EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0342

Il-kummerċ tal-prodotti mill-foki ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 5 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (COM(2008)0469 – C6-0295/2008 – 2008/0160(COD))
P6_TC1-COD(2008)0160 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil- 5 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill il-kummerċ tal-prodotti mill-foki

OJ C 212E , 5.8.2010, p. 169–169 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/169


It-Tlieta, 5 ta’ Mejju 2009
Il-kummerċ tal-prodotti mill-foki ***I

P6_TA(2009)0342

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (COM(2008)0469 – C6-0295/2008 – 2008/0160(COD))

2010/C 212 E/30

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0469),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 95 u 133 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0295/2008),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu dwar il-projbizzjoni ta' prodotti li ġejjin mill-foki fl-Unjoni Ewropea (1),

wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill, permezz ta' l-ittra bid-data 24 ta' April 2009, biex japprova l-proposta kif emendata, skont l-Artikolu 251(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel kif ukoll tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0118/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 194.


It-Tlieta, 5 ta’ Mejju 2009
P6_TC1-COD(2008)0160

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill il-kummerċ tal-prodotti mill-foki

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 1007/2009.)


Top