This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D0442
Council Decision (EU) 2022/442 of 21 February 2022 authorising the opening of negotiations with Iceland, the Kingdom of Norway, the Swiss Confederation and the Principality of Liechtenstein with a view to concluding agreements between the European Union and those countries on supplementary rules in relation to the Instrument for Financial Support for Border Management and Visa Policy, as part of the Integrated Border Management Fund
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/442 tal-21 ta’ Frar 2022 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein bil-ħsieb li jiġu konklużi ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u dawk il-pajjiżi dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/442 tal-21 ta’ Frar 2022 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein bil-ħsieb li jiġu konklużi ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u dawk il-pajjiżi dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri
ST/5909/2022/INIT
ĠU L 90, 18.3.2022, p. 116–117
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
18.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 90/116 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/442
tal-21 ta’ Frar 2022
li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein bil-ħsieb li jiġu konklużi ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u dawk il-pajjiżi dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2) u l-Artikolu 79(2), il-punt (d), flimkien mal-Artikolu 218(3) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/1148tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), li jistabbilixxi l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi għall-perijodu 2021-2027 ġie adottat fis-7 ta’ Lulju 2021. |
(2) |
L-għan tar-Regolament (UE) 2021/1148 huwa li jipprovdi qafas għall-espressjoni ta’ solidarjetà permezz ta’ assistenza finanzjarja lil dawk l-Istati Membri u pajjiżi li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen dwar il-fruntieri esterni. Huwa jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih jipparteċipaw il-pajjiżi assoċjati. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2021/1148 jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, u d-Danimarka, f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, iddeċidiet li timplimenta dak ir-Regolament fil-liġi nazzjonali tagħha. F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.. |
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tieħux sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (2). L-Irlanda għalhekk mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(5) |
Fl-1 ta’ Settembru 2021, fis-17 ta’ Diċembru 2021, fil-11 ta’ Awwissu 2021 u fit-18 ta’ Awwissu 2021, l-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein innotifikaw rispettivament id-deċiżjoni tagħhom li jaċċettaw il-kontenut tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1148 u li jimplimentawh fl-ordni legali intern tagħhom. |
(6) |
Fid-dawl tal-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2021/1148, għalhekk jenħtieġ li jinfetħu negozjati bil-ħsieb li jiġu konklużi ftehimiet internazzjonali mal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplimentari li jikkonċernaw l-implimentazzjoni minn kull wieħed minn dawk il-pajjiżi tar-Regolament (UE) 2021/1148, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata tiftaħ negozjati għal ftehimiet mal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplementari li jikkonċernaw l-implimentazzjoni minn dawk il-pajjiżi tar-Regolament (UE) 2021/1148.
2. In-negozjati għandhom jitmexxew abbażi tad-direttivi ta’ negozjati tal-Kunsill stipulati fl-Addendum għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
In-negozjati għandhom jitmexxew f’konsultazzjoni mal-Kunsilliera għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, li huma l-korp preparatorju b’dan maħtur bħala l-kumitat speċjali skont it-tifsira tal-Artikolu 218(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. DENORMANDIE
(1) Regolament (UE) 2021/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 251, 15.7.2021, p. 48).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).