EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0516
Commission Implementing Regulation (EU) 2023/516 of 8 March 2023 amending Implementing Regulation (EU) 2020/2236 as regards the model animal health certificate for the entry into the Union of consignments of aquatic animals intended for certain aquaculture establishments, for release into the wild or for other purposes, excluding direct human consumption (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/516 tat-8 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236 fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għal ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali, jew għal skopijiet oħra, ħlief il-konsum dirett mill-bniedem (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/516 tat-8 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236 fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għal ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali, jew għal skopijiet oħra, ħlief il-konsum dirett mill-bniedem (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2023/1521
OJ L 71, 9.3.2023, p. 27–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
9.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/27 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/516
tat-8 ta’ Marzu 2023
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236 fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għal ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali, jew għal skopijiet oħra, ħlief il-konsum dirett mill-bniedem
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 238(3), il-punti (a) u (c), tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 90 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2236 (3) jistabbilixxi l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi. |
(2) |
B’mod partikolari, l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236 jistabbilixxi l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għal ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali, jew għal skopijiet oħra, ħlief il-konsum dirett mill-bniedem (mudell “AQUA-ENTRY-ESTAB/RELEASE/OTHER”). L-Artikolu 166 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (4) ġie emendat dan l-aħħar bir-Regolament Delegat (UE) 2023/119 (5) sabiex jippermetti lill-professjonisti tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi jwettqu spezzjonijiet kliniċi fuq konsenji ta’ annimali akkwatiċi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni, dment li jkunu awtorizzati jagħmlu dan skont il-liġi tal-pajjiż terz jew tat-territorju esportaturi. Dawk ir-rekwiżiti l-ġodda għad-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji jenħtieġ li jiġu riflessi fil-punt II.3.2. ta’ dak il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali. Għalhekk, l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(3) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fil-kummerċ fir-rigward tad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għal ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali jew għal skopijiet oħra, ħlief il-konsum dirett mill-bniedem, l-użu taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236, kif applikabbli qabel l-emendi magħmula minn dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, jenħtieġ li jkompli jiġi awtorizzat matul perjodu tranżitorju soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. |
(4) |
Billi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236 japplika mill-21 ta’ April 2021, fl-interess taċ-ċertezza tad-dritt, u għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ, jenħtieġ li l-emendi li jridu jsiru fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236 b’dan ir-Regolament isiru effettivi b’urġenza. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Għal perjodu tranżitorju sal-15 ta’ Diċembru 2023, il-konsenji ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għal ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali jew għal skopijiet oħra, ħlief il-konsum dirett mill-bniedem, akkumpanjati miċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236, kif applikabbli qabel l-emendi li saru f’dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni b’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, għandhom ikomplu jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni dment li ċ-ċertifikat ikun inħareġ mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru 2023.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2236 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni u għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi, taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali rigward tali ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru1251/2008 (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 410).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/119 tad-9 ta’ Novembru 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/692 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 16, 18.1.2023, p. 5).
ANNESS
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS II
L-Anness II fih il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li ġej:
Mudell
AQUA-ENTRY-ESTAB/RELEASE/OTHER |
Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għal ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali, jew għal skopijiet oħrajn, ħlief il-konsum dirett mill-bniedem |
MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ ANNIMALI AKKWATIĊI MAĦSUBA GĦAL ĊERTI STABBILIMENTI TAL-AKKWAKULTURA, GĦAR-RILAXX FL-AMBJENT NATURALI, JEW GĦAL SKOPIJIET OĦRAJN, ĦLIEF IL-KONSUM DIRETT MILL-BNIEDEM (MUDELL “AQUA-ENTRY-ESTAB/RELEASE/OTHER”)