Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1787

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1787 tal-14 ta’ Settembru 2023 li jemenda l-Annessi III, IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward tal-elenkar taż-żoni protetti u tal-pesti ta’ kwarantina fiż-żoni protetti rispettivi, il-projbizzjoni tal-introduzzjoni ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra f’ċerti żoni protetti, u r-rekwiżiti speċjali għall-introduzzjoni tagħhom f’ċerti żoni protetti jew il-ġarr tagħhom fihom

C/2023/6097

ĠU L 230, 19.9.2023, p. 1–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1787/oj

19.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 230/1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1787

tal-14 ta’ Settembru 2023

li jemenda l-Annessi III, IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward tal-elenkar taż-żoni protetti u tal-pesti ta’ kwarantina fiż-żoni protetti rispettivi, il-projbizzjoni tal-introduzzjoni ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra f’ċerti żoni protetti, u r-rekwiżiti speċjali għall-introduzzjoni tagħhom f’ċerti żoni protetti jew il-ġarr tagħhom fihom

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(3) u (6), l-Artikolu 35(1), (2) u (5), l-Artikolu 53(2) u l-Artikolu 54(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2) jistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi fir-rigward tal-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti. L-Annessi III, IX u X ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistabbilixxu l-lista taż-żoni protetti u tal-pesti ta’ kwarantina fiż-żoni protetti rispettivi, il-lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li joriġinaw minn pajjiżi terzi jew fit-territorju tal-Unjoni, li l-introduzzjoni tagħhom f’ċerti żoni protetti hija pprojbita, u l-lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li għandhom jiġu introdotti fiż-żoni protetti jew jinġarru fihom u r-rekwiżiti speċjali korrispondenti għaż-żoni protetti.

(2)

Ċerti partijiet tat-territorju tas-Slovenja ġew rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. Is-Slovenja issa talbet, f’konformità mal-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, li jiġi rtirat l-istatus tat-territorju kollu tagħha bħala żona protetta fir-rigward ta’ dak il-pest ta’ kwarantina f’żona protetta. Għalhekk jenħtieġ li t-territorju kollu tas-Slovenja ma jibqax jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al., u l-entrata rilevanti fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jenħtieġ li titneħħa.

(3)

Fil-każ tal-Italja, ċerti partijiet tat-territorju tal-Lombardia ġew rikonoxxuti bħala żona protetti fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. Fl-2023, L-Italja ressqet informazzjoni li turi li l-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. issa hija stabbilita fil-komuni ta’ Fara Gera d’Adda u Pontirolo Nuovo fil-provinċja ta’ Bergamo, fil-komun ta’ Montevecchia fil-provinċja ta’ Lecco u fil-komuni ta’ Ceriano Laghetto u Cogliate fil-provinċja ta’ Monza u Brianza. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawk iż-żoni ma jibqgħux rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al. fil-Lombardia u jenħtieġ li jitħassar mill-entrata relevanti fit-tabella fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072.

(4)

Barra minn hekk, l-Italja talbet li l-komuni ta’ Acquanegra Sul Chiese, Asola, Bozzolo, Canneto sull’Oglio, Casalromano, Marcaria, Mariana Mantovana, Redondesco, Rivarolo Mantovano u San Martino dall’Argine fil-provinċja ta’ Mantova fil-Lombardia jiġu rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. Abbażi ta’ stħarriġiet li saru fl-2020, fl-2021 u fl-2022, l-Italja ressqet evidenza li l-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. ma tinstabx f’dawk it-territorji, minkejja l-eżistenza ta’ kundizzjonijiet favorevoli għad-dħul, l-istabbiliment u t-tixrid tagħha. Madankollu, jenħtieġ li jsiru aktar stħarriġiet biex jiġi kkonfermat in-nuqqas kontinwu ta’ dak il-pest ta’ kwarantina fiż-żoni protetti f’dawk il-komuni. Għaldaqstant, il-komuni ta’ Acquanegra Sul Chiese, Asola, Bozzolo, Canneto sull’Oglio, Casalromano, Marcaria, Mariana Mantovana, Redondesco, Rivarolo Mantovano u San Martino dall’Argine fil-provinċja ta’ Mantova fil-Lombardia jenħtieġ li jiġu rikonoxxuti bħala żona protetta temporanja fir-rigwrad tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. sat-30 ta’ April 2026.

(5)

Ċerti partijiet tat-territorju tas-Slovakkja ġew rikonoxxuti bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. Issa, is-Slovakkja talbet, f’konformità mal-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, li jiġi rtirat l-istatus tat-territorju kollu tagħha bħala żona protetta fir-rigward ta’ dak il-pest ta’ kwarantina f’żona protetta. Għaldaqstant, jenħtieġ li t-territorju kollu tas-Slovakkja ma jibqax jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al., u l-entrata rilevanti fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jenħtieġ li titneħħa.

(6)

Ir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq (3) ġie rikonoxxut bħala żona protetta temoranja fir-rigward tal-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al., Liriomyza huidobrensis (Blanchard), Liriomyza trifolii (Burgess) u Thaumetopoea processionea L. sat-30 ta’ April 2023. Abbażi tar-riżultati tal-istħarriġ ipprovduti mir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq fl-2020, fl-2021 u fl-2022, jidher li l-Irlanda ta’ Fuq għadha ħielsa minn dawk il-pesti ta’ kwarantina f’żona protetta. Għaldaqstant, jenħtieġ li jissokta mingħajr limitu ta’ żmien ir-rikonoxximent tar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq bħala żona protetta fir-rigward tal-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al., Liriomyza huidobrensis (Blanchard), Liriomyza trifolii (Burgess) u Thaumetopoea processionea L.

(7)

It-territorju taċ-Ċekja ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr. Iċ-Ċekja issa talbet, f’konformità mal-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, li jiġi rtirat l-istatus tat-territorju tagħha bħala żona protetta fir-rigward ta’ dak il-pest ta’ kwarantina f’żona protetta. Għaldaqstant, jenħtieġ li ċ-Ċekja ma tibqax tiġi rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward tal-Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr., u jenħtieġ li titneħħa l-entrata rilevanti fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072.

(8)

L-Irlanda ġiet rikonoxxuta bħala żona protetta temporanja, fir-rigward tat-Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller, sat-30 ta’ April 2023. Abbażi tar-riżultati tal-istħarriġ ipprovduti minn dak l-Istat Membru fl-2020, fl-2021 u fl-2022, jidher li għadha ħielsa minn dak il-pest ta’ kwarantina f’żona protetta. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-rikonoxximent tal-Irlanda bħala żona protetta fir-rigward tat-Thaumetopoea pityocampa Denis & Schiffermüller jitkompla mingħajr limitu ta’ żmien.

(9)

Għall-finijiet ta’ konsistenza mal-emendi tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, li jelenka ż-żoni protetti u l-pesti ta’ kwarantina fiż-żoni protetti rispettivi, jenħtieġ li jsiru l-bidliet korrispondenti fl-Annessi IX u X ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, li jelenkaw il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li l-introduzzjoni tagħhom f’ċerti żoni protetti hija pprojbita u l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, li jkunu se jiġu introdotti f’żoni protetti, jew jinġarru fihom skont rekwiżiti speċjali, rispettivament.

(10)

Il-Canton ta’ Valais fl-Iżvizzera ġie rikonoxxut bħala żona ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al., u bħala tali ssemma bħala oriġini possibbli għall-esportazzjoni lejn iż-żoni protetti rispettivi fl-Unjoni ta’ kaxxi tan-naħal u pjanti ospitanti tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. fit-tabella, il-punti 3 u 9, tal-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. L-Iżvizzera issa infurmat lill-Kummissjoni li kienet irtirat l-istatus tal-Canton ta’ Valais bħala żona ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. Għaldaqstant il-Canton ta’ Valais ma għadux jissodisfa r-rekwiżiti għaż-żoni li minnhom il-kaxxi tan-naħal u l-pjanti ospitanti tal-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. jistgħu jiġu esportati lejn iż-żoni protetti rispettivi fl-Unjoni u għalhekk jenħtieġ li jitħassru mit-tabella, il-punti 3 u 9, tal-Anness X ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(11)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Annessi III, IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 jiġu emendati kif jixraq.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi III, IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN

(1)   ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).

(3)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-Ħruġ), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-Regolament (UE) 2016/2031 kif ukoll l-atti tal-Kummissjoni bbażati fuqu, japplikaw għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ.

ANNESS

L-Annessi III, IX u X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 huma emendati kif ġej:

(1)

It-tabella fl-Anness III hija emendata kif ġej:

(a)

fit-taqsima (a) “Batterji”, it-tielet kolonna “Żoni protetti” tal-punt 1 hija emendata kif ġej:

(i)

il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

sat-30 ta’ April 2026: L-Italja (il-Lombardia (il-komuni ta’ Acquanegra Sul Chiese, Asola, Bozzolo, Canneto sull’Oglio, Casalromano, Marcaria, Mariana Mantovana, Redondesco, Rivarolo Mantovano u San Martino dall’Argine fil-provinċja ta’ Mantova)).”;

(ii)

il-punt (j) jitħassar;

(b)

fit-taqsima (a) “Batterji”, fit-tielet kolonna “Żoni protetti” tal-punt 2, it-test huwa sostitwit bi “Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)”;

(c)

fit-taqsima (b) “Fungi u oomiċiti”, fit-tielet kolonna “Żoni protetti” tal-punt 2, jitħassar il-punt (a);

(d)

fit-taqsima (c) “Insetti u akari”, fit-tielet kolonna “Żoni protetti” tal-punt 14, il-punt (b) huwa sostitwit bi “(b) ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)”;

(e)

fit-taqsima (c) “Insetti u akari”, fit-tielet kolonna “Żoni protetti” tal-punt 15, il-punt (b) huwa sostitwit bi “(b) ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)”;

(f)

fit-Taqsima (c) “Insetti u akari”, fit-tielet kolonna “Żoni protetti” tal-punt 19, il-punt (a) huwa sostitwit bi “(a) l-Irlanda”;

(g)

fit-taqsima (c) “Insetti u akari”, fit-tielet kolonna “Żoni protetti” tal-punt 20, il-punt (b) huwa sostitwit bi “(b) ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)”;

(2)

It-tabella fl-Anness IX hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-punt 1, it-tielet kolonna “Żoni protetti” hija emendata kif ġej:

(i)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

l-Italja (l-Abruzzo, il-Puglia, il-Basilicata, il-Calabria, il-Campania (għajr għall-komuni ta’ Agerola, Gragnano, Lettere, Pimonte u Vico Equense fil-provinċja ta’ Napoli, Amalfi, Atrani, Conca dei Marini, Corbara, Furore, Maiori, Minori, Positano, Praiano, Ravello, Scala u Tramonti fil-provinċja ta’ Salerno), il-Lazio, il-Liguria, il-Lombardia (għajr għall-provinċji ta’ Milano, Sondrio u Varese, il-komuni ta’ Fara Gera d’Adda u Pontirolo Nuovo fil-provinċja ta’ Bergamo, il-komun ta’ Montevecchia fil-provinċja ta’ Lecco, il-komuni ta’ Bovisio Masciago, Ceriano Laghetto, Cesano Maderno, Cogliate, Desio, Limbiate, Nova Milanese u Varedo fil-provinċja ta’ Monza u Brianza, u għajr għall-komuni (ħlief Acquanegra Sul Chiese, Asola, Bozzolo, Canneto sull’Oglio, Casalromano, Marcaria, Mariana Mantovana, Redondesco, Rivarolo Mantovano u San Martino dall’Argine) fil-provinċja ta’ Mantova), il-Marche (għajr għall-komuni ta’ Colli al Metauro, Fano, Pesaro u San Costanzo fil-provinċja ta’ Pesaro u Urbino), il-Molise, Sardegna, Sicilia (għajr għall-komuni ta’ Cesarò fil-provinċja ta’ Messina, Adrano, Bronte u Maniace fil-provinċja ta’ Catania, u Centuripe, Regalbuto u Troina fil-provinċja ta’ Enna), it-Toscana, l-Umbria, il-Valle d’Aosta, il-Veneto (għajr għall-provinċji ta’ Rovigo u Venezia, il-komuni ta’ Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d’Adige, S. Urbano u Vescovana fil-provinċja ta’ Padova, u l-komuni ta’Albaredo d’Adige, Angiari, Arcole, Belfiore, Bevilacqua, Bonavigo, Boschi S. Anna, Bovolone, Buttapietra, Caldiero, Casaleone, Castagnaro, Castel d’Azzano, Cerea, Cologna Veneta, Concamarise, Erbè, Gazzo Veronese, Isola della Scala, Isola Rizza, Legnago, Minerbe, Mozzecane, Nogara, Nogarole Rocca, Oppeano, Palù, Povegliano Veronese, Pressana, Ronco all’Adige, Roverchiara, Roveredo di Guà, San Bonifacio, Sanguinetto, San Pietro di Morubbio, San Giovanni Lupatoto, Salizzole, San Martino Buon Albergo, Sommacampagna, Sorgà, Terrazzo, Trevenzuolo, Valeggio sul Mincio, Veronella, Villa Bartolomea, Villafranca di Verona, Vigasio, Zevio u Zimella fil-provinċja ta’ Verona))”;

(ii)

il-punti (h) u (i) jitħassru;

(b)

Fil-punt 2, it-tielet kolonna “Żoni protetti” hija emendata kif ġej:

(i)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

l-Italja (l-Abruzzo, il-Puglia, il-Basilicata, il-Calabria, il-Campania (għajr għall-komuni ta’ Agerola, Gragnano, Lettere, Pimonte u Vico Equense fil-provinċja ta’ Napoli, Amalfi, Atrani, Conca dei Marini, Corbara, Furore, Maiori, Minori, Positano, Praiano, Ravello, Scala u Tramonti filprovinċja ta’ Salerno), il-Lazio, il-Liguria, il-Lombardia (għajr għall-provinċji ta’ Milano, Sondrio u Varese, il-komuni ta’ Fara Gera d’Adda u Pontirolo Nuovo fil-provinċja ta’ Bergamo, il-komun ta’ Montevecchia fil-provinċja ta’ Lecco, il-komuni ta’ Bovisio Masciago, Ceriano Laghetto, Cesano Maderno, Cogliate, Desio, Limbiate, Nova Milanese u Varedo fil-provinċja ta’ Monza u Brianza, u għajr għall-komuni ta’ (ħlief Acquanegra Sul Chiese, Asola, Bozzolo, Canneto sull’Oglio, Casalromano, Marcaria, Mariana Mantovana, Redondesco, Rivarolo Mantovano u San Martino dall’Argine) fil-provinċja ta’ Mantova), il-Marche (għajr għall-komuni ta’ Colli al Metauro, Fano, Pesaro u San Costanzo fil-provinċja ta’ Pesaro e Urbino), il-Molise, Sardegna, Sicilia (għajr għall-komuni ta’ Cesarò fil-provinċja ta’ Messina, Adrano, Bronte u Maniace fil-provinċja ta’ Catania, u Centuripe, Regalbuto u Troina fil-provinċja ta’ Enna), it-Toscana, l-Umbria, il-Valle d’Aosta, il-Veneto (għajr għall-provinċji ta’ Rovigo u Venezia, il-komuni ta’ Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d’Adige, S. Urbano u Vescovana fil-provinċja ta’ Padova, u l-komuni ta’ Albaredo d’Adige, Angiari, Arcole, Belfiore, Bevilacqua, Bonavigo, Boschi S. Anna, Bovolone, Buttapietra, Caldiero, Casaleone, Castagnaro, Castel d’Azzano, Cerea, Cologna Veneta, Concamarise, Erbè, Gazzo Veronese, Isola della Scala, Isola Rizza, Legnago, Minerbe, Mozzecane, Nogara, Nogarole Rocca, Oppeano, Palù, Povegliano Veronese, Pressana, Ronco all’Adige, Roverchiara, Roveredo di Guà, San Bonifacio, Sanguinetto, San Pietro di Morubbio, San Giovanni Lupatoto, Salizzole, San Martino Buon Albergo, Sommacampagna, Sorgà, Terrazzo, Trevenzuolo, Valeggio sul Mincio, Veronella, Villa Bartolomea, Villafranca di Verona, Vigasio, Zevio u Zimella fil-provinċja ta’ Verona))”;

(ii)

il-punti (h) u (i) jitħassru;

(3)

It-tabella fl-Anness X hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 3, fit-tielet kolonna “Rekwiżiti speċjali għaż-żoni protetti”, il-punt (b) jitħassar;

(b)

fil-punt 3, ir-raba’ kolonna “Żoni protetti” hija emendata kif ġej:

fil-punt 9, fit-tielet kolonna “Rekwiżiti speċjali għaż-żoni protetti”, il-punt (c) jitħassar;

(d)

fil-punt 9, ir-raba’ kolonna “Żoni protetti” hija emendata kif ġej:

fil-punti 20, 21, 45 u 52, fir-raba’ kolonna “Żoni protetti”, il-punt (a) jitħassar.

Top