Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0083

Ftehima KE-Iżrael: Servizzi tal-ajru * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat tal-Iżrael dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (COM(2008)0178 – C6-0520/2008 – 2008/0068(CNS))

OJ C 87E , 1.4.2010, p. 188–189 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 87/188


It-Tlieta, 10 ta’ Marzu 2009
Ftehima KE-Iżrael: Servizzi tal-ajru *

P6_TA(2009)0083

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat tal-Iżrael dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (COM(2008)0178 – C6-0520/2008 – 2008/0068(CNS))

2010/C 87 E/42

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0178),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80(2) u 300(2), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0520/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0059/2009),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u l-Istat tal-Iżrael bil-pożizzjoni tal-Parlament.


Top