EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0355

Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2009 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 6 ta' Mejju 2009 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III - Kummissjoni (9126/2009 – C6-0156/2009 – 2009/2039(BUD))

OJ C 212E, 5.8.2010, p. 258–258 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/258


L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2009

P6_TA(2009)0355

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 4/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III - Kummissjoni (9126/2009 – C6-0156/2009 – 2009/2039(BUD))

2010/C 212 E/38

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, kif adottat b'mod aħħari fit-18 ta' Diċembru 2008 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 4/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-8 ta' April 2009 (SEC(2009)0496),

wara li kkunsidra l-Abbozz ta' Baġit ta' emenda Nru 4/2009, li l-Kunsill stabbilixxa fis-27 ta' April 2009 (9126/2009 – C6-0156/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0281/2009),

A.

billi l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 4 għall-baġit ġenerali tal-2009 jkopri r-reviżjoni tal-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-Intestaturi 1a u 2,

B.

billi l-għan tal-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 4/2009 huwa li jdaħħal formalment dawn l-aġġustamenti baġitarji fil-baġit tal-2009,

1.

Jieħu nota tal-Abbozz Preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 4/2009;

2.

Japprova l-Abbozz tal-Baġit ta' emenda Nru 4/2009 mingħajr emenda;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 69, 13.3.2009.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Top