EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D1367
Council Decision (CFSP) 2022/1367 of 4 August 2022 amending Decision 2011/72/CFSP concerning restrictive measures directed against certain persons and entities in view of the situation in Tunisia
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1367 tal-4 ta’ Awwissu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1367 tal-4 ta’ Awwissu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
ST/11417/2022/INIT
OJ L 205, 5.8.2022, p. 276–277
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 205/276 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1367
tal-4 ta’ Awwissu 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija. |
(2) |
L-entrata għal persuna waħda, li l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi kontriha skadiet fil-31 ta’ Lulju 2022, kif ukoll l-informazzjoni dwar id-drittijiet tad-difiża tagħha u d-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, jenħtieġ li titħassar. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/72/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/72/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Jannar 2023. 2. Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Tista’ tiġġedded jew tiġi emendata, skont il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”; |
(2) |
l-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BEK
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta’ Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62).
ANNESS
L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK huwa emendat kif ġej:
(1) |
fit-taqsima A (“Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1”), titħassar l-entrata għall-persuna li ġejja:
|
(2) |
fit-Taqsima B (“Drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont il-liġi Tuneżina:”), titħassar l-entrata li ġejja:
|