Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0447

Deċiżjoni (UE) 2022/447 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2011/15/UE li tikkonċerna l-ftuħ ta’ kontijiet għall-ipproċessar ta’ ħlasijiet b’rabta ma’ self mill-EFSF lil Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2022/10)

ECB/2022/10

ĠU L 90, 18.3.2022, p. 197–197 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/447/oj

18.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 90/197


DEĊIŻJONI (UE) 2022/447 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-8 ta’ Marzu 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2011/15/UE li tikkonċerna l-ftuħ ta’ kontijiet għall-ipproċessar ta’ ħlasijiet b’rabta ma’ self mill-EFSF lil Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2022/10)

Il-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 17 u 21 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-depożiti miżmuma mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) kif previst fid-Deċiżjoni 2011/15/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2010/31) (1) għandhom jiġu rremunerati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/31) (2), sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fir-remunerazzjoni ta’ depożiti komparabbli madwar l-Eurosistema.

(2)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2011/15/UE (BĊE/2010/31) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/15/UE (BĊE/2010/31) huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Remunerazzjoni

Il-kont ta' flus kontanti ta’ BĊN għandu jiġi rremunerat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/31) (*1).

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta’ Marzu 2022.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Id-Deċiżjoni 2011/15/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Diċembru 2010 li tikkonċerna l-ftuħ ta’ kontijiet għall-ipproċessar ta’ ħlasijiet b’rabta ma’ self mill-EFSF lil Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2010/31) (ĠU L 10, 14.1.2011, p.7).

(2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2019/31) (ĠU L 267, 21.10.2019, p. 12).


Top