EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0367

Id-Direttivi dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar banek affiljati ma' istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta' fondi proprji, iskoperturi kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (COM(2008)0602 – C6-0339/2008 – 2008/0191(COD))
P6_TC1-COD(2008)0191 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis- 6 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar banek affiljati ma' istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta' fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet

OJ C 212E , 5.8.2010, p. 323–323 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/323


L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
Id-Direttivi dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital ***I

P6_TA(2009)0367

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar banek affiljati ma' istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta' fondi proprji, iskoperturi kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (COM(2008)0602 – C6-0339/2008 – 2008/0191(COD))

2010/C 212 E/47

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0602),

wara li kkunsidra l-abbozz tad-direttiva tal-Kummissjoni li temenda ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet tekniċi relatati mal-ġestjoni tar-riskju, u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar dan (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 47(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0339/2008),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' l-ittra tad-29 ta' April 2009 biex tkun adottata l-proposta kif emendata, skond l-ewwel inċiż fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0139/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P6_TA(2008)0607.


L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
P6_TC1-COD(2008)0191

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u 2007/64/KE dwar banek affiljati ma' istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta' fondi proprji, espożizzjonijiet kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/111/KE.)


Top