EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0377

Applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat (tfassil mill-ġdid) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 7 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0820 – C6-0474/2008 – 2008/0243(COD))
P6_TC1-COD(2008)0243 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis- 7 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat (tfassil mill-ġdid)
ANNESS I
ANNESS II

OJ C 212E , 5.8.2010, p. 370–404 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/370


Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
Applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat (tfassil mill-ġdid) ***I

P6_TA(2009)0377

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0820 – C6-0474/2008 – 2008/0243(COD))

2010/C 212 E/52

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0820),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 63(1)(a) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0474/2008),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (1),

wara li kkunsidra l-ittra tat-3 ta' April 2009 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern b'konformità mal-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6–0284/2009),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
P6_TC1-COD(2008)0243

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat (tfassil mill-ġdid)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 63, l-ewwel paragrafu, il-punt (1)(a) tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni,

Wara li kkonsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Numru ta' bidliet sostanzjali se jsiru lir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta' Frar 2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz (4). Fl-interess taċ-ċarezza, dak ir-Regolament għandu jiġi riformulat.

(2)

Politika komuni dwar l-ażil, inkluża Sistema Komuni Ewropea tal-ażil hija parti kostitwenti tal-għanijiet tal-Unjoni Ewropea biex tistabbilixxi progressivament żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja miftuħa għal dawk li, imġiegħla minn ċirkostanzi, ifittxu b'mod leġittimu protezzjoni fil-Komunita.

(3)

Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa speċjali tiegħu f'Tampere fil-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, qabel li jaħdem biex jistabbilixxi Sistema Komuni Ewropea tal-ażil, ibbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus ta' Refuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif issupplimentata bil-Protokoll ta' New York tat-31 ta' Jannar 1967, biex hekk ikun żgurat li ħadd ma jintbagħat lura għal persekuzzjoni i.e. jinżamm il-prinċipju ta' non-refoulement. F'dan ir-rigward, u mingħajr ma jintlaqtu l-kriterji ta' responsabbiltà preskritti f'dan ir-Regolament, Stati Membri, li kollha jirrispettaw il-prinċipju ta' non-refoulement, jitqiesu bħala pajjiżi siguri għal ċittadini ta' pajjiżi terzi.

(4)

Il-konklużjonijiet ta' Tampere ddikjaraw ukoll li din is-sistema għandha tinkludi, fit-terminu qasir, metodu ċar u li jiffunzjona biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil.

(5)

Metodu tali għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi, ġusti kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-persuni kkonċernati. Huwa għandu, b'mod partikolari, jagħmel possibbli li jkun iddeterminat bil-ħeffa l-Istat Membru responsabbli, biex ikun iggarantit aċċess effettiv għall-proċeduri li jiddeterminaw l-istatus ta' protezzjoni internazzjonali u ma jkunx kompromess l-għan tal-ipproċessar bil-ħeffa ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali.

(6)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-introduzzjoni f'fażijiet suċċessivi ta' Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil li għandha twassal, fuq perjodu ta' żmien itwal, għal proċedura komuni u status uniformi, li jkunu validi fl-Unjoni kollha, għal dawk li jingħataw ażil, huwa xieraq li f'dan l-istadju, waqt li jsir it-titjib meħtieġ fid-dawl tal-esperjenza, jiġu kkonfermati l-prinċipji li fuqhom hi msejsa l-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej, li ġiet iffirmata f'Dublin fil-15 ta' Ġunju 1990 (il-Konvenzjoni ta' Dublin) li l-implimentazzjoni tagħha stimulat il-proċess ta' armonizzazzjoni tal-politiki dwar l-ażil.

(7)

L-ewwel fażi tal-ħolqien tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil,║ issa tlestiet. Il-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Novembru 2004 adotta l-Programm tal-Aja li jistabbilixxi l-għanijiet li għandhom ikunu implimentati fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja fil-perijodu 2005-2010. F'dan ir-rigward il-Programm tal-Aja stieden lill-Kummissjoni ║ biex tikkonkludi l-evalwazzjoni tal-ewwel fażi ta' strumenti legali u biex tressaq l-istrumenti u l-miżuri tat-tieni fażi lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bil-ħsieb li jkunu adottati qabel l-aħħar tal-2010.

(8)

Is-servizzi tal-Istati Membri responsabbli għall-ażil għandhom jirċievu għajnuna prattika biex jissodisfaw ir-rekwiżiti operazzjonali ta' kuljum tagħhom. F'dan ir-rigward l-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew għall-Ażil, stabbilit bir-Regolament (KE) Nru …/2009 ta'…  (5) għandu rwol essenzjali.

(9)

Fid-dawl tar-riżultati tal-valutazzjonijiet magħmula, huwa xieraq, f'dan l-istadju, li jkunu kkonfermati l-prinċipji li huma l-bażi tar-Regolament (KE) Nru 343/2003, waqt li jsir it-titjib neċessarju fid-dawl tal-esperjenza biex tissaħħaħ l-effettività tas-sistema u l-protezzjoni mogħtija lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali skont din il-proċedura.

(10)

Sabiex ikun żgurat trattament ekwu lill-applikanti u l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali kollha, kif ukoll sabiex tkun żgurata l-konsistenza mal-acquis dwar l-ażil tal-UE attwali, b'mod partikolari mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta' April 2004 dwar l-istandards minimi għall-kwalifika u l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat bħala rifuġjat jew persuna li għandha bżonn protezzjoni internazzjonali għal xi raġuni oħra u l-kontenut tal-protezzjoni ġie mogħti (6), huwa xieraq li jkun estiż l-ambitu ta' dan ir-Regolament sabiex jinkludi applikanti għal protezzjoni sussidjarja u persuni li għandhom protezzjoni sussidjarja.

(11)

Sabiex ikun żgurat trattament ekwu għal persuni jfittxu l-ażil kollha, d-Direttiva …/…tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … li tistabbilixxi l-istandards minimi għall-akkoljenza ta' persuni jfittxu l-ażil (7) għandha tapplika għall-proċedura li tiddetermina l-Istat Membru responsabbli kif provdut minn dan ir-Regolament.

(12)

F'konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989 u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-aħjar interess tat-tifel/tifla għandha tkun konsiderazzjoni prinċipali tal-Istati Membru fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Barra minn dan, salvagwardji proċedurali speċifiċi għal minorenni mhux akkunpanjati għandhom ikunu stabbiliti minħabba l-vulnerabbiltà partikolari tagħhom.

(13)

F'konformità mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fundamentali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ir-rispett lejn l-unità tal-familja għandha tkun konsiderazzjoni prinċipali tal-Istati Membru fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(14)

Billi l-ipproċessar flimkien tal-applikazzjonijiet għall- protezzjoni internazzjonali tal-membri ta' familja waħda minn Stat Membru wieħed jagħmel possibbli li jkun żgurat li l-applikazzjonijiet ikunu eżaminati b'mod komplet u li d-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward tagħhom ikunu konsistenti u li l-membri tal-istess familja ma jkunux separati.

(15)

Sabiex ikun żgurat ir-rispett sħiħ tal-prinċipju tal-unità tal-familja u tal-aħjar interess tat-tifel/tifla, l-eżistenza ta' relazzjoni ta' dipendenza bejn applikant u l-familja estiża tiegħu/tagħha minħabba tqala jew maternità, l-istat tas-saħħa tagħhom jew l-anżjanità, għandha ssir kriterju ta' responsabbiltà li jorbot. Meta l-applikant huwa minorenni mhux akkompanjat, il-preżenza ta' qarib f'territorju ta' Stat Membru ieħor li jista' jieħu ħsiebu/ha għandha wkoll ssir kriterju ta' responsabbiltà li jorbot.

(16)

Kull Stat Membru għandu jkun jista' jidderoga mill-kriterji ta' responsabbiltà, biex jagħmilha possibbli li jieħu r-responsabbiltà ta' dak l-applikant b'mod partikolari għal raġunijiet umanitarji jew ta' kompassjoni u jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għandu jew fi Stat Membru ieħor, ukoll jekk dan l-eżami mhux ir-responsabbiltà tiegħu skont il-kriterji li jorbtu stabbiliti f'dan ir-Regolament, sakemm l-Istat Membru kkonċernat u l-applikant jaqblu dwar dan.

(17)

Għandha tkun organizzata intervista personali sabiex ikun iffaċilitat il-mod kif jiġi stabbilit║ l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applkazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u, ▐ sabiex l-applikanti jkunu informati oralment dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(18)

F'konformità b'mod partikolari mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropewa, għandhom ikun stabbiliti salvagwardji legali u d-dritt għal rimedju effettiv fir-rigward ta' deċiżjonijiet dwar it-trasferimenti lejn l-Istat Membru responsabbli sabiex tkun assigurata l-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-individwi kkonċernati.

(19)

F'konformità mal-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani, ║rimedju effettiv għandu jkopri l-eżami kemm tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u kif ukoll tas-sitwazzjoni legali u fattwali fl-Istat Membru fejn l-applikant ikun trasferit sabiex ikun żgurat li d-drittijiet umani internazzjonali jkunu rispettati.

(20)

Għall-fini ta' dan ir-Regolament “detenzjoni” m'għandhiex ikollha konnotazzjoni penali jew punittiva, imma għandha tfisser esklussivament miżura amministrattiva u temporanja.

(21)

Id-detenzjoni ta' persuni jfittxu l-ażil għandha tkun applikata skont il-prinċipju bażiku li l-persuna m'għandhiex tinżamm f'detenzjoni għas-sempliċi raġuni li din qegħda titlob protezzjoni internazzjonali. B'mod partikolari, id-detenzjoni ta' persuni jfittxu l-ażil għandha tkun applikata skont l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra f'ċentri ta' detenzjoni amministrattiva distinti minn faċilitajiet ta' ħabs u skont iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali u s-salvagwardji ddefiniti b'mod ċar stabbiliti mid-Direttiva […/…/KE] li tistabbilixxi standards minimi dwar l-akkoljenza ta' persuni jfittxu l-ażil. Barra minn dan, l-użu tad-detenzjoni għar-raġunijiet tat-trasferiment lejn l-Istat Membru responsabbli għandu jkun limitat u soġġett għall-prinċipji ta' proporzjonalità fir-rigward tal-miżuri meħuda u l-għanijiet li għandhom jintleħqu.

(22)

F'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003 tat-2 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 (8), it-trasferimenti lejn l-Istat Membru responsabbli jista' jitwettaq fuq bażi volontarji, bi tluq taħt superviżjoni jew taħt skorta. L-Istati Membri għandhom jippromwovu t-trasferimenti volontarji u għandhom jiżguraw li t-trasferimenti taħt superviżjoni jew taħt skorta jsiru b'mod uman, b'konformità sħiħa mad-drittjiet fundamentali u d-dinjità umana.

(23)

Il-ħolqien progressiv ta' żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu ta' persuni jkun iggarantit skont it-Trattat ║ u l-istabbiliment ta' politika tal-Komunità dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u qagħad ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, inklużi sforzi komuni lejn l-amministrazzjoni ta' konfini esterni, jagħmel meħtieġ li jinstab bilanċ bejn kriterji ta' responsabbiltà u spirtu ta' solidarjetà.

(24)

L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jista', f'ċerti ċirkostanzi, joħloq piż addizzjonali fuq l-Istati Membru li qed jaffrontaw sitwazzjoni partikolarment urġenti li tpoġġi pressjoni eċċeżżjonalment tqila fuq il-kapaċitajiet ta' akkoljenza, is-sistema ta' ażil u l-infrastruttura. F'ċirkustanzi bħal dawn, huwa neċessarju li tkun stabbilita proċedura effiċjenti biex tippermetti s-sospensjoni temporanja ta' trasferimenti lejn l-Istat Membru kkonċernat u biex tingħata assistenza finanzjarja, skont l-istrumenti finanzjarji tal-UE attwali. Is-sospensjoni temporanja tat-trasferimenti ta' Dublin jistgħu b'hekk jikkontribwixxu biex jintleħaq livell ogħla ta' solidarjetà lejn dawk l-Istati Membri li qegħdin jiffaċċjaw pressjonijiet partikolari fuq is-sistemi tal-ażil tagħhom, minħabba s-sitwazzjoni ġeografika u demografika tagħhom.

(25)

Il-proċedura ta' sospensjoni tat-trasferimenti għandu jkun applikat ukoll meta l-Kummissjoni tikkonsidra li l-livell ta' protezzjoni għall-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru partikolari mhix f'konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-ażil, b'mod partikolari f'termini ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza , kwalifika għall-protezzjoni internazzjonali u aċċess għall-proċedura tal-ażil, sabiex ikun żgurat li l-applikanti kollha għall-protezzjoni internazzjonali jibbenefikaw minn livell adegwat ta' protezzjoni fl-Istati Membri kollha.

(26)

Din il-proċedura għas-sospensjoni tat-trasferimenti hija miżura eċċezzjonali biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta' urġenza partikolari jew preokkupazzjonijiet kostantement eżistenti dwar il-protezzjoni.

(27)

Il-Kummissjoni għandha, perjodikament, tirrevedi l-progress sabiex jittejbu l-iżvilupp u l-armonizzazzjoni tas-Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil fuq perjodu ta' żmien twil, u l-livell sa fejn il-miżuri ta' solidarjetà u d-disponibilità ta' mekkaniżmu ta' sospensjoni qed jiffaċilitaw din il-proċedura, u tirrapporta dwar dak il-progress.

Peress li s-sistema ta' Dublin ma kinitx intenzjonata bħala mekkaniżmu għat-tqassim ġust tar-responsabilitajiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, u li għadd ta' Stati Membri huma esposti għall-flussi migratorji, b'mod partikulari minħabba l-lok ġeografiku tagħhom, huwa essenzjali li wieħed jirrifletti dwar u jipproponi strumenti li jorbtu legalment biex jiġu żgurati solidarjetà akbar bejn l-Istati Membri u standards ta' protezzjoni ogħla. L-istrumenti ta' dan it-tip għandhom jiffaċilitaw, b'mod speċjali, is-secondment ta' uffiċjali minn Stati Membri oħra biex jassistu lil dawk l-Istati Membri li qed jaffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u fejn l-applikanti ma jistgħux igawdu minn standards xierqa ta' protezzjoni u, meta l-kapaċitajiet ta' akkoljenza ta' Stat Membru partikolari ma jkunux biżżejjed, jiffaċilitaw it-trasferiment tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali fi Stati Membri oħra, sakemm dawk li huma kkonċernati jagħtu l-kunsens tagħhom u sakemm id-drittijiet fundamentali tagħhom jiġu rispettati.

(28)

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 t'Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u fuq il-moviment ħieles ta' din id-dejta (9) tapplika għal proċessar ta' dejta personali mill-Istat Membru fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(29)

L-iskambju tad-dejta personali rigward l-applikanti, inkluża dejta sensittiva dwar is-saħħa, li se tkun ttrasferita qabel jitwettaq trasferiment se jiżgura li l-awtoritajiet tal-ażil kompetenti jkunu f'pożizzjoni biex jipprovdu l-applikanti b'assitenza adegwata u biex jiżguraw kontinwità fil-protezzjoni u d-drittjiet mogħtija lilhom. Għandhom isiru dispożizzjonijiet speċjali biex tkun żgurata il-protezzjoni tad-dejta relatati mal-applikanti involuti f'din is-sitwazzjoni f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE.

(30)

L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tista' tkun iffaċilitata, u l-effikaċja tiegħu tiżdied, b'arranġamenti bilaterali bejn Stati Membri biex titjieb il-komunikazzjoni bejn id-dipartimenti kompetenti, filwaqt li jitnaqqsu l-limiti ta' żmien għal proċeduri jew ikun issimplifikat l-ipproċessar ta' talbiet biex jittieħed inkarigu jew jittieħed lura, jew l-istabbiliment ta' proċeduri għall-għamil ta' trasferimenti.

(31)

Kontinwita bejn is-sistema biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 343/2003 u s-sistema stabbilita b'dan ir-Regolament għandha tkun żgurata. B'mod simili, konsistenza għandha tkun żgurata bejn dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-“Eurodac” għall-paragun tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru…/… li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat  (10).

(32)

It-tħaddim tas-sistema tal-EURODAC, kif stabbilita bir-Regolament (KE) […/…] [dwar it-twaqqif tal-“Eurodac” għal-paragun tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru…/… li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat] u b'mod partikolari l-implimentazzjoni tal-Artikoli 6 u 10 tiegħu għandha tiffaċilita l- applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(33)

L-operazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' dejta bejn l-Istati Membri dwar il-Viża għal żjarat qosra (11) u b'mod partikolari l-implimentazzjoni tal-Artikoli 21 u 22 tiegħu għandha tiffaċilita l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(34)

Fir-rigward tat-trattament ta' persuni li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, Stati Membri huma marbuta b'obbligi taħt strumenti tal-liġi internazzjonali li tagħhom huma parti.

(35)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi proċeduri għall-eżerċizzju biex ikunu implimentati poteri mogħtija lill-Kummissjoni (12).

(36)

Il-Kummissjoni b'mod partikolari, għandha tingħata s-setgħa biex tadotta l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-klawsoli rigward il-minorenni mhux akkumpanjati u l-klawsola rigward ir-riunifikazzjoni ta' qraba dipendenti u biex tadotta l-kriterji neċessarji biex twettaq trasferimenti. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament (KE) biż-żieda ta' elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(37)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 ġew adottati permezz tar-Regolament (KE) Nru 1560/2003. Ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1560/2003 għandhom ikunu inkorporati f'dan ir-Regolament, għal raġunijiet ta' ċarezza u minħabba li għandhom għan ġenerali. B'mod partikolari, huwa importanti li kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-persuni jfittxu l-ażil konċernati, li għandu jkun hemm mekkaniżmu ġenerali biex tinstab soluzzjoni f'każi fejn Stati Membri ma jaqblux dwar l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament. Huwa għalhekk ġustifikat li jkun inkorporat il-mekkaniżmu stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1560/2003 għas-soluzzjoni ta' tilwim dwar il-klawsola umanitarja f'dan ir-Regolament u li jkun estiż l-ambitu ta' dan ir-Regolament kollu.

(38)

Il-monitoraġġ effettiv tal- applikazzjoni ta' dan ir-Regolament teħtieġ li tkun ivvalorizzata f'intervalli regolari.

(39)

Dan ir- Regolament jirrispetta d-drittijiet u josserva l-prinċipji fundamentali li huma rrikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, dan ir-Regolament jfittex li jiżgura osservanza sħiħa tad-dritt tal-ażil iggarantit bl-Artikolu 18 u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 1, 4, 7, 24 u 47 tal-Karta ║ u għandu jkun implimentat kif meħtieġ.

(40)

Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment tal-kriterji u mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u, mogħtija l-kobor u l-effeti, jista' għalhekk jinkiseb aħjar fil-livell komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarita kif iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalita, kif iddikjarat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dan il-għan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

(a)

“ċittadin ta' pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna mhux ċittadin tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat ║ u li mhux persuna li għandha d-drittijiet Komunitarji ta' moviment ħieles, kif iddefinit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13);

(b)

“applikazzjoni” għall-protezzjoni internazzjonali tfisser applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kif definit fl-Artikolu 2(g) tad-Direttiva 2004/83/KE;

(c)

“applikant” jew “min ifittex l-ażil” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat li jkun għamel applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali li dwarha deċiżjoni finali tkun għadha ma tteħditx;

(d)

“eżami ta' applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali” tfisser kull eżami ta', jew deċiżjoni dwar, applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali mill-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2005/85/KE (14) ħlief għal proċeduri li jiddeterminaw l-Istat Membru responsabbli skont dan ir-Regolament u d-Direttiva 2004/83/KE;

(e)

“irtirar ta' applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali ” tfisser azzjonijiet li bihom l-applikant itemm il-proċeduri mibdijin bis-sottomissjoni tal-applikazzjoni tiegħu għall- protezzjoni internazzjonali, skont id-Direttiva 2005/85/KE, jew b'mod espliċitu jew taċitu;

(f)

“persuna li ngħatat protezzjoni internazzjonali” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat rikonoxxut bħala fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali kif definit fl-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2004/83/KE;

(g)

“minorenni” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat taħt l-età ta' 18-il sena;

(h)

“minorenni mhux akkumpanjat” tfisser minorenni li jasal fit-territorju tal-Istati Membri mhux ║akkumpanjat minn adult responsabbli ║għalih kemm bil-liġi kif ukoll l-użanza, u sakemm ║ ma tittieħidx effettivament fir-responsabbilta ta' persuna tali; tinkludi minorenni li jitħallew mhux akkumpanjati wara li jkunu waslu fit-territorju tal-Istati Membri:

(i)

“membri tal-familja” tfisser sa fejn il-familja kienet diġa teżisti fil-pajjiż ta' oriġini, il-membri tal-familja tal-applikant li huma preżenti fit-territorju tal-Istati Membri li ġejjin:

ir-raġel/il-mara ta' persuna tfittex l-ażil jew il-partner mhux miżżewweġ/mhux miżżewġa tagħha jew tiegħu f'relazzjoni stabbli, fejn il-leġislazzjoni jew il-prattika tal-Istat Membru kkonċernat titratta koppji mhux miżżewġin b'manjiera komparabbli għal koppji miżżewġa taħt il-liġi tiegħu dwar barranin;

it-tfal minorenni ta' koppji li jirreferi għalihom l-ewwel inċiż jew tal-applikant, fuq kundizzjoni li huma mhumiex miżżewġin u mingħajr ma jingħata każ jekk twildux fiż-żwieġ jew barra minnu jew adottati kif iddefinit taħt il-liġi nazzjonali;

it-tfal minorenni miżżewġin ta' koppji msemmija fl-ewwel inċiż jew tal-applikant, indipendentament jekk twieldux fiż-żwieġ jew barra miż-żwieġ jew humiex adottati kif definit skont il-liġi nazzjonali u sakemm ma jkunux akkumpanjati mill-konjuġi tagħhom , fejn huwa fl-aħjar interess tagħhom li jgħixu mal-applikant;

il-missier, l-omm jew it-tutur tal-applikant meta l-applikant huwa minorenni u mhux miżżewweġ jew meta huwa minorenni u miżżewweg u ma jkunx akkumpanjat mill-konjugu/a tiegħu iżda huwa fl-aħjar interess tiegħu li jgħix ma' missieru, ommu jew it-tutur;

l-aħwa minorenni mhux miżżewġin tal-applikant, meta l-applikant huwa minorenni u mhux miżżewweġ, jew meta l-applikant jew meta ħutu iżgħar minnu huma minorenni u miżżewġin u ma jkunux akkumpanjati mill-konjugu/a tagħhom iżda huwa fl-aħjar interess tagħhom li wieħed jew iktar minnhom jgħixu flimkien;

(j)

“dokument ta' residenza” tfisser kull awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta' Stat Membru li jawtorizza ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat biex joqgħod fit-territorju tiegħu, inklużi d-dokumenti li jissostanzjaw l-awtorizzazzjoni biex jibqgħu fit-territorju taħt arranġamenti ta' protezzjoni temporanja jew sakemm iċ-ċirkostanzi li jimpedixxu ordni ta' tneħħija milli tkun eżegwita ma japplikawx iktar, ħlief viżas u awtorizzazzjonijiet maħruġa matul il-perijodu rekwiżit biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli kif stabbilit f'din id-deċiżjoni jew matul eżami ta' applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali jew applikazzjoni għal permess ta' residenza;

(k)

“viża” tfisser l-awtorizzazzjoni jew deċiżjoni ta' Stat Membru rekwiżita għal tranżitu jew dħul għal qagħda intenzjonata f'dak l-Istat Membru jew f'diversi Stati Membri. In-natura tal-viża għandha tkun iddeterminata skont id-definizzjonijiet li ġejjin:

(i)

“viża għal qagħda twila” tfisser l-awtorizzazzjoni jew deċiżjoni ta' Stat Membru rekwiżita għal dħul għal qagħda intenzjonata f'dak l-Istat Membru ta' iktar minn tliet xhur;

(ii)

“viża għal qagħda qasira” tfisser l-awtorizzazzjoni jew deċiżjoni ta' Stat Membru rekwiżita għal dħul għal qagħda intenzjonata f'dak l-Istat Membru għal perijodu li d-dewmien totali tiegħu ma jeċċedix tliet xhur;

(iii)

“viża ta' tranżitu” tfisser awtorizzazzjoni jew deċiżjoni ta' Stat Membru għal dħul għal tranżitu mit-territorju ta' dan l-Istat Membru jew diversi Stati Membri, ħlief għal tranżitu f'ajruport;

(iv)

“viża għal tranżitu f'ajruport” tfisser awtorizzazzjoni jew deċiżjoni li tippermetti ċittadin ta' pajjiż terz suġġett speċifikament għal dan ir-rekwiżit biex jgħaddi miż-żona ta' tranżitu ta' ajruport, mingħajr ma jkollu aċċess għat-territorju nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, matul waqfa jew trasferiment bejn żewġ taqsimiet ta' titjira internazzjonali;

(l)

“riskju tal-ħarba” tfisser l-eżistenza ta' raġunijiet f'każ individwali, li huma bbażati fuq kriterji objettivi ddefiniti mill-liġi, biex wieħed jaħseb li applikant jew ċittadin ta' pajjiż terż jew ta' persuna mingħajr Stat li huwa soġġett ta' deċiżjoni ta' trasferiment jista' jaħrab.

KAPITOLU II

PRINĊIPJI ĠENERALI U SALWAGWARDJI

Artikolu 3

L-aċċess għall-proċedura tal-eżami ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jeżaminaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat li japplika fit-territorju ta' xi wieħed minnhom, inkluż fil-konfini jew fiż-żona ta' tranżitu. L-applikazzjoni għandha tkun eżaminata minn Stat Membru wieħed, li għandu jkun dak li l-kriterji ddikjarati fil-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament juru li huwa responsabbli.

2.   Fejn ebda Stat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali ma jkun jista' jinħatar fuq il-bażi tal-kriterji elenkati f'dan ir-Regolament, l-ewwel Stat Membru li għandu l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali hi iddepożitata għandu jkun responsabbli biex jeżaminaha.

3.   Kull Stat Membru għandu jżomm id-dritt, li jibgħat lil persuna tfittex l-ażil lejn pajjiż terz sikur, soġġetta għar-regoli u s-salvagwardji stabbiliti mid-Direttiva 2005/85/KE.

Artikolu 4

Id-dritt għall-informazzjoni

1.   Malli applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tkun iddepożitata, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-persuna tfittex l-ażil dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u b' mod partikulari:

(a)

l-għanijiet ta' dan ir-Regolament u l-konsegwenzi jekk issir applikazzjoni oħra fi Stat Membru differenti;

(b)

il-kriterji għall-allokazzjoni tar-responsabbiltà u l-ġerarkija tagħhom;

(c)

il-proċedura ġenerali u ż-żmien limitu li għandhom jkunu segwiti mill-Istati Membri;

(d)

l-eżiti possibbli tal-proċedura u l-konsegwenzi tagħhom;

(e)

il-possibbiltà li tkun ikkontestata deċiżjoni ta' trasferiment;

(f)

il-fatt li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu skambju tad-dejta dwarha għar-raġuni biss tal-implimentazzjoni tal-obbligi li jiġu minn dan ir-Regolament;

(g)

l-eżistenza tad-dritt għall-aċċess għad-dejta dwarha, u d-dritt li titlob li dejta mhux eżatta dwarha tkun ikkoreguta jew li dejta pproċessata mhux skont il-liġi dwarha tkun imħassra, kif ukoll il-proċeduri għall-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet , inklużi d-dettalji tal-awtoritajiet imsemmijin fl-Artikolu 33 u tal-Awtoritajiet Nazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta li għandhom jisimgħu pretensjonijiet rigward il-protezzjoni tad-dejta personali.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ipprovduta bil-miktub fl-lingwa li l-applikant jifhem jew li jista' jkun raġonevolment mistenni li jifhem, l-Istati Membri għandhom jużaw fuljett komuni mfassal skont il-paragrafu 3 għal dik ir-raġuni.

Biex l-applikant ikun jista' jifhem sew, l-informazzjoni għandha tkun mogħtija oralment ukoll, f'intervista organizzata skont l-Artikolu 5.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni b'mod xieraq għall-età tal-applikant.

3.   Għandu jiġi mfassal fuljett komuni li fih tal-inqas l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 41(2).

Artikolu 5

L-intervista personali

1.   L-Istat Membru li jkun qiegħed iwettaq il-proċess biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli skont dan ir-Regolament, għandu jsejjaħ lill-applikanti għal intervista ma' persuna kwalifikata skont il-liġi nazzjonali biex tagħmel intervista ta' dan it-tip.

2.   L-intervista personali għandu jkollha l-għan li tiffaċilita l-proċess biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli, b'mod partikolari ║li tippermetti lill-applikant jagħti l-informazzjoni relevanti għall-identifikazzjoni tal-Istat Membru responsabbli, ║ kif ukoll sabiex l-applikant ikun infurmat oralment dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

3.   L-intervista personali għandha ssir fi żmien xieraq wara li tkun iddepożitata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u, f'kull każ, qabel tittieħed xi deċiżjoni biex applikant ikun trasferit lejn l-Istat Membru responsabbli skont l-Artikolu 25(1).

4.   L-intervista personali għandha ssir fl-lingwa li l-applikant hu mistenni li jifhem u li biha kapaċi jikkomunika. Fejn neċessarju, l-Istati Membru għandhom jagħżlu interpretu li jkun jista' jiżgura l-komunikazzjoni xierqa bejn l-applikant u l-persuna li tagħmel l-intervista personali.

5.   L-intervista personali għandha ssir f'kondizzjonijiet li jiżguraw il-kunfidenzjalità xierqa.

6.   L-Istat Membru li jagħmel l-intervista personali għandu jagħmel rapport qasir bil-miktub li fih l-informazzjoni prinċipali mogħtija mill-applikant fl-intervista u għandu jagħmel kopja ta' dak ir-rapport disponibbli għall-applikant. Ir-rapport għandu jkun mhemuż ma' kull deċiżjoni ta' trasferiment skont l-Artikolu 25(l).

Artikolu 6

Garanziji għall-minorenni

1.   L-aħjar interess tat-tifel jew tifla għandha tkun il-konsiderazzjoni prinċipali għall-Istati Membri fir-rigward tal-proċeduri kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li rappreżentant skont it-tifsira tal-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/85/KE jirraprezenta u/jew jgħin lill-minorenni mhux akkompanjat fir-rigward tal-proċeduri kollha stabbiliti minn dan ir-Regolament. Dan ir-rappreżentant jista' wkoll ikun ir-rappreżentant msemmi fl-Artikolu 24 tad-Direttiva […/…/KE] [li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta' persuni jfittxu l-ażil].

3.   Fil-valutazzjoni tal-aħjar interess tat-tifel jew tifla, l-Istati Membri għandhom jikkoperaw flimkien mill-viċin u, b'mod partikolari, għandhom jieħdu f'konsiderazzjoni xierqa l-fatturi li ġejjin:

(a)

il-possibbiltajiet ta' riunifikazzjoni tal-familja;

(b)

il-benessri u l-iżvilupp soċjali tal-persuna minorenni, b'konsiderazzjoni partikolari tal- isfond etniku, reliġjuż, kulturali u lingwistiku tal-persuna minorenni.

(c)

konsiderazzjonijiet ta' sigurtà u sikurezza, b'mod partikolari fejn hemm riskju li t-tifel jew tifla jkun vittma tat-traffikar;

(d)

il-fehmiet tal-minorenni, skont l-età u l-maturità tagħha.

4.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri ▐ għat-traċċar ta' membri tal-familja jew qraba preżenti fl-Istat Membru tal-minorenni fejn ikun hemm bżonn, bl-assistenza ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jew organizzazzjonijiet oħrajn rilevanti . Huma għandhom jibdew jintraċċaw lill-membri tal-familja tal-minorenni mhux akkompanjat jew qraba oħra kemm jista' jkun malajr, wara li tkun iddepożitata l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali waqt li jipproteġu l-aħjar interessi tagħha.

5.   L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 34 li jittrattaw it-talbiet li għadhom x'jaqsmu mal-minorenni mhux akkompanjati għandu jkollhom it-taħriġ xieraq dwar il-bżonnijiet speċifiċi tal-minorenni.

6.     Fil-qafas tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2005/85/KE, l-Istati Membri jistgħu jużaw eżamijiet mediċi sabiex jiddeterminaw l-età ta' minorenni li ma jkunux akkumpanjati.

F'każijiet fejn isiru eżamijiet mediċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn isiru b'mod raġjonevoli u bir-reqqa, kif jitolbu l-istandards xjentifiċi u etiċi.

KAPITOLU III

IL-KRITERJI BIEX IKUN IDDETERMINAT L-ISTAT MEMBRU RESPONSABBLI

Artikolu 7

Ġerarkija ta' kriterji

1.   Il-kriterji li jiddeterminaw l-Istat Membru responsabbli għandhom ikunu applikati fl-ordni li fiha huma ddikjarati f'dan il-Kapitolu.

2.   L-Istat Membru responsabbli skont il-kriterji stabilliti f'dan il-Kapitlu għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tas-sitwazzjoni eżistenti meta l-persuna li tfittex l-ażil iddepożitat għall-ewwel darba l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tagħha għand Stat Membru.

Artikolu 8

Minorenni mhux akkumpanjati

1.   Fejn l-applikant ikun minorenni mhux akkumpanjat, l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandu jkun dak fejn membru tal-familja tiegħu jew tagħha jkun legalment preżenti, sakemm dan ikun fl-aħjar interess tal-minorenni.

2.   Fejn l-applikant huwa minorenni mhux akkumpanjat li m'għandu l-ebda qarib fit-tifsira tal-Artikolu 2(i) preżenti legalment fi Stat Membru ieħor imma li għandu qarib ieħor preżenti legalment fi Stat Membru ieħor li jista' jieħu ħsiebu, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jeżaminaw l-applikazzjoni, sakemm dan hu fl-aħjar interess tal-minorenni.

3.   Fejn membri tal-familja tal-applikant jew qraba oħra tiegħu jew tagħha huwa preżenti legalment f'iktar minn Stat Membru wieħed, l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għandu jiddeċiedi fuq il-bażi ta' liema hu l-aħjar interess tal-persuna minorenni.

4.   Fl-assenza ta' membru tal-familja jew qarib ta' qarib ieħor, l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għandu jkun dak fejn il-minorenni jkun iddepożita l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ▐ tiegħu sakemm dan huwa fl-aħjar interess tal-persuna minorenni.

5.   Il-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex ikunu implimentati, il-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 41(3).

Artikolu 9

Membri tal-familja li huma persuni mogħtija l-protezzjoni internazzjonali

Fejn il-persuna tfittex l-ażil għandha membru tal-familja, bla ma jitqies jekk il-familja kenitx ifformata qabel fil-pajjiż ta' oriġini jew le, li kien tħalla joqgħod bħala persuna mogħtija l-protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, sakemm il-persuni kkonċernati esprimew ix-xewqa tagħhom bil-miktub.

Artikolu 10

Membri tal-familja li huma applikanti għall-protezzjoni internazzjonali

Jekk il-persuna li tfittex l-ażil għandha membru tal-familja fi Stat Membru li l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tiegħu f'dak l-Istat Membru ikun għadha ma kenitx suġġetta għall-ewwel deċiżjoni fir-rigward tas-sustanza, l-Istat Membru għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali, sakemm il-persuni kkonċernati esprimew ix-xewqa tagħhom bil-miktub.

Artikolu 11

Qraba dipendenti

1.   Fejn il-persuna tfittex l-ażil hija dipendenti fuq l-assistenza ta' qarib minħabba tqala jew tarbija tat-twelid, mard serju, diżabilita severa jew xjuħija, jew fejn qarib huwa dipendenti fuq l-assitenza tal-persuna tfittex l-ażil għall-istess raġunijiet, l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għandu jkun hu li jikkonsidra l-iktar mod xieraq biex dawn jinżammu flimkien jew ikunu riunifikati sakemm l-irbit familjali kien jeżisti fil-pajjiż ta' oriġini u l-persuni kkonċernati esprimew ix-xewqa tagħhom bil-miktub. Fid-determinazzjoni tal-iktar Stat Membru xieraq, l-aħjar interess tal-persuni kkonċernati għandu jkun meħud f'konsiderazzjoni, bħal ma hu l-kapaċità tal-persuna dipendenti biex tivvjaġġa.

2.   Il-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex ikun implimentat il-paragrafu 1, għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 41(3).

Artikolu 12

Il-proċedura tal-familja

Fejn membri diversi ta' familja jissottomettu applikazzjonijiet għall- protezzjoni internazzjonali fl-istess Stat Membru fl-istess ħin, jew f'dati fil-qrib biżżejjed biex il-proċeduri biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli jitmexxew flimkien, u fejn l-applikazzjoni tal-kriterji ddikjarati f'dan ir-Regolament tista' twassalhom biex huma jkunu sseparati, l-Istat Membru responsabbli għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ir-responsibbiltà biex ikunu eżaminati applikazzjonijiet għall- protezzjoni internazzjonali għal membri tal-familja kollha għandha tkun tal-Istat Membru li l-kriterji juru li hu responsabbli biex jieħu inkarigu tal-akbar numru ta' membri tal-familja;

(b)

fin-nuqqas ta' dan, ir-responsabbiltà għandha tkun tal-Istat Membru li l-kriterji juru li huwa responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni tal-ixjeħ fosthom.

Artikolu 13

Il-ħruġ ta' dokumenti ta' residenza jew viża

1.   Fejn il-persuna li tfittex l-ażil tkun fil-pussess ta' dokument ta' residenza validu, l-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.

2.   Fejn il-persuna li tfittex l-ażil tkun fil-pussess ta' viża valida, l-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali, sakemm il-viża ma tkunx inħarġet meta huwa jkun qiegħed jaġixxi għal jew fuq awtorizzazzjoni bil-miktub ta' Stat Membru ieħor. F'każ bħal dan, l-Istat Membru tal-aħħar għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali. Fejn Stat Membru l-ewwel jikkonsulta l-awtorità ċentrali ta' Stat Membru ieħor, b'mod partikolari għal raġunjiet ta' sigurtà, it-tweġiba ta' dan tal-aħħar għal-konsultazzjoni ma tikkostitwixxix awtorità bil-miktub fit-tifsira ta' din id-dispożizzjonijiet.

3.   Fejn il-persuna tfittex l-ażil tkun fil-pussess ta' iktar minn dokument wieħed ta' residenza validu jew viża maħruġin minn Stati Membri differenti, ir-responsabbiltà biex jeżamina l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali għandhom jidħlu għaliha l-Istati Membri fl-ordni li ġejja:

(a)

l-Istat Membru li ħareġ id-dokument ta' residenza li jagħti d-dritt għall-itwal perijodu ta' residenza jew, fejn il-perjodi ta' validità huma identiċi, l-Istat Membru li ħareġ id-dokument ta' residenza li għandu l-aktar tard id-data ta' skadenza;

(b)

l-Istat Membru li ħareġ il-viża li għandha l-aktar tard id-data ta' skadenza fejn il-viżas varji huma tal-istess tip;

(c)

fejn viżas huma ta' xorta differenti, l-Istat Membru li ħareġ il-viża li għandha l-itwal perijodu ta' validità, jew, fejn il-perjodi ta' validità huma identiċi, l-Istat Membru li ħareġ il-viża li għandha l-aktar tard id-data ta' skadenza.

4.   Fejn il-persuna tfittex l-ażil tkun fil-pussess biss ta' dokument ta' residenza wieħed jew iktar li jkunu skadew inqas minn sentejn qabel jew viża waħda jew iktar li jkunu skadew inqas minn sitt xhur qabel u li għamlu possibbli għaliha biex attwalment tidħol fit-territorju ta' Stat Membru, il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw saż-żmien li l-applikant ma jkunx ħareġ mit-territorju tal-Istati Membri.

Fejn il-persuna tfittex l-ażil tkun fil-pussess ta' dokument ta' residenza wieħed jew iktar li jkunu skadew iktar minn sentejn qabel jew viża waħda jew iktar li jkunu skadew iktar minn sitt xhur qabel u li għamlu possibbli għaliha biex attwalment tidħol fit-territorju ta' Stat Membru u fejn hija ma ħarġitx mit-territorju tal-Istati Membri, l-Istat Membru li fih l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali hija ddepożitata għandu jkun responsabbli.

5.   Il-fatt li dokument ta' residenza jew viża jkun inħareġ fuq bażi ta' identita falza jew mibdula jew fuq sottomissjoni ta' dokumenti ffalsifikati, simulati jew invalidi m'għandux jimpedixxi li r-responsabbilità tkun allokata lill-Istat Membru li jkun ħarġu/ħariġha. Madankollu, l-Istat Membru li joħroġ id-dokument ta' residenza jew viża m'għandux ikun responsabbli jekk jista' jkun stabbilit li l-frodi kienet kommessa wara li d-dokument jew viża kien inħareġ/kienet inħarġet.

Artikolu 14

Dħul u qagħad

1.   Fejn ikun stabbilit, fuq il-bażi ta' prova jew xhieda ċirkostanzjali kif deskritt fiż-żewġ listi msemmija fl-Artikolu 22(3) ta' dan ir-Regolament, inklużi d-data li jirreferi għalihom il-Kapitolu III tar-Regolament [dwar it-twaqqif tal-“Eurodac” għal-paragun tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru…/… li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat ║li persuna tfittex l-ażil tkun qasmet b'mod irregolari l-konfini għal ġo Stat Membru bl-art, bil-baħar jew bl-ajru wara li tkun ġiet minn pajjiż terz, l-Istat Membru hekk ippenetrat għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali. Din ir-responsabbilità għandha tieqaf 12-il xahar wara d-data li fiha l-qsim irregolari tal-konfini jkun ġara.

2.   Meta Stat Membru ma jistax jew ma jkunx jista' jinżamm responsabbli skont il-paragrafu 1, u fejn ikun stabbilit, fuq il-bażi ta' prova jew xhieda ċirkostanzjali kif deskritt fiż-żewġ listi msemmija fl-Artikolu 22(3), li l-persuna tfittex l-ażil - li tkun daħlet fit-territorju tal-Istati Membri b'mod irregolari jew li ċ-ċirkostanzi tad-dħul tagħha ma jistgħux ikunu stabbiliti - kienet toqgħod għal perijodu kontinwu ta' għall-inqas ħames xhur fi Stat Membru qabel ma ddepożitat l-applikazzjoni, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali.

Jekk l-applikant kien joqgħod għal perjodi ta' żmien ta' għall-inqas ħames xhur fi Stati Membri diversi, l-Istat Membru fejn dan kien l-aktar reċentement il-każ għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.

Artikolu 15

Dħul b'rinuzja għall-viża

1.   Jekk ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat jidħol fit-territorju ta' Stat Membru li fih il-ħtieġa li jkollu viża tkun irrinunzjata, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tiegħu.

2.   Il-prinċipju ddikjarat fil-paragrafu 1 ma japplikax, jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat jiddepożita l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tiegħu fi Stat Membru ieħor, li fih il-ħtieġa li jkollu viża għad-dħul fit-territorju tkun ukoll irrinunzjata. F'dan il-każ, l-Istat Membru tal-aħħar għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.

Artikolu 16

Applikazzjoni għal żona ta' tranżitu internazzjonali f'ajruport

Fejn l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali issir f'żona internazzjonali ta' tranżitu ta' ajruport ta' Stat Membru minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni.

KAPITOLU IV

KLAWSOLI DISKREZZJONALI

Artikolu 17

Klawsoli diskrezzjonali

1.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3(1), kull Stat Membru jista', b'mod partikolari għal raġunijiet umanitarji u ta' kompassjoni, jiddeċiedi li jeżamina applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali iddepożitata għandu minn ċittadin ta' pajjiż terz, ukoll jekk eżami tali mhux ir-responsabbilta tiegħu taħt il-kriterji preskritti f'dan ir-Regolament, sakemm l-applikant jaqbel ma' dan.

F'dan il-każ, dak l-Istat Membru għandu jsir l-Istat Membru responsabbli fit-tifsira ta' dan ir-Regolament u għandu jassumi l-obbligi assoċjati ma' dik ir-responsabbiltà. Fejn jixraq, huwa għandu jgħarraf lill-Istat Membru li qabel kien responsabbli, l-Istat Membru li jmexxi proċedura biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli jew l-Istat Membru li kien intalab biex jinkariga ruħu jew jieħu lura l-applikant billi juża in-netwerk ta' komunikazzjoni elettronika 'DubliNet' stabbilita skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1560/2003.

L-Istat Membru li sar responsabbli skont dan il-paragrafu għandu minnufih jindika wkoll fil-EURODAC li huwa assuma r-responsabbiltà skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru […/…] [dwar it-twaqqif tal-“EURODAC” għal-paragun tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru…/… li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat.

2.   L-Istat Membru li fih issir l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u li jkun għaddej mill-proċess biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli, jew l-Istat Membru responsabbli jista' f'kull ħin, jitlob Stat Membru ieħor biex jieħu f'idejh l-applikazzjoni sabiex jġib flimkien membri tal-familja, kif ukoll qraba oħra, għal raġunijiet umanitarji bbażati b'mod partikolari fuq konsiderazzjonijiet familjali u kulturali, ukoll fejn dak l-Istat Membru mhux responsabbli skont il-kriterja stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 12 ║. Il-persuni kkonċernati għandhom juri li jaqblu bil-miktub.

It-talba biex jittieħed l-inkarigu għandha jkollha fiha l-materjal kollu fil-pussess tal-Istat Membru li qed jagħmel it-talba sabiex jippermetti lill-Istat Membru mitlub biex jistma s-sitwazzjoni.

L-Istat Membru mitlub għandu jwettaq kull kontroll meħtieġ biex jissusstanzja r-raġunijiet umanitarja msemmija, u għandu jagħti deċiżjoni dwar it-talba fi żmien xahrejn mid-data li kienet rċevuta t-talba. Deċiżjoni li tirrifjuta t-talba għandha tagħti r-raġunijet fuq hiex hija bbażata.

Fejn l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba jaċċetta t-talba, ir-responsabbilta biex jeżamina l-applikazzjoni għandha tkun ittrasferita lilu.

KAPITOLU V

OBBLIGI TAL-ISTAT MEMBRU RESPONSABBLI

Artikolu 18

Obbligi tal-Istat Membru responsabbli

1.   L-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall- taħt dan ir-Regolament għandu jkun obbligat:

(a)

jieħu inkarigu, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikoli 21, 22 u 28, ta' persuna tfittex l-ażil li tkun iddepożitat applikazzjoni fi Stat Membru differenti;

(b)

jieħu lura, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 23, 24 u 28, applikant li l-applikazzjoni tiegħu tkun taħt eżami u li għamel applikazzjoni fi Stat Membru ieħor jew li jkun fit-territorju ta' Stat Membru ieħor mingħajr document ta' residenza;

(c)

jieħu lura, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 23, 24 and 28, applikant li jkun irtira l-applikazzjoni taħt eżami u jkun għamel applikazzjoni fi Stat Membru ieħor;

(d)

jieħu lura, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 23, 24 u 28, ċittadin ta' pajjiż terz li l-applikazzjoni tiegħu kienet rifjutata u li għamel applikazzjoni fi Stat Membru ieħor jew li jkun fit-territorju ta' Stat Membru ieħor mingħajr dokument ta' residenza;

2.   L-Istat Membru responsabbli għandu f'kull ċirkostanza msemmija fil-paragrafu 1 ittri (a) sa (d) jeżamina jew itemm l-eżami tal-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali magħmula mill-applikant, fit-tifsira tal-Artikolu 2(d). Meta l-Istat Membru responsabbli ma kompliex l-eżami ta' applikazzjoni wara li din ġiet irtirata mill-applikant, dan għandu jirrevoka dik id-deċiżjoni u jtemm l-eżami tal-applikazzjoni, fit-tifsira tal-Artikolu 2(d).

Artikolu 19

Tmiem tar-responsabbilitajiet

1.   Fejn Stat Membru joħroġ dokument ta' residenza lill-applikant, l-obbligi speċifikati fl-Artikolu 18(1), għandhom ikunu ttrasferiti lil dak l-Istat Membru.

2.   L-obbligi speċifikati fl-Artikolu 18(1) għandhom jieqfu fejn l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni jista' jistabbilixxi, fejn mitlub li jieħu ħsieb jew jieħu applikant jew persuna oħra lura kif imsemmi fl-Artikolu 18(1)(d), li l-persuna kkonċernata tkun ħalliet it-territorju tal-Istati Membri għall-inqas għal tliet xhur, sakemm il-persuna kkonċernata ma tkunx fil-pussess ta' dokument ta' residenza validu maħruġ mill-Istat Membru responsabbli.

Applikazzjoni ddepożitata wara assenza bħal din għandu tkun meqjusa bħala applikazzjoni ġdida u twassal għal proċedura ġdida biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli.

3.   L-obbligi speċifikati fl-Artikolu 18(1)(c) u (d), għandhom jieqfu fejn l-Istat Membru responsabbli li jeżamina l-applikazzjoni jista' jistabbilixxi, meta mitlub li jieħu lura persuna, li l-persuna kkonċernata ħalliet it-territorju tal-Istati Membri f'konformità ma' deċiżjoni ta' ritorn jew ordni ta' tkeċċija li kien ħareġ wara l-irtirar jew ir-rifjut tal-applikazzjoni.

Applikazzjoni ddepożitata wara tkeċċija effettiva għandha tkun meqjusa bħala applikazzjoni ġdida u twassal għal proċedura ġdida biex ikun iddeterminat l-Istat Membur responsabbli.

KAPITOLU VI

IL-PROĊEDURA TA' TEĦID TA' INKARIGU U TA' TEĦID LURA

Sezzjoni I

Il-bidu tal-proċedura

Artikolu 20

Il-bidu tal-proċedura

1.   Il-proċess biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli taħt dan ir-Regolament għandu jibda hekk kif applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tkun iddepożitata għall-ewwel darba għand Stat Membru.

2.   Applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali għandha titqies li kienet iddepożitata meta formola sottomessa mill-applikant jew rapport ippreparat mill-awtoritajiet ikun wasal għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. Fejn applikazzjoni ma tintgħamilx bil-miktub, iż-żmien li jgħaddi bejn id-dikjarazzjoni ta' intenzjoni u l-preparazzjoni ta' rapport għandu jkun kemm jista' jkun qasir.

3.   Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, is-sitwazzjoni ta' minorenni li jkun jakkumpanja lil persuna tfittex l-ażil u jissodisfa d-definizzjoni ta' membru tal-familja ddikjarata fl-Artikolu 2║(i), għandha tkun indissoċjabbli minn dik tal-ġenitur jew tutur tiegħu u għandha tkun affari tal-Istat Membru responsabbli li jeżamina l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali ta' dak il-ġenitur jew tutur, ukoll jekk il-minorenni mhuwiex individwalment persuna tfittex l-ażil, sakemm huwa fl-aħjar interess tiegħu/tagħha. L-istess trattament għandu jkun applikat lil tfal imwielda wara li persuna tfittex l-ażil tasal fit-territorju tal-Istat Membru, mingħajr il-ħtieġa li tinbeda proċedura ġdida biex wieħed jinkariga ruħu minnhom.

4.   Fejn applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tkun iddepożitata għand l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru minn applikant li jkun fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, id-determinazzjoni tal-Istat Membru reSponsabbli għandha tintgħamel mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-applikant ikun preżenti. L-Istat Membru tal-aħħar għandu jkun infurmat mingħajr dewmien mill-Istat Membru li jkun irċieva l-applikazzjoni u mbagħad għandu, għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, ikun ikkonsidrat bħala l-Istat Membru fejn l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet iddepożitata.

L-applikant għandu jkun infurmat bil-miktub b'dan it-trasferiment u bid-data li fiha sar.

5.   Persuna tfittex l-ażil li hija preżenti fi Stat Membru ieħor u hemm tiddepożita applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali wara li tirtira l- ewwel applikazzjoni tagħha magħmula fi Stat Membru ieħor matul il-proċess li jiddetermina l-Istat Membru responsabbli għandha tittieħed lura, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 23, 24 and 28, mill-Istat Membru li għandu l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet l-ewwel iddepożitata, bil-ħsieb li jtemm il-proċess li jiddetermina l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali.

Dan l-obbligu għandu jieqaf meta l-Istat Membru mitlub biex item il-proċess biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli jista' jistabbilixxi li l-persuna tfittex l-ażil tkun sadattant telqet mit-territorju tal-Istat Membru għal perijodu ta' mill-inqas tliet xhur jew tkun kisbet dokument ta' residenza minn -Istat Membru ieħor.

Applikazzjoni ddepożitata wara assenza bħal din għandha tkun meqjusa bħala applikazzjoni ġdida u twassal għal proċedura ġdida biex ikun iddeterminat l-Istat Membur responsabbli.

Sezzjoni II

Il-proċeduri għat-talbiet biex jittieħed inkarigu

Artikolu 21

Preżentazzjoni ta' talba biex jittieħed inkarigu

1.   Fejn Stat Membru li għandu kienet iddepożitata applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali jikkonsidra li Stat Membru ieħor huwa responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni, jista', kemm jista' jkun malajr u f'kull każ fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-applikazzjoni kienet iddepożitata fit-tifsira tal-Artikolu 20(2), jitlob lill-Istat Membru l-ieħor biex jieħu inkarigu tal-applikant.

Fejn it-talba biex jittieħed inkarigu ta' applikant ma ssirx fi żmien perijodu ta' tliet xhur, ir-responsibilita biex tkun eżaminata l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali għandha tkun tal-Istat Membru li għandu l-applikazzjoni kienet iddepożitata.

2.   L-Istat Membru li jagħmel it-talba jista' jitlob tweġiba urġenti f'każijiet fejn l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali kienet iddepożitata wara permess biex jidħol jew jibqa' kien irrifjutat, wara arrest minħabba qagħda illegali jew wara preżentazzjoni jew eżekuzzjoni ta' ordni ta' tneħħija u/jew fejn il-persuna tfittex l-ażil tkun tinżamm f'detenzjoni.

It-talba għandha tiddikjara r-raġunijiet li jiġġustifikaw tweġiba urġenti u l-perijodu li fih tweġiba tkun mistennija. Dak il-perijodu għandu jkun għall-inqas ta' ġimgħa.

3.   Fiż-żewġ każijiet, it-talba li jittieħed inkarigu minn Stat Membru ieħor għandha ssir billi tintuża formola standard u tinkludi prova jew xhieda ċirkostanzjali kif deskritt fiż-żewġ listi msemmija fl-Artikolu 22(3) u/jew elementi relevanti mid-dikjarazzjoni tal-persuna tfittex l-ażil, li jagħmlu possibbli għall-awtoritajiet tal-Istat Membru li tkun saritlu t-talba li jikkontrollaw jekk hux responsabbli fuq il-bażi tal-kriterji preskritti f'dan ir-Regolament.

Ir-regoli dwar il-preparazzjoni u l-proċeduri biex ikunu trażmessi talbiet għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 41(2).

Artikolu 22

Tweġiba għal talba biex jittieħed inkarigu

1.   L-Istat Membru li tkun saritlu t-talba għandu jagħmel il-kontrolli meħtieġa, u għandu jagħti deċiżjoni fuq it-talba biex jittieħed inkarigu ta' applikant fi żmien xahrejn mid-data li fiha t-talba kienet irċevuta.

2.   Fil-proċedura biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali stabbilita f'dan ir-applikazzjoni, elementi ta' prova u xhieda ċirkostanzjali għandhom ikunu użati.

3.   Skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 41(2) żewġ listi għandhom ikunu stabbiliti u perjodikament irriveduti, li juru l-elementi ta' prova u xhieda ċirkostanzjali skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

Prova:

(i)

Dan jirreferi għal prova formali li tiddetermina r-responsabbilta skont dan ir-Regolament, sakemm ma tkunx irrifjutata bi prova għal kuntrarju.

(ii)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kumitat li jipprovdi għalih l-Artikolu 41 mudelli ta' tipi differenti ta' dokumenti amministrattivi, skont it-tipoloġija stabbilita fil-lista ta' provi formali.

(b)

Xhieda ċirkostanzjali:

(i)

Dan jirreferi għal elementi indikattivi li filwaqt li jistgħu jkunu konfutati jistgħu jkunu suffiċjenti, f'ċerti każijiet, skont il-valur evidenzjarju li jingħatalhom.

(ii)

Il-valur evidenzjarju tagħhom, f'relazzjoni mar-responsabbiltà biex tkun eżaminata l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali għandu jkun evalwat fuq bażi ta' każ każ.

4.   Ir-rekwiżit ta' prova m'għandux jeċċedi dak li hu meħtieġ għall-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament.

5.   Jekk m'hemmx prova formali, l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba għandu jirrikonoxxi r-responsabbiltà tiegħu jekk ix-xhieda ċirkostanzjali tkun koerenti, verifikabbli u ddettaljata suffiċjentement biex tistabbilixxi responsabbiltà.

6.   Fejn l-Istat Membru li jagħmel it-talba jkun ġab l-urġenza bħala raġuni, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 21(2), l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba għandu jagħmel kull sforz biex jikkonforma mal-limitu ta' żmien mitlub. F'każijiet eċċezzjonali, fejn jista' jkun muri li l-eżami ta' talba biex jittieħed inkarigu ta' applikant ikun partikolarment kompless, l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba jista' jagħti t-tweġiba wara l-limitu ta' żmien mitlub, imma f'kull każ fi żmien xahar. F'sitwazzjonijiet bħal dawn l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu li jipposponi tweġiba lill-Istat Membru li jagħmel it-talba fil-limitu ta' żmien oriġinarjament mitlub.

7.   Nuqqas ta' azzjoni fi żmien il-perijodu ta' xahrejn imsemmi fil-paragrafu 1 u l-perijodu ta' xahar imsemmi fil-paragrafu 6 għandu jkollu effett ugwali ta' riċeviment tat-talba, u jinvolvi l-obbligu li tittieħed inkarigu tal-persuna, inklużi l-obbligu biex jipprovdi għal arranġamenti xierqa għal wasla.

Sezzjoni III

Il-Proċeduri għat-talbiet biex jittieħed lura

Artikolu 23

Preżentazzjoni ta' talba biex jittieħed lura

1.   Meta Stat Membru fejn ġiet iddepożitata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali suċċessiva jew li fit-territorju tiegħu joqgħod applikant jew persuna oħra kif imsemmi fl-Artikolu 18(1)(d) mingħajr dokument ta' residenza, jikkonsidra li Stat Membu ieħor huwa responsabbli skont l-Artikolu 20(5) u l-Artikolu 18(1) (b), (c) u (d), dan jista' jitlob lill-Istat Membru l-ieħor biex jieħu lura l-applikant.

2.   Fil-każ ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali suċċessiva, it-talba biex il-persuna kkonċernata tittieħed lura għandha ssir kemm jista' jkun malajr u f'kull każ fi żmien xahar minn meta rċieva t-talba mill-EURODAC, kif iddefinit mill-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) […/…] [dwar it-twaqqif tal-“Eurodac” għal-paragun tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru…/… li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat].

Jekk it-talba biex jittieħed lura applikant li ddepożita applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali suċċessiva tkun ibbażata fuq evidenza li mhix dejta meħuda mis-sistema tal-EURODAC, din għandha tkun mibgħuta lill-Istat Membru li saritlu t-talba fi żmien tliet xhur mid-data li fiha kienet iddepożitata l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fit-tifsira tal-Artikolu 20(2).

3.   Meta ma hemm ebda applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali suċċessiva, u fil-każ li l-Istat Membru li qed jagħmel it-talba jiddeċiedi li jfittex fis-sistema EURODAC skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) […/…] [dwar it-twaqqif tal-“Eurodac” għal-paragun tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru…/… li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat], it-talba biex il-persuna kkonċernata tittieħed lura għandha ssir kemm jista' jkun malajr u f'kull każ fi żmien xahar minn meta rċieva n-notifika ta' “suċċess” mill-EURODAC, skont l-Artikolu 13(4) ta' dak ir-Regolament.

Jekk it-talba biex tittieħed lura l-persuna kkonċernata tkun ibbażata fuq evidenza differenti minn dik meħuda mis-sistema tal-EURODAC, din għandha tkun mibgħuta lill-Istat Membru li sartilu t-talba fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-Istat Membru li għamel it-talba sar jaf li Stat Membru ieħor jista' jkun responsabbli minn dik il-persuna kkonċernata.

4.   Meta t-talba biex jittieħed lura applikant jew persuna oħra kif imsemmi fl-Artikolu 18(1)(d) ma ssirx fi żmien il-perjodi stabbliti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, ir-responsabbiltà biex tkun eżaminata l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun tal-Istat Membru li għandu l-applikazzjoni kienet iddepożitata suċċessivament jew li fit-territorju tiegħu qed tgħix il-persuna, mingħajr dokument ta' residenza.

5.   It-talba għall-applikant jew persuna oħra kif imsemmi fl-Artikolu 18(1)(d) biex jittieħed lura għandha ssir permezz tal-formola standard u tinkludi prova jew evidenza indizjarja u/jew elementi relevanti mid-dikjarazzjonijiet tal-persuna, li tagħmel possibbli għall- awtoritajiet tal- Istat Membru li saritlu t-talba li jikkontrolla jekk hux responsabbli

Ir-regoli ta' prova u xhieda u l-interpretazzjoni tagħhom, u dwar il-preparazzjoni ta' talbiet u l-proċeduri għat-trażmissjoni tagħhom, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 41(2).

Artikolu 24

Tweġiba għal talba biex jittieħed lura

1.   L-Istat Membru li saritlu t-talba għandhu jagħmel il-kontrolli meħtieġa u jagħti deċiżjoni dwar it- talba biex jieħu lura l-persuna kkonċernata kemm jista' jkun malajr u f'kull każ mhux iktar tard minn xahar mid-data meta kienet rċevuta t-talba. Meta t-talba tkun ibbażata fuq data miksuba mis-sistema Eurodac, dak il-limitu ta' żmien jitnaqqas għal ġimagħtejn.

2.   Nuqqas ta' azzjoni fil-perijodu ta' xahar jew fil-perijodu ta' ġimagħtejn imsemmi fis-paragrafu ║1, għandu jfisser aċċettazzjoni tat-talba u jinvolvi l-obbligu li jieħu lura l-persuna kkonċernata, inkluż l-obbligu li jipprovdi arranġamenti xierqa għall-wasla.

Sezzjoni IV

Salvagwardji proċedurali

Artikolu 25

In-notifika tad-deċiżjoni tat-trasferiment

1.   Meta l-Istat Membru li saritlu t-talba jaqbel li jieħu r-responsabilità għal jew jieħu lura applikant jew persuna oħra kif imsemmi fl-Artikolu 18(1)(d), l-Istat Membru li jkun għamel it-talba għandu jinnotifika lill-persuna kkonċernata bid-deċiżjoni li tkun ittrasferita lejn l-Istat Membru responsabbli u, fejn xieraq, bid-deċiżjoni li ma jeżaminax l-applikazjoni tagħha. Din in-notifika għandha ssir bil-miktub, fl-lingwa li l-applikant ikun mistenni li jifhem u fi żmien mhux aktar minn 15-il-ġurnata tax-xogħol mid-data meta tasal it-tweġiba mill-Istat Membru li saritlu t-talba.

2.   Id-deċiżjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata,inkluża deskrizzjoni tal-fażijiet ewlenin tal-proċedura li jwasslu għad-deċiżjoni. Hija għandu jkollha informazzjoni dwar ir-rimedji legali disponibbli u ż-żmien limitu applikabbli biex jintalbu dawn ir-rimedji, kif ukoll informazzjoni dwar il-persuni jew entitajiet li jistgħu jipprovdu assistenza legali speċifika u rappreżentazzjoni għall-persuna. Hija għandu jkun fiha d-dettalji tal-limitu ta' żmien biex ikun eżegwit it-trasferiment u, jekk meħtieġ, għandu jkun fiha informazzjoni dwar il-post fejn, u d-data li fihom il-persuna kkonċernata għandha tidher, jekk ser tivvjaġġa lejn l-Istat Membru responsabbli bil-mezzi tiegħha stess. Għandu jkun stabbilit iż-żmien limitu biex jitwettaq it-trasferiment sabiex jagħtu lill-persuna żmien raġonevoli biex tfittex rimedju skont l-Artikolu 26.

Artikolu 26

Rimedji

1.   L-applikant jew persuna oħra kif imsemmi fl-Artikolu 18(1)(d) għandu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv, fil-forma ta' appell jew reviżjoni, fil-fatt u fil-liġi tad-deċiżjoni tat-trasferiment msemmija fl-Artikolu 25, quddiem qorti jew tribunal.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal perijodu ta' żmien raġonevli li fih l-applikant jew il-persuna kkonċernata jista' jeżerċita d-dritt tiegħu għal rimedju ġudizzjarju effettiv skont il-paragrafu 1.

Dak il-perjodu ta' żmien m'għandux ikun ta' anqas minn 10 ġranet tax-xogħol mid-data tan-notifika imsemmija fl-Artikolu 25(1).

3.   Fil-każ ta' appell jew reviżjoni dwar id-deċiżjoni ta' trasferiment imsemmija fl-Artikolu 25, l-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha, billi taġixxi jew fuq it-talba tal-persuna kkonċernata jew, fin-nuqqas ta' talba ta' dan it-tip, ex-officio, tiddeċiedi, kemm jista' jkun malajr, u f'kull każ mhux iktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol minn meta kienu ddepożitati l-appell jew ir-reviżjoni, jekk il-persuna kkonċernata tistax tibqa' fit-territorju tal-Istati Membru kkonċernat sakemm jintemmu l-appel jew ir-reviżjoni, jew le.

4.   Ebda trasferiment m'għandu jsir qabel ma tittieħed id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3. Deċiżjoni li ma tippermettix lill-persuna kkonċernata tibqa' fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat sakemm jintemm l-appel jew ir-reviżjoni, għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuna kkonċernata għandha aċċess għall-assistenzalegali u/jew rappreżentanza u, fejn neċessarju, assistenzalingwistika.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza u/jew ir-rappreżentanza legali meħtieġa jingħataw b'xejn meta jintalbu bi qbil mal-Artikolu 15(3) sa (6) tad-Direttiva 2005/85/KE .

Il-proċeduri għall-aċċess għall-assistenzalegali f'dawn il-każijiet għandhom ikunu stabbiliti fil-liġi nazzjonali.

Sezzjoni V

Id-detenzjoni għar-raġunijiet ta' trasferiment

Artikolu 27

Detenzjoni

1.   L-Istati Membri m'għandhom iżommu persuna f'detenzjoni għall-unika raġuni li huwa applikant għall-protezzjoni internazzjonali f'konformità mad-Direttiva 2005/85/KE.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 8(2) tad-Direttiva […/…/KE] i tistabbilixxi l-istandards minimi għall-akkoljenza ta' persuni jfittxu ażil, meta jidher neċessarju u fuq il-bażi ta' valutazzjoni individwali ta' kull każ, u jekk ma jkunux jistgħu jkunu applikanti effettivament miżuri oħra inqas koerżivi, l-Istati Membri jistgħu jżommu persuna tfittex l-ażil jew persuna oħra kif imsemmi fl-Artikolu 18(1)(d) ta' dan ir-Regolament, li tkun soġġetta għal deċiżjoni ta' trasferiment għal Stat Membru responsabbli f'faċilità ta' nondetenzjoni jekk miżuri oħra anqas koersivi ma kienux effettivi u , jekk hemm riskju sinifikanti li din taħrab.

3.   Meta jkun qed jagħmel valutazzjoni ta' miżuri oħra inqas koerżivi għar-raġuni tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jieħdu f'konsiderazzjoni alternattiv għad-detenzjoni bħal ma huwa r-rappurtaġġ regolari lill-awtoritajiet, id-depożitu ta' garanzija finanzjarja, l-obbligu li jibqa' f'post magħżul jew miżuri oħra li jipprevjenu r-riskju ta' ħarba.

4.   Id-detenzjoni skont il-paragrafu 2 tista' tkun applikata biss mill-mument li tkun notifikata d-deċiżjoni tat-trasferment għall-Istat Membru responsabbli lill-persuna kkonċernata skont l-Artikolu 25, sakemm il-persuna tkun trasferita lejn l-Istat Membru responsabbli.

5.   Id-detenzjoni skont il-paragrafu 2 għandha tkun ordnata għall-inqas żmien possibbli. Din m'għandhiex tkun itwal miż-żmien raġonevoli neċessarju biex jitwettqu l-proċeduri amministrattiv neċessarji biex jitwettaq it-trasferiment.

6.   Id-detenzjoni skont il-paragrafu 2 għandha tkun ordnata mill-awtoritajiet ġudizzjarji. F'każi urġenti tista' tkun ordnata mill-awtoritajiet amministrattivi, u f'dawn il-każi, l-ordni ta' detenzjoni għandha tkun ikkonfermata mill-awtoritajiet ġudiżżjarji fi żmien 72 siegħa mill-bidu tad-detenzjoni. Meta l-awtorità ġudizzjarja ssib li d-detenzjoni hija kontra l-liġi, il-persuna kkonċernata għandha tkun meħlusa immedjatament.

7.   Id-detenzjoni skont il-paragrafu 2 għandha tkun ordnata bil-miktub bir-raġunijiet fil-fatt u fil-liġi, b'mod partikolari bi speċifikazzjoni tar-raġunijiet li kienu l-bażi biex ikun ikkonsidrat li hemm riskju ▐ tal-ħarba tal-persuna kkonċernata kif ukoll il-perijodu ta' żmien u d-dewmien tiegħu.

Il-persuni fid-detenzjoni għandhom ikunu jafu r-raġunijiet tad-detenżjoni immedjatament, kif ukoll kemm mistenni li ddum id-detenzjoni u l-proċedura stabbiliti fil-liġi nazzjonali biex tisfida l-ordni ta' detenzjoni, fl-lingwa li huma mistennija li jifhmu.

8.   F'kull każ ta' persuna f'detenzjoni skont il-paragrafu 2, id-detenzjoni ║ għandha tkun riveduta minn awtorità ġudizzjarja f'intervalli ta' żmien raġonevoli jew fuq talba tal-persuna kkonċernata jew ex officio. Id-detenzjoni qatt m'għandha tkun imtawla bla bżonn.

9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aċċess għall-assitenza u/jew rappreżentanza legali fil-każijiet ta' detenzjoni skont il-paragrafu 2 li għandha tkun b'xejn fejn il-persuna kkonċernata ma tista' tħallas l-ispejjeż involuti.

Il-proċeduri għall-aċċess għall-assistenzalegali u/jew rappreżentanza f'dawn il-każijiet għandhom ikunu stabbiliti fil-liġi nazzjonali.

10.   Persuni minorenni m'għandhomx jinżammu f'detenzjoni sakemm dan ma jkunx fl-aħjar interess tagħhom, kif stabbilit fl - Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament u skont l-eżami individwali tas-sitwazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 11(5) tad-Direttiva […/…/KE] li tistabbilixxi l-istandards minimi għall-akkoljenza ta' persuni jfittxu ażil.

11.   Minorenni mhux akkumpanjati qatt m'għandhom jinżammu f'detenzjoni.

12.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jfittxu l-ażil f'detenzjoni skont dan l-Artikolu għandhom l-istess livell ta' kondizzjonijiet ta' akkoljenza għall-applikanti f'detenzjoni bħal dawk stabbiliti b'mod partikolari fl-Artikolu 10 u 11 tad-Direttiva […/…/KE] li tistabbilixxi l-istandards minimi għall-akkoljenza ta' persuni jfittxu ażil.

Sezzjoni VI

It-Trasferimenti

Artikolu 28

Arranġamenti u ║ limitu ta' żmien

1.   It-trasferiment tal-applikant jew persuna oħra kif imsemmi fl-Artikolu 18(1)(d) mill-Istat Membru li għamel it-talba lejn l-Istat Membru responsabbli, għandu jkun eżegwit skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li għamel it-talba, wara konsultazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, kemm jista' jkun prattikament possibbli, u l-iktar tard fi żmien sitt xhur mill-aċċettazzjoni tat-talba minn Stat Membru ieħor biex jieħu inkarigu ta' jew jieħu lura l-persuna kkonċernata jew tad-deċiżjoni wara appell jew reviżjoni fejn effett sospensiv ikun mogħti skont l-Artikolu 26(3).

Jekk meħtieġ, il-persuna tfittex l-ażil għandha tingħata mill-Istat Membru li jagħmel it-talba laissez passer tal-għamla adottata skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 41(2).

L-Istat Membru responsabbli għandu jgħarraf lill-Istat Membru li jagħmel it-talba, kif xieraq, bil-wasla salva tal-persuna kkonċernata jew bil-fatt li ma dehritx fil-limitu tal-ħin stabbilit.

2.   Fejn it-trasferiment ma jsirx fiż-żmien limitu ta' sitt xhur, l-Istat Membru responsabbli għandu jitneħħewlu l-obbligi biex jieħu inkarigu ta' jew jieħu lura l-persuna kkonċernata u r-responsabbiltà għandha tkun trasferita lill-Istat Membru li għamel it-talba Dak il-limitu ta' żmien jista' jkun estiż sa massimu ta' sena jekk it-trasferiment ma setax ikun eżegwit minħabba priġunerija tal-persuna kkonċernata jew sa massimu ta' tmintax-il xahar jekk il-persuna kkonċernata tkun ħarbet.

3.   Jekk persuna ġiet ittrasferiti bi żball jew deċiżjoni ta' trasferiment ġiet mibdula fl-appell wara li twettaq it-trasferiment, l-Istat Membru li wettaq it-trasferiment għandu jaċċetta dik il-persuna lura minnufih.

4.   Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli supplementari dwar l-eżekuzzjoni ta' trasferimenti. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmi fl-Artikolu 41(3).

Artikolu 29

L-ispejjeż tat-trasferimenti

1.   L-ispejjeż neċessarji għat-trasferiment tal-applikant jew persuna oħra kif imsemmi fl-Artikolu 18(1)(d) lejn Stat Membru responsabbli għandhom jitħallsu mill-Istat Membru li qed jagħmel it-trasferiment.

2.   Meta l-persuna kkonċernata jkollu jintbgħat lura lejn Stat Membru, minħabba trasferiment żbaljat jew deċiżjoni ta' trasferiment li ġiet mibdula fl-appell wara li jkun twettaq it-trasferiment, l-Istat Membru li oriġinarjament għamel it-trasferiment għandu jkun responsabbli tal-ispejjeż tat-trasferiment tal-persuna kkonċernata lura fit-territorju tiegħu.

3.   Persuni li se jkunu ttrasferiti skont dan ir-Regolament m'għandhomx ikunu mitlub jħallsu għall-ispejjeż ta' dawn it-trasferimenti.

4.   Jistgħu jkunu adottati regoli supplimentar relatati mal-obbligu tal-Istat Membru li qed jibgħat biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż tat-trasferimenti skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 41(2).

Artikolu 30

L-iskambju ta' informazzjoni relevanti qabel isiru t-trasferimenti

1.   F'kull każ ta' trasferiment, l-Istat Membru li qed jibgħat għandu jinforma lil dak li qed jirċievi jekk il-persuna hix b'saħħitha għat-trasferiment. Il-persuni li huwa b'saħħithom għat-trasferiment biss għandhom ikunu trasferiti.

2.   L-Istat Membru li jwettaq it-trasferiment għandu jikkomunika lill-Istat Membru responsabbli dik id-dejta personali dwar l-applikant li għandu kun trasferit li hija xierqa, relevanti u mhux eċċessiva għall-unika raġuni li tiżgura li l-awtoritajiet tal-ażil kompetenti fl-Istat Membru responsabbli jkunu f'pożizzjoni li jipprovdu assistenza adegwata lill-applikant, inkluż il-kura medika neċessarja, u li tiżgura kontinwita fil-protezzjoni u d-drittijiet mogħtija minn dan ir-Regolament u mid-Direttiva […/…/KE] li tistabbilixxi l-istandards minimi għall-akkoljenza ta' persuni jfittxu l-ażil. Dik l-informazzjoni għandha tkun komunikata kmieni kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn seba' jiem tax-xogħol qabel isir trasferiment, minbarra meta l-Istat Membru jsir jafha iktar tard.

3.   L-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jagħmlu skambju tal-informazzjoni li ġejja:

(a)

Id-dettalji tal-membri tal-familja jew ta' qraba oħra fl-Istat Membru li qed jirċievi, fejn applikabbli;

(b)

fil-każ ta' persuni minorenni, informazzjoni dwar il-livell ta' edukazzjoni tagħhom;

(c)

Informazzjoni dwar l-età tal-applikant;

(d)

kull informazzjoni oħra li l-Istat Membru li qed jibgħat jidhirlu li hi essenzjali sabiex jissalvagwardja d-drittjiet u l-bżonnijiet speċjali tal-applikant ║.

4.   Għall-unika raġuni li tingħata l-kura jew trattament, b'mod partikolari rigward persuni b'diżabbiltà, anżjani, nisa tqal, minorenni u persuni li kienu ttorturati, stuprati jew sofrew forom oħra ta' vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali serji, l-Istat Membru li qed jittrasferixxi għandu jibghat l-informazzjoni dwar xi bżonnijiet speċjali tal-applikant li qed ikun ittrasferit, li f'każijiet speċifiċi tista' tinkludi informazzjoni dwar ║is-saħħa fiżika u mentali tal-applikant li se jkun ittrasferit. L-Istat Membru responsabbli għandu jiżgura li dawk il-bżonnijiet speċjali jkunu indirizzati b'mod xieraq, inkluż b'mod partikolari kull kura medika essenzjali li jkun hemm bżonn.

5.   Kull informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tkun trażmessa biss mill-Istat Membru li qed jittrasferixxi għall-Istat Membru responsabbli wara li jkun ittieħed l-kunsens espliċitu tal-applikant u/jew il-rappreżentant tiegħu/tagħha jew meta dan ikun neċessarju biex jipproteġi l-interessi vitali tal-individwu jew ta' persuna oħra fejn hija tkun fiżikament jew legalment inkapaċi li tagħti l-kunsens tagħha. Ladarba jintemm it-trasferiment, din l-informazzjoni għandha tkun imħassra immedjatament mill-Istat Membru li ttrasferixxa.

6.   L-ipproċessar tad-dejta personali għandu jsir biss minn professjonisti tas-saħħa soġġett għal-liġi jew regoli nazzjonali stabbiliti mill-korpi kompetenti nazzjonali dwar l-obbligu tas-sigriet professjonali jew minn persuna oħra soġġetta minn obbligu ta' sigriet ekwivalenti. Dawn il-professjonisti tas-saħħa u l-persuni li jirċievu u jipproċessaw din l-informazzjoni għandhom jgħaddu minn taħriġ mediku xieraq kif ukoll taħriġ dwar l-ipproċessar xieraq ta' dejta personali sensittiva dwar is-saħħa.

7.   L-iskambju ta' informazzjoni skont dan l-Artikolu għandu jsir biss bejn l-awtoritajiet notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34 ta' dan ir-Regolament permezz tan-network tal-komunikazzjoni elettronika 'DubliNet' ║. L-awtoritajiet notifikati skont l-Artikolu 33 ta' dan ir-Regolament għandhom jispeċifikaw ukoll liema huma l-professjonisti tas-saħħa awtorizzati biex jipproċessaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. L-informazzjoni skambjata tista' biss tintuża għall-għanijiet iddikjarati fil-paragrafi 2 u 4 ta' dan l-Artikolu.

8.   Bil-ħsieb li jkun iffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni bejn Stati Membru, għandha tkun adottata formola standard għat-trasferiment tad-dejta li hemm bżonn skont dan l-Artikolu skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 41(2).

9.   Ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 33(8) sa (12) għandhom japplikaw għall-iskambju tal-informazzjoni skont dan l-Artikolu.

Artikolu 31

Modta' kif jitwettqu t-trasferimenti

1.     L-Istat Membru li jwettaq it-trasferiment għandu jippromwovi t-trasferimenti volontarji billi jipprovdi l-informazzjoni xierqa lill-applikant.

2.     Jekk it-trasferimenti lejn l-Istat Membru responsabbli jitwettqu permezz ta' tluq sorveljat jew skortat, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li dawn jitwettqu b'mod uman u bl-osservanza sħiħa tad-drittijiet fundamentali u d-dinjità umana.

Sezzjoni VII

Sospensjoni temporanja tat-trasferimenti

Artikolu 32

Sospensjoni temporanja tat-trasferimenti

1.   Meta Stat Membru responsabbli jkun iffaċċjat minn sitwazzjoni partikolarment urġenti li tpoġġi piż eċċezzjonalment tqil fuq il-kapaċitajiet ta' akkoljenza tiegħu, is-sistema tal-ażil jew l-infrastruttura, u meta t-trasferiment tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali skont dan ir-Regolament jista' jżid fuq dan il-piż, dak l-Istat Membru jista' jitlob li jkunu sospiżi dawn it-trasferimenti.

It-talba għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni. Għandha tindika r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata u għandha b'mod partikolari tinkludi:

(a)

deskrizzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni partikolarment urġenti li tpoġġi piż eċċezzjonalment tqil fuq il-kapaċitajiet ta' akkoljenza, is-sistema tal-ażil u l-infrastruttura tal-Istat Membru li saritlu t-talba, inkluża statistika relevanti u xhieda li tappoġġjha;

(b)

previżjoni sostanzjata tal-iżvilupp probabbli tas-sitwazzjoni fiż-żmien qasir;

(c)

spjegazzjoni sostanzjata tal-piż addizzjonali li t-trasferiment tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali skont dan ir-Regolament jista' joħloq lill-kapaċitajiet ta' akkoljenza, is-sistema tal-ażil u l-infrastruttura tal-Istat Membru li saritlu t-talba, inkluża statistika relevanti u xhieda li tappoġġjha.

2.   Meta l-Kummissjoni tikkonsidra li ċ-ċirkustanzi eżistenti fi Stat Membru ieħor li jistgħu jwasslu għal livell ta' protezzjoni tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali li mhux f'konformità mal-leġislazzjoni Komunitarja, b'mod partikolari mad-Direttiva […/…/KE] [li tistabbilixxi l-istandards minimi għall-akkoljenza tal-persuni jfittxu l-ażil], id-Direttiva 2005/85/KE u d-Direttiva 2004/83/KE , din tista tiddeċiedi skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4, li kull trasferiment ta' applikanti skont dan ir-Regolament lill-Istat Membru kkonċernat ikun sospiż.

3.   Meta Stat Membru jkun imħasseb li ċ-ċirkustanzi eżistenti fi Stat Membru ieħor li jistgħu jwasslu għal livell ta' protezzjoni tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali li mhux f'konformità mal-leġislazzjoni Komunitarja, b'mod partikolari mad-Direttiva […/…/KE] li tistabbilixxi l-istandards minimi għall-akkoljenza tal-persuni jfittxu l-ażil u mad-Direttiva 2005/85/KE u d-Direttiva 2004/83/KE , dan jista' jitlob li kull trasferiment ta' applikanti skont dan ir-Regolament lill-Istat Membru kkonċernat ikun sospiż.

It-talba għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni. Din għandha tindika r-raġunijiet li fuqha bbażata u għandha b'mod partikolari tinkludi dettalji dwar is-sitwazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat li turi l-possibbiltà ta' nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, b'mod partikolari d-Direttiva […/…/KE] [ li tistabbilixxi l-istandards minimi għall-akkoljenza tal-persuni jfittxu l-ażil], id-Direttiva 2005/85/KE u d-Direttiva 2004/83/KE .

4.   Wara li tkun irċeviet it-talba skont il-paragrafi 1 u 3, jew fuq l-iniżjattiva tagħha skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li t-trasferimenti tal-applikanti skont dan ir-Regolament lejn l-Istat Membru kkonċernat ikunu sospiżi. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed kemm jista' jkun malajr u mhux iktar tard minn xahar wara li kienet riċevuta t-talba. Id-deċiżjoni biex ikunu sospiżi t-trasferimenti għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata u għandha b'mod partikolari tinkludi:

(a)

eżami taċ-ċirkustanzi relevanti kollha fl-Istat Membru lejn fejn jistgħu jkunu sospiżi t-trasferimenti;

(b)

eżami tal-impatt potenzjali tas-sospensjoni tat-trasferimenti fuq l-Istati Membru l-oħra;

(c)

id-data proposta li fiha għandha tidħol fis-seħħ is-sospensjoni tat-trasferimenti;

(d)

kull kondizzjoni partikolari marbuta ma' sospensjoni bħal din.

(e)

indikazzjonijiet tal-miżuri, il-benchmarks u l-kalendarji li għandhom jiġu stabbiliti sabiex jiġi evalwat il-progress lejn ir-riżoluzzjoni taċ-ċirkostanzi identifikati skont il-punt (a).

5.   Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill u lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tas-sospensjoni tat-trasferimenti kollha tal-applikanti skont dan ir-Regolament lejn l-Istati Membri kkonċernati. Kull Stat Membru jista' jirreferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien xahar minn meta rċeiva n-notifika. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni fi żmien xahar mid-data ta' riferenza mill-Istat Membru.

6.   Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ta' sospensjoni ta' trasferimenti lejn Stat Membru, l-Istati Membri l-oħra li fihom qegħdin l-applikanti li kellhom it-trasferiment sospiż, għandhom ikunu responsabbli mill-eżami tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali għal dawk il-persuni.

Id-deċiżjoni biex ikunu sospiżi t-trasferimenit lejn Stat Membru għandhom tieħu konsiderazzjoni xierqa tal-bżonn li jkunu żgurati l-protezzjoni tal-persuni minorenni u l-unità tal-familja.

7.   Deċiżjoni biex ikunu sospiżi t-trasferimenit lejn Stat Membru skont il-paragrafu 1 għandha tiġġustifika l-għotja ta' assitenza għal miżuri ta' emerġenza stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), wara talba għall-assitenza minn dak l-Istat Membru.

8.     Stat Membru kif imsemmi fil-paragrafi 1 sa 3 għandu jieħu passi effettivi u f'waqthom biex jirrimedja s-sitwazzjoni li wasslet għas-sospensjoni temporanja tat-trasferimenti.

9.   It-trasferimenti jistgħu jkunu sospiżi għal perijodu ta' żmien ta' mhux aktar minn sitt xhur. Meta r-raġunijiet għall-miżuri jkunu għandhom hemm wara sitt xhur, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, fuq talba tal-Istat Membru ║msemmi fil-paragrafu 1 jew fuq l-iniżjattiva tagħha stess, li tkun estiża l-applikazzjoni tagħhom għal perijodu ieħor ta' sitt xhur. Għandhom ikunu applikabbli wkoll id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.

10.   L-ebda parti minn dan l-Artikolu ma tista' tkun interpretata fis-sens li tħalli lill-Istati Membri li jidderogaw mill-obbligu ġenerali tagħhom biex jieħdu l-miżuri xierqa kollha, sew jekk ġenerali, sew jekk partikolari, biex jiżguraw li jilħqu l-obbligi tagħhom li jiġu mill-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-ażil, b'mod partikolari dan ir-Regolament, id-Direttiva …/…/KE li tistabbilixxi l-istandards minimi għall-akkoljenza tal-persuni jfittxu l-ażil u d-Direttiva 2005/85/KE.

11.     Fuq proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat KE, għandhom jiġu promulgati strumenti, li jkunu jorbtu għall-Istati Membri kollha, sabiex jingħata appoġġ effettiv lil dawk l-Istati Membri li qed jaffaċċjaw pressjoni speċifika u sproporzjonata fis-sistemi nazzjonali tagħhom minħabba, b'mod partikolari, il-qagħda ġeografika jew demografika tagħhom. Dawk l-istrumenti għandhom jidħlu fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011 u f'kull każ għandhom jipprevedu dan li ġej:

(a)

is-secondment ta' uffiċjali minn Stati Membri oħra, taħt l-awspiċju tal-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew għall-Ażil, li jgħinu lil dawk l-Istati Membri li qed jaffaċċjaw pressjoni speċifika u fejn l-applikanti ma jistgħux jibbenefikaw minn standards adegwati ta' protezzjoni;

(b)

skema biex il-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali minn Stati Membri qed jaffaċċjaw pressjoni speċifika u sproporzjonata jerġgħu jiġu allokati lil oħrajn, b'konsultazzjoni mal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti, filwaqt li jkun żgurat li r-riallokazzjoni timxi ma' regoli mhux diskrezzjonali, trasparenti u mhux ekwivoċi.

12.     Dan l-Artikolu m'għandux jibqa japplika hekk kif l-istrumenti msemmijin fil-paragrafu 11 jidħlu fis-seħħ, u f'kull każ sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011.

13.     Bħala parti mill-monitoraġġ u l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 42, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk ikunx hemm ħtieġa ġustifikata biex l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu tiġi estiża sa wara l-31 ta' Diċembru 2011. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li jkun xieraq, għandha tippreżenta proposta għal estensjoni ta' dan it-tip lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat.

KAPITOLU VII

KOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

Artikolu 33

L-iskambju ta' informazzjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jikkomunika lil kull Stat Membru li jitlob hekk dejta personali tali dwar il-persuna tfittex l-ażil li jkunu xierqa, relevanti u mhux eċċessivi għal:

(a)

d-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali;

(b)

l-eżami tal-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali;

(c)

l-implimentazzjoni ta' kull obbligu kkawżat minn dan ir-Regolament.

2.   L-informazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 tista' biss tkopri:

(a)

id-dettalji personali tal-applikant, u, fejn xieraq, il-membri tal-familja tiegħu (isem sħiħ u fejn xieraq, isem preċedenti; laqmijiet jew psewdonimi; nazzjonalita, preżenti u preċedenti; data u post tat-twelid);

(b)

karti ta' identita u vjaġġar (referenzi, validita, data ta' ħruġ, awtorita li ħarġithom, post ta' ħruġ, eċċ.);

(c)

informazzjoni oħra meħtieġa biex tkun stabbilita l-identita tal-applikant, inklużi marki tas-swaba'' pproċessati skont ir-Regolament (KE) […/…] [dwar it-twaqqif tal-“EURODAC” għal-paragun tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru …/… li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat];

(d)

post ta' residenza u rotot li tulhom sar il-vjaġġ;

(e)

dokumenti ta' residenza jew viżas maħruġa minn Stat Membru;

(f)

post fejn l-applikazzjoni kienet iddepożitata;

(g)

id-data ta' meta kull applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali preċedenti kienet iddepożitata, id-data ta' meta l-applikazzjoni preżenti kienet iddepożitata, l-istadju milħuq fil-proċeduri u d-deċiżjoni meħuda, jekk jeżistu.

3.   Barra min hekk, sakemm huwa meħtieġ għall-eżami tal-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali, l-Istat Membru responsabbli jista' jitlob Stat Membru ieħor biex jgħarrfu fuq liema raġunijiet il-persuni tfittex l-ażil qiegħda tibbaża l-applikazzjoni tagħha u, fejn applikabbli, ir-raġunijiet għal kull deċiżjoni meħuda dwar l-applikant. L-Istat Membru jista' jirrifjuta li jwieġeb għat-talba ssottomessa lilu, jekk il-komunikazzjoni ta' informazzjoni bħal din aktarx tkun ta' ħsara għall-interessi essenzjali tal-Istat Membru jew għall-protezzjoni tal-libertajiet u drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata jew ta' oħrajn. F'kull każ, il-komunikazzjoni tal-informazzjoni mitluba għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni bil-miktub tal-applikant għall- protezzjoni internazzjonali, meħuda mill-Istat Membru li tkun saritlu t-talba. F'dan il-każ l-applikant għandu jkun jaf għal liema informazzjoni qiegħed/qegħda j/tagħti l-approvazzjoni tiegħu/tagħha.

4.   Kull talba għal informazzjoni għandha tkun mibgħuta biss fil-kuntest ta' applikazzjoni individwali għall-protezzjoni internazzjonali. Hija għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata u, fejn l-għan tagħha huwa li tikkontrolla jekk hemmx kriterju li aktarx jinvolvi r-responsabbilta tal-Istat Membru li tkun saritlu t-talba, inkluża informazzjoni relevanti minn sorsi ta' min jorbot fuqhom dwar il-metodi u l-mezzi li bihom persuni jfittxu l-ażil jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri, jew dwar fuq liema parti speċifika u verifikabbli tad-dikjarazzjonijiet tal-applikant tkun ibbażata. M'hemmx għalfejn jingħad li informazzjoni relevanti bħal din minn sorsi ta' min jorbot fuqhom mhix fiha nnifisha suffiċjenti biex tiddetermina r-responsabbiltà u l-kompetenza ta' Stat Membru taħt dan ir-Regolament, imma tista' tikkontribwixxi għall-valutazzjoni ta' indikazzjonijiet oħra konnessi mal-persuna tfittex l-ażil individwali.

5.   L-Istat Membru li tkun saritlu t-talba għandu ║jwieġeb fi żmien erba' ġimgħat. Kull dewmien għat-tweġiba għandu jkun ġustifikat b'mod xieraq. Jekk ir-riċerka mwettqa mill-Istat Membru li tkun saritlu t-talba li ma rrispettax iż-żmien limitu massimu, wasslet għal informazzjoni li turi li dan huwa responsabbli, dak l-Istat Membru ma jistax jagħmel użu mill-iskadenza taż-żmien limitu stabbilit fl-Artikolu 21 u 23 bħala raġuni biex jirrifjuta li jkun konformi mat-talba biex jieħu ħsieb jew jieħu lura.

6.   L-iskambju ta' informazzjoni għandu jitwettaq wara talba ta' Stat Membru u jista' jsir biss bejn aworitajiet li l-ħatra tagħhom minn kull Stat Membru tkun ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34(1).

7.   L-informazzjoni skambjata tista' biss tintuża għall-għanijiet iddikjarati fil-paragrafu 1. F'kull Stat Membru informazzjoni tali, filwaqt li tkun tiddependi fuq it-tip tagħha u l-poteri tal-awtorita li tirċeviha, tista' ║tkun ikkomunikata biss lill-awtoritajiet u l-qrati u tribunali fdati bi:

(a)

d-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali;

(b)

l-eżami tal-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali;

(c)

l-implimentazzjoni ta' kull obbligu kkawżat minn dan ir-Regolament.

8.   L-Istat Membru li jibgħat l-informazzjoni għandu jiżgura li tkun preċiża u aġġornata. Jekk isir magħruf li dak l-Istat Membru kien bagħat informazzjoni li ma tkunx preċiża jew li ma kellhiex tintbagħat, l-Istati Membri li jirċievu għandhom immedjatament ikunu infurmati b'dan. Huma għandhom ikunu obbligati jikkoreġu informazzjoni tali jew iħassruha.

9.   Il-persuna tfittex l-ażil għandu jkollha d-dritt li tkun infurmata, wara talba, b'kull dejta li tkun ipproċessata dwarha.

Jekk hija ssib li din l-informazzjoni kienet ipproċessata bi ksur ta' dan ir-Regolament jew tad-Direttiva 95/46/KE b'mod partikolari għax tkun inkompluta jew mhux preċiża, tkun intitolata li din l-informazjoni tkun korretta jew imħassra.

L-awtorita li tikkoreġi jew tħassar d-dejta għandha tinforma, kif xieraq, l-Istat Membru li jittrażmetti jew jirċievi l-informazzjoni.

Il-persuna tfittex l-ażil għandu jkollha d-dritt li tressaq azzjoni jew ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew il-qrati tal-Istat Membru li rrifjuta d-dritt għall-aċċess għal, jew id-dritt għall-korrezzjoni jew tħassir tad-dejta dwarha.

10.   F'kull Stat Membru kkonċernat, għandu jinżamm rekord, fil-fajl individwali għall-persuna kkonċernata u/jew f'reġistru, tat-trażmissjoni u riċeviment ta' informazzjoni skambjata.

11.   Id-dejta skambjata għandham tinżamm għal perijodu li ma jeċċedix dak li hu meħtieġ għall-għanijiet li għalihom tkun skambjata.

12.   Fejn id-dejta mhix ipproċessata awtomatikament jew mhux kontenuta, jew intenzjonata li tkun imdaħħla, ġo fajl, kull Stat Membru għandu jieħu miżuri xierqa biex jiżgura konformità ma' dan l-Artikolu permezz ta' kontrolli effittivi.

Artikolu 34

Awtoritajiet kompetenti u riżorsi

1.   Kull Stat Membri għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bla dewmien bl-awtoritajiet responsabbli speċifiċi biex jissodisfaw obbligi kkawżati minn dan ir-Regolament, u kull emenda tiegħu. Huma għandhom jiżguraw li dawk l-awtoritajiet ikollhom ir-riżorsi meħtieġa biex jeżegwixxu x-xogħlijiet tagħhom u b'mod partikolari għat-tweġibiet fil-limiti ta' żmien preskritt għal talbiet għal informazzjoni, talbiet biex jittieħed inkarigu ta' jew talbiet biex jittieħdu lura persuni jfittxu l-ażil.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista kkonsolidata tal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Meta jkun hemm emendi fiha, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista kkonsolidata aġġornata darba f'sena.

3.   L-awtoritajiet imsemmija fil-paragarfu 1 għandhom jirċievu t-taħriġ neċessarju fir-rigward tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

4.   Regoli dwar l-istabbiliment ta' stazzjonijiet ta' trażmissjoni elettronika b'sigurtà bejn l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 biex ikunu trażmessi talbiet, tweġibiet u l-korripondenza kollha miktuba u jkun żgurat li min jibgħat jirċievi awtomatikament prova elettronika ta' kunsinna għandhom ikunu stabbiliti skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 41(2).

Artikolu 35

Arranġamenti amministrattivi

1.   L-Istati Membri jistgħu, fuq bażi bilaterali, jistabbilixxu arranġamenti amministrattivi bejniethom dwar id-dettalji prattiċi tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, biex tkun iffaċilitata l-applikazzjoni tiegħu u tikber l-effikaċja tiegħu. Arranġamenti tali jistgħu jirrigwardaw:

(a)

skambji ta' uffiċjali ta' liaison;

(b)

simplifikazzjoni tal-proċeduri u taqsir tal-limiti ta' żmien fir-rigward ta' trażmissjoni u eżami ta' talbiet biex jittieħed inkarigu ta' jew jittieħdu lura persuni jfittxu l-ażil;

2.   L-arranġamenti li jirreferi għalihom il-paragrafu 1 għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-arranġamenti li jirreferi għalihom il-paragrafu 1(b), wara lit kun ivverifikat li ma jiksrux dan ir-Regolament.

KAPITOLU VIII

KONĊILJAZZJONI

Artikolu 36

Konċiljazzjoni

1.   Fejn l-Istati Membri ma jistgħux isolvu tilwima, dwar kwalunke kwestjoni relatata mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jistgħu jirrikorru għall-proċedura ta' konċiljazzjoni prevista mill-paragrafu 2.

2.   Il-proċedura ta' konċiljazzjoni għandha tinbeda b'talba minn wieħed mill-Istati Membri fit-tilwima lill-President tal-Kumitat imwaqqaf mill-Artikolu 41. Meta jaqblu li jużaw il-proċedura ta' konċiljazzjoni, l-Istati Membri kkonċernati jintrabtu li jagħtu l-ogħla konsiderazzjoni lis-soluzzjoni proposta.

Il-President tal-Kumitat għandu jaħtar tliet membri tal-Kumitat li jirrappreżentaw tliet Stati Membri mhux konnessi mal-affari. Għandhom jirċievu l-argumenti tal-partijiet jew bil-miktub jew verbalment u, wara deliberazzjoni, għandhom jipproponu soluzzjoni fi żmien xahar, fejn meħtieġ wara vot.

Il-President tal-Kumitat, jew id-Deputat tiegħu, għandu jippresjedi d-diskussjoni. Jista' jressaq l-opinjoni tiegħu imma ma jistax jivvota.

Tkunx adottata jew miċħuda mill-partijiet, is-soluzzjoni proposata għandha tkun finali u irrevokabbli.

KAPITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 37

Penali

L-Istati Membru għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li kull użu ħażin tad-dejta pproċessati skont dan ir-Regolament tkun punibbli minn penali, inklużi penali amministrattivi u/jew kriminali skont il-liġi nazzjonali, li huma effettivi, proporzjonali u dissważivi.

Artikolu 38

Miżuri tranżitorji

Fejn applikazzjoni kienet iddepożitata wara d-data msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 45, l-avvenimenti li aktarx jinvolvu r-responsabbilta ta' Stat Membru taħt dan ir-Regolament għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni, ukoll jekk jippreċedu dik id-data, ħlief l-avvenimenti msemmija fl-Artikolu 14(2).

Artikolu 39

Il-kalkolu taż-żmien limitu

Kull perijodu ta' żmien preskritt f'dan ir-Regolament għandu jkun ikkalkolat kif ġej:

(a)

fejn perijodu huwa espress f'jiem, ġimgħat jew xhur għandu jkun ikkalkolat mill-mument li fih avveniment jiġri jew azzjoni ssir, il-jum li matulu dak l-avveniment jiġri jew dik l-azzjoni ssir m'għandux jingħadd bħala li jaqa' fil-perijodu inkwestjoni;

(b)

perijodu espress f'ġimgħat jew xhur għandu jintemm bl-iskadenza tal-jum ikun liema jkun fl-aħħar ġimgħa jew xahar li jkun l-istess jum tal-ġimgħa jew jaqa' fl-istess data bħal jum li matulu l-avveniment jew l-azzjoni li minnu l-perijodu għandu jkun ikkolkolat ġara jew saret. Jekk, f'perijodu espress f'xhur, il-jum li fih għandu jiskadi ma jkunx jidher fl-aħħar xahar, il-perijodu għandu jintemm bl-iskadenza tal-aħħar jum ta' dak ix-xahar;

(c)

il-limiti ta' żmien għandhom jinkludu s-Sibtijiet, il-Ħdud u btajjel uffiċjali f'kull Stat Membru kkonċernat.

Artikolu 40

Ambitu territorjali

Sakemm jikkonċerna r-Repubblika Franċiża, dan ir-Regolament għandu japplika biss għat-territorju Ewropew tagħha.

Artikolu 41

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.   Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqies l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkonsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.

Artikolu 42

Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni

Sa mhux aktar tard minn tliet snin wara id-data msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 45, u bla ħsara għall-Artikolu 32(13), il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, fejn xieraq, għandha tipproponi kull ║emenda meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha xierqa għall-preparazzjoni ta' dak ir-rapport, sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel jiskadi l-limitu ta' żmien.

Wara li tkun issottomettiet dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-istess żmien li hija tissottometti rapporti dwar l-implimentazzjoni tas-sistema Eurodac li jipprovdi għalihom l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru […/…] [dwar it-twaqqif tal-“Eurodac” għal-paragun tal-marki tas-swaba għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru …/… li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat ║].

Artikolu 43

Statistika

F'konformità mal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-istatistika tal-Komunità dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali  (16), l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni (Eurostat), l-istatistika dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament (KE) Nru 1560/2003.

Artikolu 44

Tħassir

Ir-Regolament (KE) 343/2003 hu mħassar.

L-Artikoli 11(1), 13, 14 and 17 tar-Regolament ║(KE) Nru 1560/2003 huma b'dan imħassra.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 45

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl- għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hu għandu japplika għal applikazzjonijiet għall- protezzjoni internazzjonali iddepożitati sa mill-ewwel jum tas-sitt xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu u, minn dik id-data, ikun japplika għal kull talba biex jittieħed inkarigu ta' jew jittieħdu lura persuni jfittxu l-ażil, irrespettivament mid-data li fiha l-applikazzjoni kienet saret. L-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali issottomessa qabel dik id-data għandu jkun iddeterminat skont il-kriterji ddikjarati fir-Regolament (KE) Nru 343/2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri bi qbil mat-Trattat ║.

Magħmul fi ║

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C […], […], p. […].

(2)  ĠU C […], […], p. […].

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009.

(4)  ĠU L 50, 25.2.2003, p. 1.

(5)   ĠU L …

(6)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.

(7)  ĠU C […], […], p. […].

(8)  ĠU L 222, 5.9.2003, p. 3.

(9)  ĠU L 281, 23.11.1995, p.31.

(10)  ĠU …

(11)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

(12)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(13)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.

(14)  ĠU L 326, 13.12.2005, p. 13.

(15)  ĠU L 144, 6.6.2007, p. 1.

(16)  ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23.

Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
ANNESS I

Regolament imħassar

(imsemmi FL-ARTIKOLU 44)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 343/2003

(ĠU L 50, 25.2.2003)

L-Artikoli 11(1), 13, 14 u 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003

(ĠU L 222, 5.9.2003)

Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
ANNESS II

Tabella ta' Korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) 343/2003

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(a)

Artikolu 2(a)

Artikolu 2(b)

imħassar

Artikolu 2(c)

Artikolu 2(b)

Artikolu 2(d)

Artikolu 2(c)

Artikolu 2(e)

Artikolu 2(d)

Artikolu 2(f)

Artikolu 2(e)

Artikolu 2(g)

Artikolu 2(f)

Artikolu 2(g)

Artikolu 2(h) sa (k)

Artikolu 2(h) sa (k)

Artikolu 2(l)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 17(1)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 4(1), parti introduttorja

Artikolu 4(1)(a) sa (g)

Artikolu 4(2) u (3)

Artikolu 4 (1) sa (5)

Artikolu 20 (1) sa (5)

Artikolu 20 (5), it-tielet sottoparagrafu

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 5(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 7(2)

Artikolu 7(3)

Artikolu 6, l-ewwel paragrafu

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(3)

Artikolu 6, it-tieni paragrafu

Artikolu 8(4)

Artikolu 7

Artikolu 9

Artikolu 8

Artikolu 10

Artikolu 9

Artikolu 13

Artikolu 10

Artikolu 14

Artikolu 11

Artikolu 15

Artikolu 12

Artikolu 16

Artikolu 13

Artikolu 3(2)

Artikolu 14

Artikolu 12

Artikolu 15(1)

Artikolu 17(2), l-ewwel sottoparagrafu

Artikolu 15(2)

Artikolu 11(1)

Artikolu 15(3)

Artikolu 8(2)

Artikolu 15(4)

Artikolu 17(2), ir-raba' sottoparagrafu

Artikolu 15(5)

Artikoli 8(5) u 11(2);

Artikolu 16(1)(a)

Artikolu 18(1)(a)-{}-

Artikolu 16(1)(b)

Artikolu 18(2)

Artikolu 16(1)(c)

Artikolu 18(1)(b)

Artikolu 16(1)(d)

Artikolu 18(1)(c)

Artikolu 16(1)(e)

Artikolu 18(1)(d)

Artikolu 16(2)

Artikolu 19(1)

Artikolu 16(3)

Artikolu 19(2), l-ewwel sottoparagrafu

Artikolu 19(2), it-tieni sottoparagrafu

Artikolu 16(4)

Artikolu 19(3)

 

Artikolu 19(3), it-tieni sottoparagrafu

Artikolu 17

Artikolu 21

Artikolu 18

Artikolu 22

Artikolu 19(1)

Artikolu 25(1)

Artikolu 19(2)

Artikolu 25(2) u Artikolu 26(1)

Artikolu 26(2) sa (6)

Artikolu 19(3)

Artikolu 28(1)

Artikolu 19(4)

Artikolu 28(2)

Artikolu 28(3)

Artikolu 19(5)

Artikolu 28(4)

Artikolu 20(1), parti introduttorja

Artikolu 23(1)

Artikolu 23(2)

Artikolu 23(3)

Artikolu 23(4)

Artikolu 20(1)(a)

Artikolu 23 (5), l-ewwel sottoparagrafu

Artikolu 20(1)(b)

Artikolu 24(1)

Artikolu 20(1)(c)

Artikolu 24(2)

Artikolu 20(1)(d)

Artikolu 28 (1), l-ewwel sottoparagrafu

Artikolu 20(1)(e)

Artikolu 25(1), (2), Artikolu 26(1), Artikolu 28(1), it-tieni u t-tielet sottoparagrafi;

Artikolu 20(2)

Artikolu 28(2)

Artikolu 20(3)

Artikolu 23 (5), it-tieni sottoparagrafu

Artikolu 20(4)

Artikolu 28(4)

Artikolu 27

Artikolu 29

Artikolu 30

Artikolu 32

Artikolu 21 (1) sa (9)

Artikolu 33(1) sa (9) l-ewwel sat-tielet sottoparagrafu

 

Artikolu 33 (9), ir-raba' sottoparagrafu

Artikolu 21 (10) sa (12)

Artikolu 33 (10) sa (12)

Artikolu 22(1)

Artikolu 34(1)

Artikolu 34(2)

Artikolu 34(3)

Artikolu 22(2)

Artikolu 34(4)

Artikolu 23

Artikolu 35

Artikolu 24(1)

imħassar

Artikolu 24(2)

Artikolu 38

Artikolu 24(3)

imħassar

Artikolu 25(1)

Artikolu 39

Artikolu 25(2)

imħassar

Artikolu 26

Artikolu 40

Artikolu 27(1), (2)

Artikolu 41(1), (2)

Artikolu 27(3)

imħassar

Artikolu 28

Artikolu 42

Artikolu 29

Artikolu 45

Artikolu 36

Artikolu 37

Artikolu 43

Artikolu 44


Ir-Regolament (KE) 1560/2003

Dan ir-Regolament

Artikolu 11(1)

Artikolu 11(1)

Artikolu 13(1)

Artikolu 17 (2), l-ewwel sottoparagrafu

Artikolu 13(2)

Artikolu 17 (2), it-tieni sottoparagrafu

Artikolu 13(3)

Artikolu 17 (2), it-tielet sottoparagrafu

Artikolu 13(4)

Artikolu 17 (2), l-ewwel sottoparagrafu

Artikolu 14

Artikolu 36

Artikolu 17(1)

Artikolu 9, 10, 17 (2), l-ewwel sottoparagrafu

Artikolu 17(2)

Artikolu 33(3)


Top