoni ta' timijiet ta' appoġġ għall-ażil, b'mod konformi mal-Artikolu 16.1, għandha tinkludi deskrizzjoni tas-sitwazzjoni, il-miri possibbli u l-ħtiġijiet previsti għall-mobilizzazzjoni. Jekk meħtieġ, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jibgħat esperti mill-Uffiċċju biex jevalwaw is-sitwazzjoni tal-Istat Membru li jagħmel it-talba.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv jinforma immedjatament il-Kumitat Eżekuttiv dwar il-mobilizzazzjoni tat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu deċiżjoni dwar it-talba għall-mobilizzazzjoni tat-timijiet malajr kemm jista' jkun u mhux iktar tard minn ħamest ijiem ta' xogħol mid-data meta rċieva t-talba. Id-Direttur Eżekuttiv għandu fl-istess ħin javża bil-miktub lill-Istat Membru li għamel it-talba u lill-Kumitat Eżekuttiv dwar id-deċiżjoni li fihajiddikjara r-raġunijiet ewlenin li fuqhom hija bbażata.

4.   Jekk id-Direttur Eżekuttiv jiddeċiedi li jibgħat wieħed jew iktar mit-timijiet ta' appoġġ għall-ażil, l-Uffiċċju u l-Istat Membru li għamel it-talba għandhom ifasslu immedjatament pjan operattiv skont l-Artikolu 18.

5.   Malli jkun hemm ftehim dwar il-pjan operattiv, id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Istati Membri bin-numru mitlub u bil-profili ta' esperti li ser jiġu mobilizzati fit-timijiet. Din l-informazzjoni għandha tingħata, bil-miktub, lill-punti nazzjonali ta' kuntatt stabbiliti skont l-Artikolu 19 u għandha tindika d-data ppjanata għall-mobilizzazzjoni. Għandha tiġi pprovduta wkoll lilhom kopja tal-pjan operattiv.

6.   Jekk id-Direttur Eżekuttiv huwa assenti jew indispost, id-deċiżjonijiet relatati mal-mobilizzazzjoni tat-timijiet għandhom jittieħdu mill-Kap tal-Unità li jissostitwih matul l-assenza tiegħu.

Artikolu 18

Il-Pjan Operattiv

1.   Id-Direttur Eżekuttiv u l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandhom jiftehmu dwar pjan operattiv li jagħti l-kondizzjonijiet preċiżi għall-mobilizzazzjoni tat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil. Il-pjan operattiv għandu jinkludi dan li ġej:

a)

id-deskrizzjoni tas-sitwazzjoni bil-modus operandi u l-għanijiet tal-mobilizzazzjoni, inkluż l-għan operattiv;

b)

id-dewmien previst tal-mobilizzazzjoni tat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil;

c)

iż-żona ġeografika ta' responsabbiltà fl-Istat Membru li jagħmel it-talba fejn ser jintbagħtu it-Timijiet;

d)

id-deskrizzjoni tal-kompiti u tal-istruzzjonijiet speċjali, inklużi dawk dwar il-bażijiet ta' dejta li l-membri tat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil huma awtorizzati jikkonsultaw u t-tagħmir li huma awtorizzati jużaw fl-Istat Membru ospitanti;

e)

il-kompożizzjoni tat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil.

2.   Għandu jkun hemm ftehim dwar kull emenda jew adattament għall-pjan operattiv kemm mid-Direttur Eżekuttiv kif ukoll tal-Istat Membru li jagħmel it-talba. Għandha tintbagħat minnufih kopja tal-pjan operattiv emendat jew adattat mill-Uffiċċju lill-Istati Membri parteċipanti.

Artikolu 19

Il-punt ta' kuntatt nazzjonali

Kull Stat Membru għandu jagħżel punt ta' kuntatt nazzjonali għall-komunikazzjoni mal-Uffiċċju fuq il-kwistjonijiet kollha li jkollhom x'jaqsmu mat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil. Il-punt ta' kuntatt nazzjonali għandu jkun jista’ jintlaħaq f'kull ħin.

Artikolu 20

Il-punt ta' kuntatt Komunitarju

1.   Id-Direttur Eżekuttiv jaħtar espert wieħed jew iktar tal-Uffiċċju, li jaġixxu bħala punt ta' kuntatt Komunitarju inkarigati mill-koordinazzjoni. Id-Direttur Eżekuttiv għandu javża lill-Istat Membru ospitanti bil-ħatra.

2.   Il-punt ta' kuntatt Komunitarju jintervjeni f'isem l-Uffiċċju fl-aspetti kollha ta' mobilizzazzjoni tat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil. Partikolarment dan ikun inkarigat li:

a)

jaġixxi bħala l-kollegament bejn l-Uffiċċju u l-Istat Membru ospitanti;

b)

jaġixxi bħala kollegament bejn l-Uffiċċju u l-membri tat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil, u jipprovdi assistenza, f'isem l-Uffiċċju, dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-kondizzjonijiet tal-mobilizzazzjoni tat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil;

c)

isegwi l-implimentazzjoni korretta tal-pjan operattiv;

d)

jagħti rendikont lill-Uffiċċju dwar l-aspetti kollha tal-mobilizzazzjoni tat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju jista’ jawtorizza l-punt ta' kuntatt biex jikkontribwixxi għas-soluzzjoni tad-differenzi fir-rigward tat-twettiq tal-pjan operattiv u fil-mobilizzazzjoni tat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil.

4.   Fil-qadi ta' dmirijietu, il-punt ta' kuntatt Komunitarju għandu jieħu biss l-istruzzjonijiet mill-Uffiċċju.

Artikolu 21

Responsabilità Ċivili

1.     Meta l-membri ta' tim ta' appoġġ tal-ażil ikunu qed joperaw fi Stat Membru li qed jospitah, dak l-Istat Membru huwa responsabbli, skont il-liġi nazzjonali tiegħum, minn kwalunkwe danni li jiġu kkawżati lilhom matul l-operazzjonijiet tagħhom.

2.     Meta dawn id-danni jkunu r-riżultat ta' negliġenża gravi jew komportament skorrett volontarju, l-Istat Membru li qed jospita jista’ jirrikorri għand l-Istat Membru oriġinali għar-rimborż li huwa jkun ħallas għall-vittmi jew il-persuni ntitolati li ġew imħallsa f'isem l-Istat Membru oriġinali.

3.     Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu vis-à-vis partijiet terzi, kull Stat Membru jista’ jirrinunzja il-klejms kollha tiegħu kontra l-Istat Membru li qed jospita jew kwalunkwe Stat Membru ieħor għal kwalunkwe danni li soffra, ħlief f'każijiet ta' negliġenza kbira jew komportament skorrett volontarju.

4.     Kwalunkwe nuqqas ta' ftehim bejn l-Istati Membri li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta' paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu li ma jistgħux jiġu solvuti permezz ta' negozjati bejniethom għandhom jindirizzawhom lill- Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej skont l-Artikolu 239 tat-Trattat.

5.     Mingħajr preġudizzju għall-eżerċitu tad-drittijiet tiegħu vis-à-vis partijiet terzi, l-Uffiċċju għandu jieħu ħsieb hu stess l-ispejjez f'danni li jsiru fuq it-tagħmir tal-Uffiċċju matul l-iskjariment, ħlief f'każijiet ta' negliġenza jew komportament skorrett volontarju.

Artikolu 22

Responsabilità kriminali

Matul il-mobilizzazzjoni tat-tim ta' appoġġ tal-ażil, il-membri tat-tim għandhom jiġu trattati bl-istess mod bħall-uffiċjali tal-Istat Membru li qed jospita f'dak li jikkonċerna offiżi kriminali li jistgħu jiġu kommessi kontrihom jew minnhom.

Artikolu 23

L-ispejjeż

L-Uffiċċju jkopri b'mod sħiħ l-ispejjeż li ġejjin imġarrba mill-Istati Membri meta jpoġġu l-esperti tagħhom għad-dispożizzjoni għall-finijiet ta' mobilizzazzjoni tat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil:

a)

l-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-Istat Membru ta' oriġini għall-Istat Membru ospitanti u mill-Istat Membru ospitanti sal-Istat Membru ta' oriġini;

b)

l-ispejjeż relatati mat-tilqim;

c)

l-ispejjeż relatati mal-ħtiġijiet ta' assigurazzjoni speċjali;

d)

l-ispejjeż relatati mal-kura tas-saħħa;

e)

il-konċessjonijiet għall-għajxien ta' kuljum, inklużi l-ispejjeż għall-akkomodazzjoni;

f)

l-ispejjeż relatati mat-tagħmir tekniku tal-Uffiċċju.

KAPITOLU 4

ORGANIZZAZZJONI TAL-UFFIĊĊJU

Artikolu 24

Il-Korpi tal-Uffiċċju

L-istruttura ta' Amministrazzjoni u Ġestjoni tal-Uffiċċju hija:

a)

Bord tal-Immaniġġjar;

b)

Direttur Eżekuttiv u l-persunal tiegħu;

c)

Kumitat Eżekuttiv;

d)

Forum Konsultattiv.

Artikolu 25

Il-Kompożizzjoni tal-Bord tal-Immaniġġjar

1.   Il-Bord tal-Immaniġġjar għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant ieħor mill-Kummissjoni.

2.   Membru supplenti jista’ jirrappreżenta jew jakkumpanja kull membru tal-Bord tal-Immaniġġjar; meta jkun qed jakkumpanja membru, il-membru supplenti għandu jattendi mingħajr ma jkollu d-dritt li jivvota.

3.   Il-membri tal-Bord tal-Immaniġġjar huma maħtura abbażi tal-esperjenza tagħhom u tal-ħiliet ta' livell għoli tagħhom fil-qasam tal-ażil.

4.   L-UNHCR huwa membru awtomatiku tal-Bord tal-Immaniġġjar, mingħajr dritt għall-vot.

5.   Il-membri tal-Bord tal-Immaniġġjar jinħatru għal perjodu ta' tliet snin. Dan it-terminu tal-mandat jista' jiġġedded. Malli jagħlqilhom it-terminu tal-mandat jew f'każ li jirriżenjaw, il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm il-ħatra tagħhom tiġi mġedda, jew jiġu mibdula.

Artikolu 26

Il-Presidenza tal-Bord tal-Immaniġġjar

1.   Il-Bord tal-Immaniġġjar jaħtar President u Viċi-President fost il-membri. Il-Viċi-President jissostitwixxi awtomatikament il-President meta dan tal-aħħar ma jkunx f'pożizzjoni li jaqdi dimirijietu.

2.   Il-mandat tal-President u dak tal-Viċi-President huwa ta' tliet snin u jistgħu jiġġeddu darba biss. Madankollu, jekk huma ma jibqgħux membri tal-Bord tal-Immaniġġjar fi kwalunkwe mument tal-mandat tagħhom bħala President jew Viċi-President, il-mandat tagħhom jiskadi awtomatikament fl-istess data.

Artikolu 27

Il-laqgħat tal-Bord tal-Immaniġġjar

1.   Il-laqgħat tal-Bord tal-Immaniġġjar għandhom jiġu mlaqqa’ mill-President tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet.

2.   Il-Bord tal-Immaniġġjar għandu jiltaqa' tal-anqas darbtejn fis-sena f'sessjoni ordinarja. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq is-sejħa tal-President jew fuq it-talba ta' mill-inqas terz tal-membri tiegħu. Il-President isejjaħ laqgħat addizzjonali tal-Bord tal-Immaniġġjar fuq talba ta' mill-inqas terz tal-membri tiegħu.

3.   Il-Bord tal-Immaniġġjar jista' jistieden lil kwalunkwe persuna b'opinjonijiet li jistgħu jkunu rilevanti biex tattendi l-laqgħat bħala osservatur.

4.   Il-membri tal-Bord tal-Immaniġġjar jistgħu, soġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, jiġu assistiti minn konsulenti jew esperti.

5.   Is-segretarjat tal-Bord tal-Immaniġġjar għandu jiġi pprovdut mill-Uffiċċju.

Artikolu 28

Il-Votazzjoni

1.   Il-Bord tal-Immaniġġjar għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta' maġġoranza assoluta tal-membri kollha intitolati għall-vot. Kull membru li għandu d-dritt għall-vot għandu vuċi. Fin-nuqqas ta' membru, is-supplent tiegħu jew tagħha għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tiegħu jew tagħha li jivvota.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju m'għandux ikollu d-dritt tal-vot.

3.   Il-president għandu jieħu sehem fil-votazzjoni.

4.   L-Istati Membri li ma jipparteċipawx bi sħiħ fl-acquis Komunitarju tal-ażil ma jieħdux sehem fil-votazzjoni meta l-Bord tal-Immaniġġjar jkollu jieħu deċiżjonijiet, fil-qafas tas-setgħa mogħtija lill-Uffiċċju skont kif definiti fl-Artikolu 29, abbażi ta' strumenti li fihom ma jipparteċipawx.

5.   Ir-regoli interni tal-Bord tal-Immaniġġjar jistabbilixxu l-arranġamenti ta' votazzjoni aktar dettaljati, b'mod partikolari, il-kundizzjonijiet għal membru biex jaġixxi f'isem membru ieħor kif ukoll kull ħtiġijiet ta' kworum, fejn hu meħtieġ.

Artikolu 29

Il-Funzjonijiet tal- Bord tal-Immaniġġjar

Il-Bord tal-Immaniġġjar jiżgura li l-Uffiċċju jaqdi l-funzjonijiet assenjati lilu. Huwa l-korp ta' programmazzjoni u sorveljanza tal-Uffiċċju. B'mod partikolari, għandu:

(a)

jistabbilixxi r-Regoli Interni tiegħu;

(b)

jaħtar id-Direttur Eżekuttiv skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 30; jeżerċita l-awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv u, jekk ikun meħtieġ, jissospendih jew ikeċċieh;

(c)

jadotta r-Rapport Annwali Ġenerali dwar l-attivitajiet tal-Uffiċċju u jibagħtu sal-15 ta' Ġunju tas-sena segwenti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri. Ir-Rapport Ġenerali għandu jiġi ppubblikat;

(d)

jadotta, b'maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri li għandhom id-dritt għall-vot, qabel it-30 ta' Settembru ta' kull sena, abbażi ta' abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv ║, u wara li tasal l-opinjoni tal-Kummissjoni, il-programm ta' ħidma tal-Uffiċċju għas-sena segwenti u jippreżentah lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni; Il-programm ta' ħidma huwa adottat skont il-proċedura baġitarja annwali u skont il-programm ta' ħidma leġiżlattiv tal-Komunità fil-qasam relevanti tal-ażil;

(e)

jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu relatati mal-baġit tal-Uffiċċju skont il-Kapitolu 5;

(f)

jadotta l-proċeduri għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 skont l-Artikolu 43 ta' dan ir-Regolament;

(g)

jistabbilixxi l-lingwi tal-Uffiċċju skont l-Artikolu 42;

(h)

jiddefinixxi l-istruttura ta' organizzazzjoni tal-Uffiċċju u jiddeċiedi l-politika tal-Uffiċċju fir-rigward tal-persunal fir-rispett tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39;

(i)

jadotta, wara li jkun talab l-opinjoni tal-Kummissjoni, il-pjan multiannwali fil-qasam tal-politika tal-persunal;

(j)

jieħu kull deċiżjoni favur l-implimentazzjoni tal-mandat tal-Uffiċċju skont kif definit f'dan ir-Regolament;

(k)

jieħu kull deċiżjoni dwar il-ħolqien, u jekk meħtieġ għall-evoluzzjoni, tas-sistemi ta' informazzjoni previsti b'dan ir-Regolament u notevolment il-portal tal-informazzjoni stipulat fl-Artikolu 4(b);

(l)

jieħu kull deċiżjoni dwar il-ħolqien u, jekk meħtieġ għall-evoluzzjoni tal-istrutturi interni ta' ħidma tal-Uffiċċju;

(m)

jeżerċita l-awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv;

(n)

jistabbilixxi r-regoli interni abbażi ta' abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv u wara l-opinjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 30

Il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv

1.   Id-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju huwa maħtur mill-Bord tal-Immaniġġjar għal perjodu ta' ħames snin, skont il-proċedura ta' koperazzjoni prevista f'dan l-Artikolu . Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi maħtur fuq il-bażi tal-merti personali tiegħu jew tagħha, l-esperjenza fil-qasam tal-ażil u l-ħiliet amministrattivi u ta' tmexxija. Il-proċedura ta' koperazzjoni għandha tkun kif ġej:

a)

fuq il-bażi ta' lista mfassla mill-Kummissjoni wara sejħa għall-kandidati u proċedura ta' selezzjoni trasparenti, l-applikanti għandhom qabel il-ħatra jindirizzaw il-Kunsill u l-kumitat jew kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew u jirrispondu l-mistoqsijiet;

b)

il-Parlament Ewropew u l-Kunsill imbagħad għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom u jiddikjaraw l-ordni tal-preferenza tagħhom;

c)

il-Bord tal-Immaniġġjar għandu jaħtar id-Direttur Eżekuttiv filwaqt li jikkunsidra dawk l-opinjonijiet.

Matul l-aħħar disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin, il-Kummissjoni tipproċedi għal evalwazzjoni partikolarment dwar:

ir-riżultati miksuba mid-Direttur Eżekuttiv;

id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Uffiċċju matul is-snin ġejjiena.

2.   Il-Bord tal-Immaniġġjar, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, filwaqt li jqis ir-rapport ta' evalwazzjoni u biss meta jkun iġġustifikat bid-dmijiet u l-ħtiġijiet tal-Uffiċċju, jista' jġedded il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba għal mhux iktar minn tliet snin.

3.   Il-Bord tal-Immaniġġjar jinforma l-Parlament Ewropew dwar l-intenzjoni li jġedded il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fix-xahar qabel ma jsir dan it-tiġdid, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi mitlub jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat/i kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb domandi mill-membri tagħhom.

Artikolu 31

Il-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv

1.   L-Uffiċċju għandu jitmexxa mid-Direttur Eżekuttiv tiegħu, li għandu jwettaq il-ħidma tiegħu b'mod indipendenti. Id-Direttur Eżekuttiv għandhu jagħti rendikont tal-attivitajiet tiegħu lill-Bord tal-Immaniġġjar.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Kummissjoni u l-Bord tal-Immaniġġjar, id-Direttur Eżekuttiv m'għandu la jfittex u lanqas jieħu istruzzjoniijiet minn xi gvern jew minn kwalunkwe korp ieħor.

3.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jistiednu lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu/tagħha.

4.   Id-Direttur għandu jkun ir-rappreżent legali tal-Uffiċċju.

5.   Id-Direttur Ezekuttiv jista' jiġi assistit minn wieħed jew aktar Kapijiet ta' Unità. Jekk id-Direttur Eżekuttiv huwa assenti jew indispost, wieħed mill-kapijiet tal-unità għandu jissostitwih.

6.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għal:

(a)

l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-Uffiċċju;

(b)

it-twaqqif ta' proposti ta' programmi ta' ħidma għall-Uffiċċju, wara l-opinjoni tal-Kummissjoni;

(c)

għall-implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma u d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tal-Immaniġġjar;

(d)

għat-tħejjija ta' rapporti dwar il-pajjiżi ta' oriġini skont kif stipulat fl-Artikolu 4(d);

(e)

li jħejjij l-abbozz tar-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju stabbilit mill-Bord tal-Immaniġġjar konformi mal-Artikolu 38, kif ukoll mal-miżuri ta' eżekuzzjoni;

(f)

għall-preparazzjoni ta' abbozz ta' prospett tal-istimi tal-qligħ u l-ispejjeż tal-Uffiċċju u l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu;

(g)

jeżerċita fir-rigward tal-persunal tal-Uffiċċju s-setgħat stipulati fl-Artikolu 39;

(h)

għall-kwistjonijiet kollha relatati mal-persunal; jieħu kull deċiżjoni dwar il-ġestjoni tas-sistemi ta' informazzjoni stipulati f'dan ir-Regolament u notevolment il-portal tal-informazzjoni stipulat fl-Artikolu 4(b);

(i)

jieħu jull deċiżjoni rigward il-ġestjoni tal-istrutturi amministrattivi interni tal-Uffiċċju.

Artikolu 32

Il-Kumitat Eżekuttiv

1.   Sabiex jiżdiedu l-effikaċità u r-rapidità tal-ħidmiet tiegħu, l-Uffiċċju għandu Kumitat Eżekuttiv ta' tmien membri, maħtura fost il-membri tal-Bord tal-Immaniġġjar.

2.   Il-Kummissjoni hija membru awtomatiku tal-Kumitat Eżekuttiv. Il-Bord tal-Immaniġġjar tal-Uffiċċju jiddetermina r-regoli applikabbli għall-ħatra tal-membri l-oħra tal-Kumitat Eżekuttiv.

3.   Il-Kumitat Eżekuttiv għandu jiltaqa' regolarment fuq stedina tad-Direttur Eżekuttiv jew fuq it-talba minn ta' almenu terz tal-membri tiegħu, u mhux anqas minn erba' darbiet fis-sena. Il-proċeduri ta' ħidma tiegħu għandhom ikunu speċifikati fir-regoli interni tal-Uffiċċju u għandhom ikunu ppubblikati.

4.   Il-perjodu tal-mandat tal-membri tal-Kumitat Eżekuttiv huwa l-istess bħal dak tal-membri tal-Bord tal-Immaniġġjar.

5.   Il-Kumitat Eżekuttiv jiltaqa’ jekk meħtieġ għal laqgħat dwar suġġetti speċifiċi.

6.   Il-Kumitat Eżekuttiv għandu l-kariga li jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju u li jagħti l-opinjoni tiegħu lill-Bord tal-Immaniġġjar, sew fuq talba ta' dan tal-aħħar, kif ukoll fuq inizjattiva tiegħu stess, dwar il-programm ta' ħidma tal-Uffiċċju u dwar l-attivitajiet kollha tal-Uffiċċju u fis-sitwazzjonoijiet kollha li fihom l-Uffiċċju għandu jieħu deċiżjonijiet malajr, b'mod partikolari fil-qafas tal-Kapitolu 3 fir-rigward tal-mobilizzazzjoni tat-timijiet ta' appoġġ għall-ażil fl-Istati Membri li għandhom pressjonijiet partikolari.

7.   L-Uffiċċju jipprovdi l-appoġġ tekniku u loġistiku meħtieġ lill-Kumitat Eżekuttiv u jiżgura s-Segretarjat għal-laqgħat tiegħu.

8.   Ir-rappreżentanti tal-UNHCR jistgħu jipparteċipaw mingħajr dritt għall-vot għall-ħidma tal-Kumitat Eżekuttiv, fuq talba tal-Kumitat Eżekuttiv.

9.   Il-Kumitat Eżekuttiv jista’ jistieden kwalunkwe persuna li l-opinjoni tagħha tista’ tkun ta' interess biex tattendi l-laqgħat tiegħu.

Artikolu 33

Il-Gruppi ta' ħidma

1.   Fil-qafas tal-mandat tiegħu skont kif definit f'dan ir-Regolament, l-Uffiċċju jista’ joħloq gruppi ta' ħidma ffurmati minn esperti tal-entitajiet kompetenti tal-Istati Membri attivi fis-settur tal-ażil, inkluż l-imħallfin speċjalizzati. L-esperti jistgħu jiġu sostitwiti minn supplenti li huma maħtura fl-istess żmien.

2.   Il-Kummissjoni tipparteċipa bi dritt fil-gruppi ta' ħidma, Ir-rappreżentanti tal-UNHCR jistgħu jipparteċipaw fil-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma tal-Uffiċċju, f'kollha jew f'parti minnhom skont il-kwistjonijiet.

3.   Il-gruppi ta' ħidma jistgħu jistiednu kull persuna li l-opinjoni tagħhom tista’ tkun ta' interess biex tipparteċipa fil-laqgħat u notevolment rappreżentanti ta' NGO's attivi fis-settur tal-ażil.

KAPITOLU 5

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 34

Il-baġit

1.   L-istimi tad-dħul u l-infiq kollu tal-Uffiċċju għandhom ikunu mfassla għal kull sena finanzjarja, li tikkorespondi għas-sena kalendarja, u għandhom jiddaħħlu fil-baġit tal-Uffiċċju.

2.   Id-dħul u l-infiq mdaħħla fil-baġit tal-Uffiċċju għandhom ikunu f'bilanċ.

3.   Id-dħul tal-Uffiċċju, mingħajr ħsara għal riżorsi oħra, għandu jinkludi:

(a)

kontribuzzjoni mill-Komunità, imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

(b)

kwalunkwe kontribuzzjoni volontarja mill-Istati Membri;

(c)

l-ispejjeż għall-pubblikazzjonijiet, taħriġ, jew kull prestazzjoni mwettqa mill-Uffiċċju.

4.   L-infiq tal-Uffiċċju jinkludi b'mod speċjali remunerazzjoni tal-persunal, l-infiq tal-amministrazzjoni u tal-infrastruttura, spejjeż tal-ħidma u l-infiq relatat mal-kuntratti u l-konvenzjonijiet konklużi mill-Uffiċċju.

Artikolu 35

Il-ħolqien ta' baġit

1.   Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv jistabbilixxi abbozz tal-istima tad-dħul u l-infiq tal-Uffiċċju għas-sena ta' wara, li jinkludi l-pjan tal-persunal, u jibgħatu lill-Bord tal-Immaniġġjar.

2.   Il-Bord tal-Immaniġġjar, fuq il-bażi ta' dan l-abbozz, ifassal stima tad-dħul u l-infiq tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja ta' wara.

3.   L-abozz tal-istima tad-dħul u l-infiq tal-Uffiċċju għandha tintbagħat lill-Kummissjoni sal-10 ta' Frar. Il-verżjoni finali ta' din l-istima, li tinkludi b'mod speċjali abbozz ta' pjan tal-persunal, għandha tintbagħat lill-Kummissjoni mill-Bord tal-Immaniġġjar sal-31 ta' Marzu.

4.   Din l-stima għandha tintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (“l-awtorità tal-baġit”) flimkien mal-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

5.   Fiq il-bażi tal-istima, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-istimi li tqis meħtieġa għall-pjan tal-persunal u l-ammont għall-għotja li jrid jitħallas mill-baġit ġenerali, li għandha tippreżenta lill-awtorità tal-baġit skont l-Artikolu 272 tat-Trattat.

6.   L-awtorità tal-baġit għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-għotja tal-Uffiċċju.

7.   L-awtorità tal-baġit għandha tadotta l-pjan tal-persunal tal-Uffiċċju.

8.   Il-baġit tal-Uffiċċju għandu jkun adottat mill-Bord tal-Immaniġġjar. Għandu jkun finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn hu meħtieġ, għandu jkun aġġustat kif jixraq.

9.   Il-Bord tal-Immaniġġjar għandu, malajr kemm jista’ jkun, jgħarraf lill-awtorità tal-baġit bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta xi proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-iffinanzjar tal-baġit tiegħu, b'mod partikolari xi proġetti li għandhom x'jaqsmu mal-proprjetà bħalma huma l-kiri jew il-bejgħ ta' bini. Għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan.

10.   Fejn fergħa tal-awtorità tal-baġit tkun avżat l-intenzjoni tagħha li tagħti opinjoni, hija għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord tal-Immaniġġjar f'perjodu ta' sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.

Artikolu 36

L-implimentazzjoni tal-baġit

1.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Uffiċċju.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat, ta' kull sena, lill-awtorita' tal-baġit kull informazzjoni relevanti għar-riżultat tal-proċess tal-valutazzjoni.

Artikolu 37

Il-preżentazzjoni tal-kontijiet u kwittanza

1.   Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Uffiċċju għandu jikkomunika l-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni flimkien ma' rapport dwar il-ġestjoni tal-baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet provviżorji tal-istituzzjonijiet u tal-entitajiet deċentralizzati skont l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju tal-Kunsill ║.

2.   Sal-31 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-kontijiet proviżorji tal-Uffiċċju flimkien ma' rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar il-ġestjoni tal-baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja għandu jintbagħat ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Uffiċċju, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju, id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi l-kontijiet finali tal-Uffiċċju taħt ir-responsabbilta' tiegħu u jibgħathom lill-Bord tal-Immaniġġjar għall-opinjoni.

4.   Il-Bord tal-Immaniġġjar għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Uffiċċju.

5.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tal-Immaniġġjar sal-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja.

6.   Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati.

7.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tiegħu sat-30 ta' Settembru. Għandu wkoll jindirizza din it-tweġiba lill-Bord tal-Immaniġġjar.

8.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata, kif stabbilit fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju.

9.   Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill fuq maġġoranza kwalifikata, għandu jagħti, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N + 2, kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv skont l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

Artikolu 38

Ir-Regolament finanzjarju

Ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-Uffiċċju għandu jkun adottat mill-Bord tal-Immaniġġjar wara li tkun ġiet ikkonsultata l-Kummissjoni. Ma jistax jiddevja mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 ║ tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (13) sakemm ikun meħtieġ speċifikament għall-amministrazzjoni tal-Istitut u bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.

KAPITOLU 6

DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IL-PERSUNAL

Artikolu 39

Il-persunal

1.   Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-Istituzzjonijiet tal-UE bl-għan li jiġu applikati dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg, għandhom japplikaw għall-persunal tal-Uffiċċju, inkluż id-Direttur Eżekuttiv.

2.   Il-Bord tal-Immaniġġjar, bi ftehim mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri ta' applikazzjoni meħtieġa, previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

3.   Il-kompetenzi mogħtija lill-awtorità li tinnomina mir-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll lill-awtorità intitolata li tikkonkludi l-kuntratti mill-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' aġenti oħra, għandhom jiġu eżerċitati mill-Uffiċċju fir-rigward tal-persunal tiegħu stess.

4.   Il-Kunsill ta' Amministrazzjoni jista’ jadotta dispożizzjonijiet sabiex esperti nazzjonali mill-Istati Membri jkunu jistgħu jiġu impjegati mal-Uffiċċju.

Artikolu 40

Il-Privileġġi u l-immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Uffiċċju.

KAPITOLU 7

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 41

L-istatus legali

1.   L-Uffiċċju huwa entità tal-Komunità imwaqqaf bi qbil mal-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju. Hu għandu personalità legali.

2.   F'kull Stati Membru, l-Uffiċċju għandu l-iktar kapaċità legali estensiva mogħtija lill-persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet tagħhom. Hu jista' b'mod partikolari jakkwista u jiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u jkun parti fi proċeduri legali.

3.   L-Uffiċċju hu rappreżentat mid-Direttur Eżekuttiv tiegħu.

4.   Il-kwartieri ġenerali tal-Uffiċċju jinsabu fi […].

Artikolu 42

Ir-reġim lingwistiku

1.   Id-dispożizzjonijiet previsti fir-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunità Ekonomika Ewropea (14), għandhom japplikaw fir-rigward tal-Uffiċċju.

2.   Mingħajr ħsara għad-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 290 tat-Trattat, ir-rapport ġenerali annwali dwar l-attivitajiet tal-Uffiċċju u l-programm ta' ħidma annwali tal-Uffiċċju msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 29, huma mfassla fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità.

3.   Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għat-tħaddim tal-Uffiċċju għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea.

4.   Il-Bord tal-Immaniġġjar fisser il-modalitajiet prattiċi dwar l-implimentazzjoni tar-reġim lingwistiku.

Artikolu 43

L-aċċess għad-dokumenti

1.    L-Uffiċċju għandu jiżviluppa prattiki amministrattivi tajbin sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta' trasparenza fir-rigward tal-attivitajiet tiegħu. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika ghad-dokumenti miżmuma mill-Uffiċċju.

2.   Il-Bord tal-Immaniġġjar għandu jadotta l-modalitajiet prattiċi biex ikun implimentat ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.   Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Uffiċċju skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jwasslu biex ikun ippreżentat ilment lill-Ombudsman jew isiru s-suġġett ta' kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, taħt il-kundizzjonijiet previsti rispettivament fl-Artikolu 195 u 230 tat-Trattat.

4.   L-attivitajiet tal-ipproċessar tad-dejta personali magħmula mill-Uffiċċju għandhom ikunu soġġetti għar-Regolament ║ (KE) Nru 45/2001 ║.

Artikolu 44

Ir-regoli ta' sigurtà fil-qasam tal-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata u tal-iformazzjoni sensittiva mhux klassifikata

1.   L-Uffiċċju japplika l-prinċipji ta' sigurtà li jinsabu fid-Deċiżjoni 2001/844/KE, CECA, EURATOM tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-regolament intern tagħha (15). Huma b'mod partikolari kkonċernati d-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna tal-informazzjoni klassifikata.

2.   L-Uffiċċju japplika wkoll il-prinċipji ta' sigurtà dwar l-ipproċessar tal-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata kif adottati u implimentati mill-Kummissjoni ║.

Artikolu 45

Il-ġlieda kontra l-frodi

1.     Għall-finjiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew atti illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 għandhom japplikaw mingħajr restrizzjoni.

2.     L-Uffiċċju għandu jaderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 u għandu joħroġ, mingħajr dewmien, id-dispożizjonijiet xierqa, li japplikaw għall-persunal kollu tal-Uffiċċju.

3.     Id-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament u l-ftehim u l-istrumenti ta' implimentazzjoni li jirriżultaw minnhom għandhom jistipulaw b'mod espliċitu li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk meħtieġ, iwettqu verifiki fuq il-post fost dawk li jirċievu finanzjament mill-Uffiċċju u l-aġenti responsabbli għall-allokazzjoni tiegħu.

Artikolu 46

Sistema ta' responsabbiltà

1.   Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Uffiċċju għandha tkun irregolata bil-liġi li tapplika għall-kuntratt ikkonċernat.

2.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha ġurisdizzjoni biex tagħti sentenza skont kwalunkwe klawżola ta' arbitraġġ li tinsab f'kuntratt konkluż mill-Uffiċċju.

3.   F'każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Uffiċċju għandu, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, jagħmel tajjeb għal kull dannu kkaġunat minnu jew mill-persunal tiegħu waqt il-qadi ta' dmirijiethom.

4.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet dwar kumpens għal kwalunkwe ħsara kif imsemmi fil-paragrafu 3.

5.   Ir-responsabbiltà personali tal-aġenti tiegħu lejn l-Uffiċċju għandha tiġi rregolata bid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew fil-Kundizzjonijiet ta' Impjieg applikabbli għalihom.

Artikolu 47

Il-valutazzjoni u r-reviżjoni

1.   Sa mhux aħkat tard minn tliet snin wara li l-Uffiċċju jibda jopera, wara d-data msemmija fl-Artikolu 54, l-Uffiċċju għandu jikkummissjona valutazzjoni esterna u indipendenti, tar-riżultati miskuba fuq il-bażi ta' mandat maħruġ mill-Bord tal-Immaniġġjar bi ftehim mal-Kummissjoni. Dik il-valutazzjoni għandha tkopri l-impatt tal-Uffiċċju fuq il-kooperazzjoni prattika fil-qasam tal-ażil u fuq is-Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil. Din teżamina b'mod partikolari l-ħtieġa eventwali li jiġu modifikati jew estiżi l-kompiti tal-Uffiċċju, inkluż il-konsegwenzi finanzjarji ta' kwalunkwe modifika jew estensjoni tal-kompiti. Il-valutazzjoni għandha teżamina wkoll kemm hi xierqa l-istruttura ta' ġestjoni fit-twettiq tal-kompiti tal-Uffiċċju. Il-valutazzjoni għandha tqis l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, kemm fuq livell Komunitarju kif ukoll nazzjonali.

2.   Il-Bord tal-Immaniġġjar, bi ftehim mal-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi meta għandhom isiru l-valutazzjonijiet futuri, b'kunsiderazzjoni meħuda tar-riżultati tar-rapport ta' valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 48

Il-Kontroll Amministrattiv

L-attivitajiet tal-Uffiċċju huma soġġetti għall-kontroll tal-Ombudsman, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 195 tat-Trattat.

Artikolu 49

Il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u assoċjati

1.   L-Uffiċċju hu miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li jkunu kkonkludew ftehim mal-Komunità ║ li bih ikunu adottaw u applikaw il-leġislazzjoni Komunitarja fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament. Skont id-dispożizzjonijiet relevanti ta' dawn il-ftehimiet, l-arranġamenti huma elaborati biex jiddefinixxu b'mod partikolari n-natura, l-iskop u l-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta' dawn il-pajjiżi fil-ħidmiet tal-Uffiċċju. Dawn l-arranġamenti jinkludu b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni fl-inizjattivi meħuda mill-Uffiċċju, mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u għall-persunal. Fir-rigward ta' kwistjonijiet tal-persunal, dawk il-ftehimiet għandhom ║ f'kull sitwazzjoni, jikkonformaw mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali ║ u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

2.   Għall-kwistjonijiet li huma konnessi mal-attivitajiet tiegħu, sal-limitu meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu u bi ftehim mal-Kummissjoni, u fil-limiti tal-mandat tiegħu l-Uffiċċju għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, fil-qafas tal-politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni u jista' wkoll jikkoopera mal-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi kompetenti, fuq aspetti tekniċi fl-oqsma irregolati minn dan ir-Regolament, taħt il-qafas tal-ftehimiet ta' ħidma konklużi ma' dawn l-awtoritajiet, skont id-dispożiżżjonijiet relevanti tat-Trattat.

Artikolu 50

Kooperazzjoni tal-Uffiċċju mal-UNHCR

L-Uffiċċju jikkoopera mal-UNHCR fl-oqsma rregolati minn dan ir-Regolament, taħt il-qafas tal-ftehimiet ta' ħidma konklużi mal-UNHCR.

L-Uffiċċju jista' jagħti għotjiet lill-UNHCR. Dawn l-għotjiet għandhom isiru biex jiffinanzjaw azzjonijiet maħsuba sabiex l-Uffiċċju jibbenefika mill-kompetenza tal-UNHCR fil-qasam tal-ażil fuq bażi stabbli u sostenibbli. Dawn jiffurmaw parti mill-qafas tar-relazzjonijiet privileġjati ta' kooperazzjoni stabbiliti bejn l-Uffiċċju u l-UNHCR, kif inhuma mfissra f'dan l-Artikolu kif ukoll fl-Artikoli 2(5), 9(1), 25(4), 32(8), 33(2) u 51(4). Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE, EURATOM) Nru 2343/2002, id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament Finanzjarju (║ kif ukoll tal-modalitajiet ta' implimentazzjoni tiegħu għandhom japplikaw.

Artikolu 51

Il-Forum Konsultattiv

1.     L-Uffiċċju għandu jikkopera mill-qrib ma' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u entitajiet kompetenti relevanti li jaħdmu fil-qasam tal-politika dwar l-ażil, fuq livell nazzjonali, Ewropew jew internazzjonali u jistabbilixxi Forum Konsultattiv għal dak il-għan.

2.     L-awtoritajiet lokali għandhom rwol importanti u kompetenza fil-qasam tal-politika tal-ażil u għandhom ikunu inklużi fil-Forum Konsultattiv.

3.     Il-Forum Konsultattiv jikkostitwixxi mezz ta' skambju ta' informazzjoni u ġbir ta' għarfien. Dan għandu jiżgura li hemm koperazzjoni mill-qrib bejn l-Uffiċċju u l-partijiet involuti.

4.     Il-Forum Konsultattiv għandu jkun miftuħ għall-partijiet interessati kompetenti kollha skont paragrafu 1. L-Uffiċċju għandu jindirizza l-membri tal-Forum Konsultattiv skont il-bżonnijiet speċifiċi relatati ma’ oqsma identifikati bħala prijorità għall-ħidma tal-Uffiċċju.

L-UNHCR għandu jkun membru ex officio tal-Forum Konsultattiv.

5.     L-Uffiċċju għandu jistieden lill-Forum Konsultattiv b'mod partikulari biex:

(a)

jagħmel suġġerimenti lill-Bord ta' Tmexxija dwar il-programm ta' ħidma annwali li għandu jkun adottat skont il-punt (d) ta' l-Artikolu 29;

(b)

jiżgura rispons ta' informazzjoni lill-Bord ta' Tmexxija u jipproponilu miżuri ta' segwitu dwar ir-rapport annwali msemmi f'punt (c) tal-Artikolu 29 kif ukoll ir-rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tal-ażil fl-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 12(1); u

c)

jikkomunika ir-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet tal-konferenzi, seminars u laqgħat li huma ta' interess għall-ħidma tal-Uffiċċju, lid-Direttur Eżekuttiv u l-Bord tat-Tmexxija.

6.     Il-koordinazzjoni tal-Forum Konsultattiv għandu jsir taħt l-awtorità tad-Direttur Eżekuttiv.

7.     Il-Forum Konsultattiv jiltaqa' tal-anqas darbtejn fis-sena.

Artikolu 52

Il-kooperazzjoni ma' FRONTEX, FRA u entitajiet komunitarji oħra kif ukoll mal-organizzazzjonijiet internazzjonali

L-Uffiċċju jikkoopera mal-entitajiet komunitarji li għandhom attivitajiet marbuta mal-qasam ta' attività tiegħu u b'mod partikolari mal-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni tal-kooperazzjoni operazzjonali fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX) u l- ║ FRA, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet internazzjonali fl-oqsma rregolati minn dan ir-Regolament, taħt il-qafas ta' ftehimiet ta' ħidma konklużi ma' dawn l-entitajiet, skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ║ u mad-dispożizzjonijier relatati mal-kompetenza ta' dawn l-entitajiet.

Il-kooperazzjoni tippermetti li toħloq sinerġiji bejn l-entitajiet kkunċernati u li tevita kull xogħol doppju u repetizzjoni fix-xogħlijiet mwettqa skont il-mandat ta' dawn l-entitajiet differenti.

Artikolu 53

Il-ftehim dwar il-kwartieri ġenerali u kundizzjonijiet tal-operat

Id-dispożizzjonijiet meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li trid tingħata għall-Uffiċċju fl-Istat Membru li jospita u l-faċilitajiet li jridu jkunu disponibbli minn dak l-Istat Membru, kif ukoll regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru li jospita l-Uffiċċju għad-Direttur Eżekuttiv, għall-membri tal-Bord tal-Immaniġġjar, għall-persunal tal-Uffiċċju u għall-membri tal-familja tagħhom, huma stabbiliti fi ftehim ta' kwartieri ġenerali bejn l-Uffiċċju u l-Istat Membru li jospita, konkluż wara li tkun inkisbet l-approvazzjoni tal-Bord tal-Immaniġġjar. L-Istat Membru li jospita l-Uffiċċju għandu jiżgura l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għat-tħaddim tajjeb tal-Uffiċċju inkluż il-possibbiltà ta' edukazzjoni multilingwa b'dimensjoni Ewropea u konnessjonijiet ta' trasport xierqa.

Artikolu 54

Il-bidu tal-attivitajiet tal-Uffiċċju

L-Uffiċċju għandu jkun operattiv mhux iktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni hi responsabbli għall-istabbiliment u l-bidu tal-Uffiċċju sakemm dan ikollu l-kapaċità operattiva biex jimplimenta l-baġit tiegħu stess.

Għal dan l-għan:

sakemm id-Direttur Eżekuttiv jibda l-kompiti tiegħu wara n-nomina mill-Bord tal-Immaniġġjar fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 30, uffiċjal tal-Kummissjoni jista' jeżerċita bħala Direttur temporanju l-kompiti assenjati lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju;

uffiċjali tal-Kummissjoni jistgħu jeżerċitaw taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur temporanju jew tad-Direttur Eżekuttiv, il-kompiti assenjati lill-Uffiċċju.

Id-Direttur temporanju jista' jawtorizza l-pagamenti kollha koperti mill-approprjazzjonijiet previsti fil-baġit tal-Uffiċċju wara approvazzjoni mill-Bord tal-Immaniġġjar u jista' jikkonkludi kuntratti, inkluż kuntratti ta' impenji tal-persunal wara l-adozzjoni tal-pjan tal-persunal tal-Uffiċċju.

Artikolu 55

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-[…] jum wara ║ l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ║,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C

(2)  ĠU C

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009.

(4)   ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(5)   ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

(6)   ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(7)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(8)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(9)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

(10)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(11)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(12)  ĠU L …

(13)   ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(14)  ĠU 17, 6.10.1958, p. 385.

(15)   ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.


Top