This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D1994
Council Decision (EU) 2022/1994 of 17 October 2022 on the position to be taken on behalf of the European Union within the Sub-Committee on Geographical Indications established by the Comprehensive and Enhanced Partnership Agreement between the European Union and the European Atomic Energy Community and their Member States, of the one part, and the Republic of Armenia, of the other part, as regards the adoption of its rules of procedure
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1994 tas-17 ta’ Ottubru 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1994 tas-17 ta’ Ottubru 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu
ST/12753/2022/INIT
ĠU L 273, 21.10.2022, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 21/10/2022
21.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 273/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1994
tas-17 ta’ Ottubru 2022
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi stabbilit mill-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/104 (2), ġie applikat b’mod proviżorju mill-1 ta’ Ġunju 2018 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2021. |
(2) |
Skont l-Artikolu 240(2) tal-Ftehim, is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (is-“Sottokumitat”) għandu jiddetermina r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess. |
(3) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat, fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura tiegħu, peress li dawk ir-regoli ser ikunu vinkolanti għall-Unjoni. |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim, jenħtieġ li jiġu adottati r-regoli ta’ proċedura tas-Sottokumitat. |
(5) |
Jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tkun għaldaqstant ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ dak is-Sottokumitat mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tiegħu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ dak is-Sottokumitat mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/104 tal-20 ta’ Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (ĠU L 23, 26.1.2018, p. 1).