This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D1258
Council Decision (EU) 2022/1258 of 18 July 2022 appointing a member and an alternate member, proposed by the Federal Republic of Germany, of the Committee of the Regions
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1258 tat-18 ta’ Lulju 2022 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1258 tat-18 ta’ Lulju 2022 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
ST/10412/2022/INIT
ĠU L 191, 20.7.2022, p. 66–67
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 191/66 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1258
tat-18 ta’ Lulju 2022
li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Filwaqt li kkunsidra l-proposti mill-Gvern Ġermaniż,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. |
(3) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Bernd LANGE li ser tidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Settembru 2022, mill-5 ta’ Settembru 2022 ser isir vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(4) |
Il-Gvern Ġermaniż ippropona lis-Sur Thomas HABERMANN, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Landrat des Landkreises Rhön-Grabfeld (Kummissarju Distrettwali ta’ Rhön-Grabfeld), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mill-5 ta’ Settembru 2022 sa tmiem il-mandat attwali fil-25 ta’ Jannar 2025. |
(5) |
Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Thomas HABERMANN bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, ser isir vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti mill-5 ta’ Settembru 2022. |
(6) |
Il-Gvern Ġermaniż ippropona lis-Sur Christoph SCHNAUDIGEL, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Landrat des Landkreises Karlsruhe (Kummissarju Distrettwali ta’ Karlsruhe), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mill-5 ta’ Settembru 2022 sa tmiem il-mandat attwali fil-25 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni mill-5 ta’ Settembru 2022 sal-25 ta’ Jannar 2025:
(a) |
bħala membru:
u |
(b) |
bħala membru supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. NEKULA
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).