EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R2281
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/2281 of 16 December 2021 amending Implementing Regulation (EU) No 792/2012 as regards the addition of a new source code for plants from assisted production and related changes
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2281 tas-16 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 fir-rigward taż-żieda ta’ kodiċi tas-sors ġdid għall-pjanti minn produzzjoni assistita u t-tibdiliet relatati
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2281 tas-16 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 fir-rigward taż-żieda ta’ kodiċi tas-sors ġdid għall-pjanti minn produzzjoni assistita u t-tibdiliet relatati
C/2021/9166
OJ L 473, 30.12.2021, p. 131–138
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 473/131 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2281
tas-16 ta’ Diċembru 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 fir-rigward taż-żieda ta’ kodiċi tas-sors ġdid għall-pjanti minn produzzjoni assistita u t-tibdiliet relatati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (1) u partikolarment l-Artikolu 19(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 (2) ikun allinjat mal-kontenut ta’ riżoluzzjonijiet rilevanti addottati jew emendati fit-tmintax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (“il-Konvenzjoni”) li saret mis-17 sat-28 ta’ Awwissu 2019 (CoP 18). |
(2) |
B’mod partikolari, is-CoP 18 emendat ir-Riżoluzzjoni Conf. 12.3 billi żiedet kodiċi ġdid biex jindika s-sors ta’ ċerti kampjuni tal-pjanti li ma jikkonformaw mal-ebda kodiċijiet eżistenti. Dak il-kodiċi tas-sors il-ġdid jenħtieġ li jiddaħħal fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012. |
(3) |
Sabiex jittejjeb ir-rappurtar u tiġi ffaċilitata l-analiżi tal-kummerċ, il-formola ta’ notifikazzjoni ta’ importazzjoni fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 jenħtieġ li tiżgura l-inklużjoni tal-informazzjoni dwar is-sors tal-kampjuni nnegozjati. Biex jiġi ffaċilitat l-użu effiċjenti tar-riżorsi, jenħtieġ li l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni jkunu jistgħu jagħmlu użu minn stokks eżistenti ta’ formuli ta’ notifikazzjoni ta’ importazzjoni għal perjodu tranżitorju limitat. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 jiżgura l-implimentazzjoni uniformi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (3), b’mod partikolari billi jfassal mudelli li jikkorrispondu għalihom il-permessi, iċ-ċertifikati u dokumenti oħrajn previsti f’dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament emendatorju jiġi applikat flimkien mar-Regolament li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (4), u ż-żewġ Regolamenti emendatorji jenħtieġ li japplikaw mill-istess jum. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kummerċ tal-Fawna u l-Flora Selvaġġi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2(2), jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej: “Sal-19 ta’ Jannar 2023, in-notifiki ta’ importazzjoni jistgħu, minflok, jimtlew billi jintużaw il-formoli stabbiliti fl-Anness II fil-verżjoni fis-seħħ fl-18 ta’ Jannar 2022.” |
(2) |
L-Annessi I, III u V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 huma emendati skont l-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
(3) |
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 huwa sostitwit bit-test fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 tat-23 ta’ Awwissu 2012 li jistipula regoli għat-tfassil ta’ permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (ĠU L 242, 7.9.2012, p. 13).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/2280 tas-16 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 (ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS 1
L-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 huma emendati kif ġej:
(1) |
Anness I, “Permess/Ċertifikat”, huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Anness III, “Ċertifikat tal-wirja li tivvjaġġa”, huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Anness V, “Ċertifikat — Mhux għall-użu barra l-Unjoni Ewropea”, huwa emendat kif ġej:
|
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1).
ANNESS 2
“ANNESS II
Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet
1. |
Niżżel l-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu. |
4. |
Il-pajjiż tal-oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, imwielda u mrobbija fil-magħluq, jew ippropagati artifiċjalment. |
5. |
Tapplika biss meta l-pajjiż li minnu jiġu importati l-kampjuni ma jkunx il-pajjiż tal-oriġini. |
6. |
Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista’ jkun. |
9. |
Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika s-sors:
|
10. |
L-isem xjentifiku għandu jkun l-isem użat fl-Anness C jew D tar-Regolament (KE) Nru 338/97. |
11. |
Niżżel III għall-ispeċi elenkat fl-Appendiċi III għal CITES. |
13. |
Niżżel l-ittra (C jew D) tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 338/97 li fih huwa elenkat l-ispeċi. |
14. |
L-importatur għandu jibgħat l-oriġinal iffirmat (il-formola 1) u l-‘kopja għall-importatur’ (il-formola 2), u meta jkun il-każ jibgħathom flimkien mad-dokumenti tal-Appendiċi III tas-CITES mill-pajjiż (ri)esportatur lill-uffiċċju doganali tal-introduzzjoni fl-Unjoni. |
15. |
L-uffiċċju doganali għandu jibgħat l-oriġinal ittimbrat (il-formola 1) lill-awtorità amministrattiva tal-pajjiż tiegħu u jirritorna l-‘kopja għall-importatur’ ittimbrata (il-formola 2) lill-importatur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.” |
Struzzjonijiet u Spjegazzjonijiet
1. |
Niżżel l-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu. |
4. |
Il-pajjiż tal-oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, imwielda u mrobbija fil-magħluq, jew ippropagati artifiċjalment. |
5. |
Tapplika biss meta l-pajjiż li minnu jiġu importati l-kampjuni ma jkunx il-pajjiż tal-oriġini. |
6. |
Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista’ jkun. |
9. |
Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika s-sors
|
10. |
L-isem xjentifiku għandu jkun l-isem użat fl-Anness C jew D tar-Regolament (KE) Nru 338/97. |
11. |
Niżżel III għall-ispeċi elenkat fl-Appendiċi III għal CITES. |
13. |
Niżżel l-ittra (C jew D) tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 338/97 li fih huwa elenkat l-ispeċi. |
14. |
L-importatur għandu jibgħat l-oriġinal iffirmat (il-formola 1) u l-“kopja għall-importatur” (il-formola 2), u meta jkun il-każ jibgħathom flimkien mad-dokumenti tal-Appendiċi III tas-CITES mill-pajjiż (ri)esportatur lill-uffiċċju doganali tal-introduzzjoni fl-Unjoni. |
15. |
L-uffiċċju doganali għandu jibgħat l-oriġinal ittimbrat (il-formola 1) lill-awtorità amministrattiva tal-pajjiż tiegħu u jirritorna l-‘kopja għall-importatur’ ittimbrata (il-formola 2) lill-importatur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. |
(1) Biex tintuża biss flimkien ma’ kodiċi tas-sors ieħor.
(2) Biex tintuża biss flimkien ma’ kodiċi tas-sors ieħor.