Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1190

Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1190 tas-16 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2278 li jissospendi d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni msemmija fl-Artikolu 56(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali

ST/9557/2023/INIT

ĠU L 158, 21.6.2023, pp. 1–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1190/oj

21.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 158/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/1190

tas-16 ta’ Ġunju 2023

li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2278 li jissospendi d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni msemmija fl-Artikolu 56(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata provvista suffiċjenti u mingħajr interruzzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli u industrijali li mhumiex prodotti fl-Unjoni u b’hekk jiġi evitat kwalunkwe disturb fis-suq għal dawk il-prodotti, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni tat-tip imsemmi fl-Artikolu 56(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (“dazji tat-TDK”) fuq dawk il-prodotti ġew sospiżi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2278 (2). B’riżultat ta’ dan, il-prodotti elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278 jistgħu jiġu importati fl-Unjoni b’rati tad-dazju mnaqqsa jew dazju żero mingħajr ebda limitu fir-rigward tal-kwantità tagħhom.

(2)

Il-produzzjoni tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti li mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278 mhijiex adegwata biex tissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi tal-industriji utenti fl-Unjoni. Billi huwa fl-interess tal-Unjoni li tiżgura provvista adegwata ta’ ċerti prodotti, u filwaqt li jitqies il-fatt li dawk il-prodotti identiċi, ekwivalenti jew ta’ sostituzzjoni ma jiġux prodotti fi kwantitajiet suffiċjenti fl-Unjoni, jeħtieġ li tingħata sospensjoni sħiħa tad-dazji tat-TDK fuq dawk il-prodotti.

(3)

Bil-ħsieb li tiġi promossa l-produzzjoni integrata tal-batteriji fl-Unjoni, jenħtieġ li tingħata sospensjoni parzjali tad-dazji tat-TDK fir-rigward ta’ ċerti prodotti relatati mal-produzzjoni tal-batteriji li bħalissa mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278 u l-produzzjoni rispettiva tal-Unjoni li mhijiex adegwata biex tissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi tal-industriji tal-utenti fl-Unjoni. Id-data għar-rieżami obbligatorju ta’ dawk is-sospensjonijiet jenħtieġ li jkun il-31 ta’ Diċembru 2023, sabiex dak ir-rieżami jqis l-evalwazzjoni fuq perjodu qasir tas-settur tal-produzzjoni tal-batteriji fl-Unjoni.

(4)

Jeħtieġ li jiġu emendati d-deskrizzjoni tal-prodott u l-klassifikazzjoni ta’ ċertu sospensjonijiet tad-dazji tat-TDK elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278 sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi tal-prodott u tax-xejriet ekonomiċi fis-suq.

(5)

Ma għadux fl-interess tal-Unjoni li jinżammu s-sospensjonijiet tad-dazji tat-TDK għal ċerti prodotti elenkati fl-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278. Għalhekk, jenħtieġ li jitħassru minn dak l-Anness is-sospensjonijiet għal dawk il-prodotti b’effett mill-1 ta’ Lulju 2023.

(6)

Għalhekk ir-Regolament (UE) 2021/2278 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(7)

Sabiex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni fl-applikazzjoni tal-iskema tas-sospensjonijiet awtonomi tat-tariffi u biex ikun hemm konformità mal-linji gwida stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2011 rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi, il-bidliet previsti f’dan ir-Regolament dwar is-sospensjonijiet tariffarji għall-prodotti kkonċernati jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2023. Għaldaqstant jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SVANTESSON


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2278 tal-20 ta’ Diċembru 2021 li jissospendi d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni msemmija fl-Artikolu 56(2), punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1387/2013 (ĠU L 466, 29.12.2021, p. 1).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (UE) 2021/2278 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrati li għandhom in-numri tas-serje li ġejjin jitħassru: 0.2425, 0.3140, 0.3966, 0.4030, 0.4140, 0.4305, 0.4609, 0.4733, 0.4893, 0.5018, 0.5187, 0.5788, 0.6629, 0.6654, 0.6689, 0.6781, 0.7489, 0.7972, 0.8111, 0.8112, 0.8140, u 0.8311;

(2)

l-entrati li ġejjin jissostitwixxu dawk l-entrati li għandhom l-istess numri tas-serje:

Numru tas-serje

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Ir-rata ta’ dazji awtonomi

Unità Supplimentari

Data prevista għar-rieżami mandatorju

“0.3227

2846 90 30

2846 90 40

2846 90 50

2846 90 60

2846 90 70

2846 90 90

 

Komposti, inorganiċi jew organiċi, tal-metalli tal-elementi kimiċi rari (rare-earth metals), tal-ittrju jew tal-iskandju jew ta’ taħlitiet ta’ dawn il-metalli, differenti minn dawk tas-subintestatura 2846 10 00

0  %

-

31.12.2023

0.7389

ex 2914 29 00

55

1-(Cedr-8-en-9-il)etanon (CAS RN 32388-55-9) b’purità skont il-piż ta’ aktar minn 90 %

0  %

-

31.12.2024

0.7722

ex 2919 90 00

55

Prodott tar-reazzjoni tat-triklorur tal-fosforil u 2-metilossiran (CAS RN 1244733-77-4)

0  %

-

31.12.2024

0.4058

ex 3204 20 00

10

Kolorant C.I. Illuminant Fluworexxenti 184 (CAS RN 7128-64-5) u preparazzjonijiet bbażati fuqu b’kolorant C.I. Illuminant Fluworexxenti 184 b’kontenut ta’ 20 % jew aktar skont il-piż

0  %

-

31.12.2026

0.4922

ex 3601 00 00

20

Taħlita piroteknika f’għamla ta’ granulat jew f’forma ċilindrika, magħmula min-nitrat tal-istronzju jew min-nitrat tar-ram jew nitrat bażiku tar-ram f’matriċi ta’ nitrogwanidina jew nitrat tal-gwanidina, li jkun fiha wkoll legant u addittivi, użata bħala komponent fis-sistemi li jonfħu l-airbags (1)

0  %

-

31.12.2026

0.4410

ex 3903 90 90

86

Taħlita li fiha skont il-piż:

—

45 % jew aktar iżda mhux aktar minn 65 % ta’ polimeri tal-istiren,

—

30 % jew aktar iżda mhux aktar minn 45 % ta’ etere tal-polifenilen, u

—

mhux aktar minn 11 % ta’ addittivi

0  %

-

31.12.2023

0.6351

ex 3907 29 20

50

Ossidu tal-poli(p-fenilen) f’forma ta’ trab:

—

b’temperatura tat-tranżizzjoni tal-ħġieġ ta’ 210 °C jew aktar,

—

b’piż molekulari skont il-medja tal-piż (Mw) ta’ 35 000 jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 80 000 ,

—

b’viskożità inerenti ta’ 0,2 jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 0,6 dl/gramma

0  %

-

31.12.2024

0.5506

ex 3920 51 00

30

Film f’orjentament biassjali ta’ polimetilmetakrilat, bi ħxuna ta’ 50 μm jew aktar iżda li ma taqbiżx il-125 μm

0  %

-

31.12.2023

0.8438

ex 3920 62 19

28

Film mhux trasparenti ta’ polietilentereftalat jew ta’ difloruwur tal-polivinil:

—

kull saff ieħor ta’ barra bi ħxuna ta’ 7 μm jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 80 μm,

—

b’reżistenza għat-tensjoni ta’ 300 N/cm2 jew aktar (ASTM D-882),

—

bi ħxuna totali ta’ 200 μm jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 350 μm, u

—

b’wisa’ ta’ 600 mm jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 1 600  mm,

—

miksi fuq naħa waħda b’saff ta’ fluworopolimeru, u fuq in-naħa l-oħra b’adeżiv u b’saff ta’ difluworur tal-poliviniliden, jew miksi fuq iż-żewġ naħat b’difluworur tal-poliviniliden jew bi fluworur tal-polivinil ibbażat fuq kompożiti ta’ polimeri fluworurati

0  %

-

31.12.2027

0.7056

ex 7019 61 00

ex 7019 63 00

70

30

Drapp tal-fibra tal-ħġieġ E:

—

li jkollu l-piż tiegħu ta’ 20 g/m2 jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 214 g/m2,

—

superfiċe trattata b’aġent adeżiv tal-organosilan,

—

f’rombli,

—

b’kontenut ta’ umdità skont il-piż ta’ 0,13 % jew inqas, u

—

li minn kull 100 000 fibra ma jkollux aktar minn 3 fibri vojta minn ġewwa,

għall-użu esklussiv fil-manifattura ta’ prepregs u laminati miksija bir-ram (1)

0  %

m2

31.12.2026

0.8300

ex 8408 90 65

ex 8408 90 67

ex 8408 90 81

20

20

20

Magni tal-kombustjoni interna bil-pistuni li jaqbdu bil-kompressjoni:

—

tat-tip inline,

—

b’ċilindrata ta’ 7 000 cm3 jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 18 100 cm3,

—

b’potenza ta’ 205 kW jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 597 kW,

—

b’modulu tal-posttrattament tal-egżost,

—

b’dimensjonijiet ta’ wisa’/għoli/fond estern ta’ mhux aktar minn 1 310 /1 300 /1 040  mm jew 2 005 /1 505 /1 300  mm jew 2 005 /1 505 /1 800  mm,

għall-użu fil-manifattura ta’ magni tat-tgħaffiġ, tal-iskrinjar, tas-separazzjoni jew tat-tornitura tal-kompost (1)

0  %

-

31.12.2026

0.6627

ex 8501 10 99

75

Mutur DC b’eċitazzjoni permanenti li jkollu

—

koljatura b’fażijiet multipli,

—

dijametru estern ta’ 24 mm jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 38 mm,

—

veloċità mkejla ta’ mhux aktar minn 12 000 rpm,

—

vultaġġ tal-provvista tal-enerġija ta’ 8 V jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 27 V,

—

b’taljola jew mingħajrha,

—

b’gerwiela jew mingħajrha,

0  %

-

31.12.2025

0.2838

ex 8501 10 99

79

Mutur DC bil-brushes u b’rotor intern b’koljatura fi tliet fażijiet, kemm jekk ikollu kamin jew pinion u kemm jekk le, b’firxa ta’ temperatura speċifikata li tkopri tal-anqas - 20 °C sa + 70 °C

0  %

-

31.12.2023

0.7789

ex 8505 19 10

20

Il-partijiet tal-ark tal-kalamiti permanenti b’ferrit agglomerat, li jkollhom:

—

tul ta’ 16,8 mm jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 110,2 mm,

—

wisa’ ta’ 14,8 mm jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 75,2 mm,

—

ħxuna ta’ 4,8 mm jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 13,2 mm,

għall-użu fil-manifattura tar-rotors bil-mutur elettriku (1)

0  %

-

31.12.2024

0.6703

ex 8507 60 00

33

Akkumulatur tal-joni tal-litju li jkollu:

—

tul ta’ 150 mm jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 1 310  mm,

—

wisa’ ta’ 100 mm jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 1 000  mm,

—

għoli ta’ 200 mm jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 1 500  mm,

—

piż ta’ 75 kg jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 200 kg,

—

kapaċità nominali ta’ mhux inqas minn 58 Ah u ta’ mhux aktar minn 500 Ah,

—

vultaġġ ta’ output nominali ta’ 230 V AC (linja għan-newtrali) jew vultaġġ nominali ta’ 50 V (± 10 %)

1,3  %

-

31.12.2023

0.7796

ex 8536 49 00

60

Rilej f’għamla ta’ kubu li jkollha:

—

vultaġġ operatorju bil-koljatura ta’ 12 VDC (Vultaġġ Kurrent Dirett) jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 24 VDC (Vultaġġ Kurrent Dirett),

—

kapaċità ta’ ġarr ta’ kurrent ta’ kuntatt ta’ 5 A jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 15 A,

—

vultaġġ ta’ kuntatt ta’ 80 VAC (Vultaġġ Kurrent Alternat) jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 270 VAC (Vultaġġ Kurrent Alternat),

—

dimensjonijiet ta’ barra ta’ 19-il mm (± 0,4 mm) x 15,2 mm (± 0,4 mm) x 15,5 mm (± 0,4 mm),

għall-użu fil-produzzjoni tal-konsol tal-apparati domestiċi (1)

0  %

-

31.12.2024

0.4616

ex 8536 69 90

83

Sokit tal-KA (AC Socket) b’filtru għall-istorbju, magħmul minn:

—

Sokit tal-KA (għall-konnessjoni tal-wajer tal-elettriku) ta’ 230 V,

—

filtru għall-istorbju integrat magħmul minn kapaċitaturi u indutturi,

—

konnettur tal-kejbil sabiex jiġi konness Sokit tal-KA ma’ Unità tal-PDP li Tforni l-Elettriku,

sew jekk għandu bażi tal-metall jew le, li jgħaqqad is-Sokit tal-KA mas-sett tat-TV bl-iskrin tal-plażma.

0  %

p/st

31.12.2024

0.6507

ex 8537 10 98

50

Unità ta’ kontroll elettroniku BCM (Body Control Module) jew IBM (Integrated Body Control Module) jew simili:

—

li tinkludi tal-inqas kaxxa tal-plastik b’bord ta’ ċirkwit stampat, b’vultaġġ dirett operatorju ta’ 9 V jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 16 V,

—

b’holder tal-metall jew mingħajru,

—

li kapaċi tikkontrolla, tevalwa u tieħu ħsieb il-funzjonijiet ta’ assistenza f’karozza, għall-inqas ir-ritmu tal-wajpers, it-tisħin tal-ħġieġ tat-twieqi, id-dwal ta’ ġewwa, it-tfakkira biex jintlibsu ċ-ċinturini tas-sigurtà,

li jintuża fil-manifattura ta’ oġġetti fil-Kapitolu 87

0  %

p/st

31.12.2024

0.7409

ex 8540 91 00

20

Sors ta’ elettroni termijoniċi (punt ta’ emissjoni) tal-essaborid tal-lantanju (CAS RN 12008-21-8) jew tal-essaborid taċ-ċerju (CAS RN 12008-02-5), b’konnetturi elettriċi

—

b’qafas tal-metall jew mingħajru,

—

b’tarka tal-grafit tal-karbonju immuntata f’sistema tat-tip mini-Vogel, jew mingħajrha

—

bi blokok tal-karbonju pirolitiku separati li jintużaw bħala elementi għat-tisħin, jew mingħajrhom, u

—

temperatura katodika li tkun inqas minn 1 800 K b’kurrent tal-filament ta’ 1,26 A

0  %

-

31.12.2027

0.2434

ex 8548 00 90

44

Partijiet tas-settijiet tat-televiżjoni, b’funzjonijiet ta’ mikroproċessur u vidjoproċessur, li fihom talanqas mikrokontrollur u vidjoproċessur, immuntati fuq qafas għaċ-ċirkwit (leadframe) u mqiegħda f’qafas tal-plastik

0  %

p/st

31.12.2023

0.8279

ex 8708 40 20

80

Gearbox tat-trażmissjoni mingħajr konvertitur tat-torque li jkollha:

—

klaċċ doppju,

—

seba’ gerijiet jew aktar fid-direzzjoni ’l quddiem,

—

ger tar-rivers wieħed,

—

torque massimu ta’ 390 Nm,

—

mutur elettriku integrat jew mingħajru,

—

għoli ta’ 400 mm jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 600 mm,

—

wisa’ ta’ 350 mm jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 600 mm, u

—

piż ta’ 70 kg jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 110 kg,

għall-użu fil-manifattura ta’ vetturi bil-mutur tal-Intestatura 8703  (1)

0  %

p/st

31.12.2026

0.7710

ex 8714 99 50

ex 8714 99 50

11

91

Gerijiet derailleur, li jikkonsistu fi:

—

derailleur ta’ wara u oġġetti tal-immuntar

—

b’derailleur ta’ quddiem jew mingħajru,

għall-użu fil-manifattura tar-roti (inklużi roti elettriċi) (1)

0  %

p/st

31.12.2024

0.7708

ex 8714 99 90

40

Sieq tal-manubriji tar-roti, għall-użu fil-manifattura tar-roti (inklużi roti elettriċi) (1)

0  %

p/st

31.12.2024

0.7973

ex 9002 11 00

23

Lens li jkollha:

—

fokus motorizzat, zoom, apertura,

—

filtru tal-qtugħ infraaħmar li jista’ jinbidel b’mod elettroniku,

—

tul fokali aġġustabbli ta’ mhux inqas minn 2,7 mm u ta’ mhux aktar minn 55 mm,

—

piż ta’ mhux aktar minn 120 g,

—

tul ta’ inqas minn 70 mm,

—

dijametru ta’ mhux aktar minn 70 mm

0  %

-

31.12.2025

(3)

l-entrati li ġejjin jiddaħħlu skont l-ordni numeriku tal-kodiċijiet NM u TARIC fit-tieni u fit-tielet kolonna:

Numru tas-serje

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Ir-rata ta’ dazji awtonomi

Unità Supplimentari

Data prevista għar-rieżami mandatorju

‘0.8448

ex 2835 10 00

40

Fosfinat tal-kalċju (CAS RN 7789-79-9) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8520

ex 2840 20 90

20

Borat tal-barju (CAS RN 13701-59-2) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8492

ex 2903 99 80

18

1-Fluworonaftalen (CAS RN 321-38-0) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8482

ex 2907 29 00

13

4,4’-Metilenedi-2,6-ksilenol (CAS RN 5384-21-4) b’purità skont il-piż ta’ 98,5 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8495

ex 2915 90 30

20

Klorometil dodekanoat (CAS RN 61413-67-0) b’purità skont il-piż ta’ 97 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8457

ex 2915 90 70

53

Klorur tat-3-kloro-2,2-dimetilpropanojl (CAS RN 4300-97-4) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8489

ex 2916 39 90

40

Etil 4-bromo-3-(bromometil)benżoat (CAS RN 347852-72-6) b’purità skont il-piż ta’ 97 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8509

ex 2918 19 98

25

Aċidu (S)-2-Idrossi-2-fenilaċetiku (CAS RN 17199-29-0) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8511

ex 2920 90 10

85

Karbonat tad-dietil (CAS RN 105-58-8) b’purità skont il-piż ta’ 99,9 % jew aktar

3,2  %

-

31.12.2023

0.8490

ex 2920 90 70

70

4,4,5,5-Tetrametil-1,3,2-diossaborolan (CAS RN 25015-63-8) b’purità skont il-piż ta’ 97 % jew aktar, li fih mhux aktar minn 1 % tal-istabilizzatur trietilammina (CAS RN 121-44-8)

0  %

-

31.12.2027

0.8477

ex 2921 19 99

35

N-Etil-N-isopropilpropan-2-ammina 2-(difluworometossi)aċetat b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8473

ex 2922 50 00

45

Kloridrat tal-(S)-2-Ammino-2-(3-fluworo-5-metossifenil)etanol (CAS RN 2095692-22-9) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8462

ex 2926 90 70

31

Lambda ċjalotrina(ISO) (CAS RN 91465-08-6) b’purità skont il-piż ta’ 97 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8474

ex 2928 00 90

53

Etil kloro[(4-metossifenil)idrażon]aċetat CAS RN 27143-07-3) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8451

ex 2929 10 00

65

Isoċjanat tal-etil (CAS RN 109-90-0) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8510

ex 2930 90 98

36

O-isopentil-ditijokarbonat tal-potassju anidru (CAS RN 928-70-1) b’purità skont il-piż ta’ 90 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8447

ex 2930 90 98

39

Aċidu tijodiaċetiku (CAS RN 123-93-3) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8481

ex 2930 90 98

41

2,2’-Diallil-4,4’-sulfonildifenol (CAS RN 41481-66-7) b’purità skont il-piż ta’ 96 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8478

ex 2932 20 90

28

(R)-3-(3,4-difluworo-2-metossifenil)-4,5-dimetil-5-(trifluworometil)furan-2(5H)-on (CAS RN 2875066-35-4) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8452

ex 2933 29 90

38

Ċjażofammid (ISO) (CAS RN 120116-88-3) b’purità skont il-piż ta’ 94 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8485

ex 2933 39 99

08

Fluważinam (ISO) (CAS RN 79622-59-6), b’purità skont il-piż ta’ 97 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8456

ex 2933 59 95

32

5-Kloro-3-nitropirażol [1,5-a] pirimidina (CAS RN 1363380-51-1) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8484

ex 2933 59 95

44

1,4,5,6-Tetraidro-1,2-dimetilpirimidina (CAS RN 4271-96-9) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8488

ex 2933 59 95

46

Trilaċiklib (CAS RN 1374743-00-6) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8455

ex 2933 99 80

43

4-([1,2,4]Triażol[1,5-a]piridina-7-ilossi)-3-metilanilina (CAS RN 937263-71-3) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8487

ex 2934 99 90

07

Ċedażuridina (INN) (CAS RN 1141397-80-9) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8472

ex 2934 99 90

08

(R)-tert-butil 2-(6-(5-kloro-2-((tetraidro-2H-piran-4-il)ammino)pirimidin-4-il)-1-ossoisoindolin-2-il)propanoat (CAS RN 2095665-45-3) b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8449

ex 2934 99 90

09

3-[2-{(2R,3S)-3-[(1R)-1-{[tert-butil(dimetil)silil]ossi}etil]-4-ossoażetidin-2-il}propanojl]-4,4-dimetil-1,3-ossażolidina-2-on (taħlita isomerika ta’ CAS RNs 114341-89-8 u 114418-63-2) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8479

ex 2935 90 90

16

2-Bromo-N-(4,5-dimetil-1,2-ossażol-3-il(metossimetil)benżen-1-sulfonammid (CAS RN 415697-57-3) b’purità skont il-piż ta’ 97 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8467

ex 2935 90 90

26

5-(2-Fluworofenil)-1(piridin-3-ilsulfonil)-1H-pirrol-3-karbaldeid (CAS RN 881677-11-8) b’purità skont il-piż ta’ 97 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8471

ex 3824 99 92

73

Tri-C8-10-alkilammina (CAS RN 68814-95-9) b’purità skont il-piż ta’ 95 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8463

ex 3824 99 92

74

Massa ta’ reazzjoni, li fiha, skont il-piż:

—

22,4 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 26,4 % ta’ 3-metilfenil difenilfosfat (CAS RN 69500-28-3);

—

17,3 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 21,3 % ta’ 4-metilfenil difenil fosfat (CAS RN 78-31-9);

—

5 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 9 % ta’ bis(3-metilfenil) fenil fosfat (CAS RN 34909-68-7);

—

8,9 % jew aktar iżda mhux aktar minn 12,9 % ta’ 3-metilfenil 4-metilfenil fenil fosfat (CAS RN 222165-66-4);

—

26,9 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 30,9 % ta’ fosfat tat-trifenil (CAS RN 115-86-6),

0  %

-

31.12.2027

0.8486

ex 3824 99 92

75

Taħlita, li fiha skont il-piż:

—

mhux aktar minn 75 % ta’ tetrabutiltin (CAS RN 1461-25-2),

—

mhux aktar minn 20 % ta’ klorur tat-tributiltin (CAS RN 1461-22-9),

—

mhux aktar minn 4 % ta’ diklorur tad-dibutiltin (CAS RN 683-18-1),

għall-użu fil-produzzjoni tal-komposti tal-butiltin użati fil-manifattura tal-ħġieġ u tal-klorur tat-tributiltin użat bħala katalizzatur fl-industrija farmaċewtika (2)

3,2  %

-

31.12.2027

0.8506

ex 3824 99 92

79

Taħlita, li fiha skont il-piż:

—

klorur tat-tributiltin (CAS RN 1461-22-9) b’purità skont il-piż ta’ 80 % jew aktar,

—

mhux aktar minn 5 % ta’ tetrabutiltin (CAS RN 1461-25-2),

—

mhux aktar minn 6 % ta’ diklorur tad-dibutiltin (CAS RN 683-18-1),

—

mhux aktar minn 11 % ta’ o-ksilen (CAS RN 95-47-6),

għall-użu fil-produzzjoni tal-klorur tat-tributiltin użat bħala katalizzatur fl-industrija farmaċewtika (2)

3,2  %

-

31.12.2027

0.8517

ex 3824 99 92

83

1-(Cedr-8-en-9-il)etanon (CAS RN 32388-55-9) b’purità skont il-piż ta’ 70 % jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 90 %

0  %

-

31.12.2024

0.8499

ex 3824 99 92

86

Kolufonja likwida N,N-dimetil ammidi xaħmin (CAS RN 68308-74-7) b’purità skont il-piż ta’ 99 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8498

ex 3824 99 93

33

Preparazzjoni li fiha skont il-piż

—

60 % jew aktar iżda mhux aktar minn 70 % ta’ kalċju rel-(1R,2S)-ċikloeżan-1,2-dikarbossilat (CAS RN 491589-22-1),

—

30 % jew aktar iżda mhux aktar minn 40 % ta’ stearat taż-żingu (CAS RN 557-05-1),

—

1 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 5 %, ta’ CI Pigment Blue 29 (CAS RN 57455-37-5) u

—

1 % jew aktar iżda mhux aktar minn 5 % ta’ CI Pigment Violet 15 (CAS RN 12769-96-9)

0  %

-

31.12.2027

0.8497

ex 3824 99 93

36

Preparazzjoni li fiha skont il-piż 60 % jew aktar iżda mhux aktar minn 70 % ta’ kalċju rel-(1R,2S)-ċikloeżan-1,2-dikarbossilat (CAS RN 491589-22-1) u 30 % jew aktar iżda mhux aktar minn 40 % ta’ stearat taż-żingu (CAS RN 557-05-1)

0  %

-

31.12.2027

0.8514

ex 3824 99 96

43

Ġell tas-silika funzjonalizzat 2-(etiltijo)etantijol b’purità skont il-piż ta’ 98 % jew aktar

0  %

-

31.12.2027

0.8491

ex 3907 29 99

70

Poli(ossi-1,4-fenilenossi-1,4-fenilenkarbonil-1,4-fenilen) (CAS RN 29658-26-2) li skont il-piż fih mhux aktar minn 35 % ta’ addittivi

0  %

-

31.12.2027

0.8504

ex 4009 31 00

ex 4009 32 00

10

20

Pajp tal-lastku b’diversi saffi, rinforzat bi drapp tal-aramid, b’elementi ta’ konnessjoni tal-poliammid u klamps tal-azzar jew mingħajrhom, għall-użu fil-manifattura tal-iskambjaturi tas-sħana awtomobilistiċi u/jew tal-kondensatur f’sistemi tal-arja kundizzjonata awtomobilistiċi  (2)

0  %

-

31.12.2027

0.8480

ex 7326 90 98

60

Ċirku bid-difletturi għall-irbit tal-pali għall-kontroll tal-fluss tal-gass:

—

tal-ħadid jew tal-azzar illigat,

—

b’reżistenza għas-sħana ta’ 830 °C jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 1 050  °C,

—

b’dijametru estern ta’ mhux aktar minn 92 mm,

—

b’toqob għaż-żamma tal-pali tal-kontroll tal-fluss tal-gass,

għall-użu fil-manifattura tat-turboċarġers (2)

0  %

-

31.12.2027

0.8512

ex 7326 90 98

70

Diska biex jiġi żgurat il-wisa’ tal-kanal għall-fluss tal-gass:

—

tal-ħadid jew tal-azzar illigat,

—

b’reżistenza għas-sħana ta’ 830 °C jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 1 050  °C,

—

b’dijametru estern ta’ mhux aktar minn 92,5 mm,

—

b’dijametru estern ta’ mhux aktar minn 62 mm,

għall-użu fil-manifattura tat-turboċarġers (2)

0  %

-

31.12.2027

0.8464

ex 7609 00 00

40

Blokka tal-aluminju bbrejżjata bi fjamma għall-konnessjoni tat-tubi fl-iskambjaturi tas-sħana awtomobilistiċi u/jew fil-kundizzjonaturi tal-arja ċċarġjati bit-turbo u/jew fil-berrieda bi trażmissjoni awtomatika:

—

bil-konnessjonijiet tat-tubi mgħawġin u estrużi bid-dijametru ta’ barra ta’ 5 mm jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 25 mm,

—

b’piż ta’ 0,02 kg jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 0,25 kg,

għall-użu fil-manifattura ta’ sistemi tat-tkessiħ fil-vetturi elenkati fil-Kapitolu 87 (2)

0  %

p/st

31.12.2027

0.8503

ex 7609 00 00

50

Komponenti tal-aluminju maħduma:

—

li skont il-piż fihom 0,55 %, jew aktar iżda mhux aktar minn 0,61 % ta’ manjeżju,

—

li skont il-piż fihom 0,55 %, jew aktar iżda mhux aktar minn 0,61 % ta’ siliċju,

—

bi stat ta’ twebbis ta’ T5 jew T6,

—

b’massa ta’ 0,05 kg jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 0,2 kg,

għall-użu fil-manifattura tas-sistemi tat-tkessiħ tas-CO2 fil-vetturi bil-mutur (2)

0  %

p/st

31.12.2027

0.8493

ex 7609 00 00

60

Blokka ta’ konnessjoni tal-aluminju:

—

b’piż ta’ 3 g jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 400 g,

—

manifatturata mill-grad tal-aluminju 6061-T6 jew 6060-T6 jew 6082-T6,

—

li hija parti integrali minn assemblaġġ tal-pajp tal-arja kundizzjonata jew minn assemblaġġ tal-pajp għat-tkessiħ taż-żejt jew minn assemblaġġ tal-pajp għall-brejk ajrudinamiku jew minn assemblaġġ tal-pajp għat-tkessiħ tal-ilma,

—

b’toqob (sokits) jew xquq (gruvs) jew kamin li jippermettu l-installazzjoni f’sistema tal-arja kundizzjonata awtomobilistika jew oħra (mifhuma wkoll bħala installazzjoni fil-linja),

—

b’sokits iddisinjati għall-ibbrejżjar jew għall-irbit,

—

b’toqba mħaffra b’dijametru ta’ 3 mm jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 25 mm,

għall-manifattura ta’ sistemi awtomobilistiċi tat-tkessiħ u tal-arja kundizzjonata (2)

0  %

p/st

31.12.2027

0.8466

ex 8409 91 00

33

Trasportatur tal-camshaft għal magna ta’ kombustjoni interna bil-pistuni li taqbad bi spark, magħmul minn liga tal-aluminju ADC12, li jkollu:

—

piż ta’ 4,0 kg jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 5,5 kg,

—

ħxuna tal-materjal ta’ 2,0 mm jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 6,0 mm,

għall-użu fil-manifattura tal-magni tal-vetturi bil-mutur (2)

0  %

p/st

31.12.2027

0.8469

ex 8409 91 00

38

Kaxxa tal-krank għal magna ta’ kombustjoni interna bil-pistuni li taqbad bi spark u li fiha 4 ċilindri, magħmula minn liga tal-aluminju ADC12, għall-użu fil-manifattura tal-magni tal-vetturi bil-mutur: (2)

0  %

-

31.12.2027

0.8483

ex 8414 90 00

15

Assemblaġġ tal-fann magħmul minn liga tal-aluminju u tal-manjeżju:

—

bid-dijametru ta’ barra ta’ 54 mm jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 130 mm,

—

b’għoli ta’ 8 mm jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 30 mm,

—

b’żewġ diski mqabbda b’pali ta’ għamla kkurvata,

—

b’musmar tal-injam jew mingħajru, u b’woxer jew mingħajru,

għall-użu fil-manifattura tal-muturi elettriċi (2)

0  %

-

31.12.2027

0.8494

ex 8414 90 00

25

Qafas tal-kompressur spirali b’liga tal-aluminju li jkollu:

—

reżistenza għas-sħana ta’ 200 °C jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 250 °C,

—

punt tat-twaħħil wieħed jew aktar għall-immuntar tal-attwatur,

għall-użu fil-manifattura tat-turboċarġers (2)

0  %

-

31.12.2027

0.8465

ex 8415 90 00

15

Manifolds iwweldjati bl-elettriku għall-kondensatur f’sistemi tal-arja kundizzjonata awtomobilistika:

—

li jikkonsistu f’tubu magħmul bl-ittimbrar ta’ strixxa tal-aluminju u t-twaħħil tat-truf permezz ta’ wweldjar bl-ark elettriku,

—

li fihom baffles interni responsabbli għall-fluss xieraq tal-fluwidu berried,

—

b’tul ta’ 190 mm jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 460 mm,

—

b’dijametru ta’ 9 mm jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 42 mm,

—

b’piż ta’ 0,01 kg jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 0,45 kg,

—

bi blokok ta’ konnessjoni tal-aluminju jew mingħajrhom,

għall-użu fil-produzzjoni ta’ sistemi tal-arja kundizzjonata fil-vetturi tal-Kapitolu 87 (2)

0  %

p/st

31.12.2027

0.8458

ex 8501 53 50

50

Mutur tat-trazzjoni asinkroniku li jkollu:

—

potenza kontinwa ta’ 140 kW jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 180 kW,

—

sistema mkessħa bil-likwidu,

—

tul totali ta’ 580 mm jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 730 mm,

—

wisa’ totali ta’ 550 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 670 mm,

—

għoli totali ta’ 510 mm jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 630 mm,

—

b’piż ta’ mhux aktar minn 390 kg,

—

b’ger tat-tnaqqis jew mingħajru,

—

b’ġeneratur tal-istartjar jew mingħajru,

—

żewġ punti ta’ mmuntar,

għall-użu fil-manifattura tal-mototrażmissjoni elettrika tal-buses ibridi (2)

0  %

-

31.12.2027

0.8508

ex 8505 11 10

78

Żewġ kalamiti permanenti magħmulin minn liga tal-praseodimju-neodimju, f’qafas tal-azzar rettangolari bil-kejsing ta’ barra tal-lastiku b’dawn id-dimensjonijiet esterni:

—

tul ta’ 200 mm jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 205 mm,

—

b’wisa’ ta’ 58 mm jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 62 mm,

—

għoli ta’ 25 mm jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 30 mm,

bi stud immuntata fin-nofs

0  %

-

31.12.2027

0.8453

ex 8512 30 90

40

Apparat li jissimula l-ħoss tal-magna b’veloċità mnaqqsa ta’ vettura ibrida jew elettrika:

—

li fih tal-inqas bord ta’ ċirkwit stampat u loudspeaker,

—

f’qafas tal-plastik b’holder,

għall-użu fil-manifattura tal-oġġetti fil-Kapitolu 87 (2)

0  %

-

31.12.2027

0.8460

ex 8537 10 91

43

Unità tal-kontroll tas-sospensjoni elettronika li jkollha:

—

bord ta’ ċirkwit stampat f’qafas tal-plastik,

—

buses LIN u CAN,

—

memorja programmabbli,

—

proċessur tas-sinjali,

—

vultaġġ b’kurrent dirett operatorju ta’ 9 V jew aktar iżda ta’ mhux aktar minn 16-il V,

—

tal-inqas konnettur wieħed,

—

bi brekit tal-immuntar tal-metall jew mingħajrha,

għall-użu fil-manifattura tal-oġġetti fil-Kapitolu 87 (2)

0  %

-

31.12.2027

0.8461

ex 8708 50 20

18

Xaft tal-iskrun għat-trażmissjoni tat-torque mill-gearbox sal-fus ta’ wara, li jkun fih:

—

żewġ vireg Cardano,

—

ġonta universali ċentrali,

—

bearing ċentrali b’sospensjoni f’kisja tal-plastik,

—

ġonot universali fiż-żewġ truf tax-xaft,

—

frieket skorrevoli, frieket tat-tubu, frieket tat-tarf,

—

ta’ tul ta’ 1,4 m jew aktar, iżda ta’ mhux aktar minn 2,4 m,

għall-użu fil-produzzjoni tal-oġġetti fil-Kapitolu 87 (2)

0  %

-

31.12.2027

0.8507

ex 8714 99 90

50

Smorzatur tal-arja fuq wara f’għamla ta’ element pnewmatiku tal-molla bi smorzatur taż-żejt għall-użu fil-manifattura tar-roti, inkluż ir-roti elettriċi (2)

0  %

-

31.12.2027


(1)  Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f’konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.’

(2)  Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali f’konformità mal-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.”


Top