This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D1796
Council Decision (EU) 2021/1796 of 28 September 2021 on the position to be taken on behalf of the European Union within the Commission established by the Convention for the Protection of the Marine Environment of the North-East Atlantic as regards a decision on the establishment of the North Atlantic Current and Evlanov Seamount Marine Protected Area (NACES MPA) and a recommendation on the management of the NACES MPA
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1796 tat-28 ta’ Settembru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kummissjoni stabbilita mill-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent Marin tal-Atlantiku tal-Grigal fir-rigward ta’ deċiżjoni dwar l-istabbiliment taż-Żona Marina Protetta tal-Kurrent tal-Atlantiku tat-Tramuntana u tal-Muntanja Sottomarina Evlanov (l-“MPA tan-NACES”) u rakkomandazzjoni dwar il-ġestjoni tal-MPA tan-NACES
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1796 tat-28 ta’ Settembru 2021 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kummissjoni stabbilita mill-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent Marin tal-Atlantiku tal-Grigal fir-rigward ta’ deċiżjoni dwar l-istabbiliment taż-Żona Marina Protetta tal-Kurrent tal-Atlantiku tat-Tramuntana u tal-Muntanja Sottomarina Evlanov (l-“MPA tan-NACES”) u rakkomandazzjoni dwar il-ġestjoni tal-MPA tan-NACES
ST/11270/2021/REV/1
ĠU L 361, 12.10.2021, p. 46–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 361/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1796
tat-28 ta’ Settembru 2021
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kummissjoni stabbilita mill-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent Marin tal-Atlantiku tal-Grigal fir-rigward ta’ deċiżjoni dwar l-istabbiliment taż-Żona Marina Protetta tal-Kurrent tal-Atlantiku tat-Tramuntana u tal-Muntanja Sottomarina Evlanov (l-“MPA tan-NACES”) u rakkomandazzjoni dwar il-ġestjoni tal-MPA tan-NACES
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent Marin tal-Atlantiku tal-Grigal (1) (il-“Konvenzjoni”), li għaliha l-Unjoni hija Parti Kontraenti, daħlet fis-seħħ fil-25 ta’ Marzu 1998. |
(2) |
Taħt l-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjoni, il-Kummissjoni stabbilita bl-Artikolu 10(1) tal-Konvenzjoni (il-“Kummissjoni OSPAR”) tista’ tadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni. |
(3) |
Matul l-24 laqgħa tagħha fl-1 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni OSPAR ser tadotta deċiżjoni dwar l-istabbiliment taż-Żona Marina Protetta tal-Kurrent tal-Atlantiku tat-Tramuntana u tal-Muntanja Sottomarina Evlanov (l-“MPA tan-NACES”, North Atlantic Current and Evlanov Seamount Marine Protected Area) u rakkomandazzjoni dwar il-ġestjoni tal-MPA tan-NACES. |
(4) |
Id-deċiżjoni prevista tal-Kummissjoni OSPAR tistabbilixxi l-MPA tan-NACES u tindika l-limiti tad-delineazzjoni tagħha. |
(5) |
Ir-rakkomandazzjoni prevista tal-Kummissjoni OSPAR għandha l-għan li tiggwida lill-Partijiet Kontraenti fl-azzjonijiet tagħhom u fl-adozzjoni ta’ miżuri biex jintlaħqu l-objettivi ta’ konservazzjoni stabbiliti fl-anness ta’ dik ir-rakkomandazzjoni. |
(6) |
Hemm rabta mill-qrib bejn iż-żewġ atti previsti tal-Kummissjoni OSPAR u, għalhekk, huwa xieraq li t-tnejn flimkien jiġu koperti bl-istess pożizzjoni tal-Unjoni. |
(7) |
L-atti previsti jikkonċernaw il-protezzjoni tal-ambjent, li hija kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha skont l-Artikolu 4(2), punt (e), TFUE. L-atti previsti ma jaqgħux f’qasam li fil-parti l-kbira tiegħu huwa kopert mir-regoli tal-Unjoni dwar tali protezzjoni. L-Unjoni ma għandhiex l-intenzjoni li tagħmel użu mill-possibbiltà li teżerċita l-kompetenza esterna tagħha fir-rigward ta’ oqsma koperti minn dawn l-atti, li fir-rigward tagħhom il-kompetenza tagħha għadha ma ġietx eżerċitata internament. |
(8) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kummissjoni OSPAR, għaliex id-deċiżjoni li trid tittieħed minn din tal-aħħar ser tkun vinkolanti għall-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fl-24 laqgħa tal-Kummissjoni OSPAR għandha tkun li tappoġġa l-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar l-istabbiliment taż-Żona Marina Protetta tal-Kurrent tal-Atlantiku tat-Tramuntana u tal-Muntanja Sottomarina Evlanov (l-“MPA tan-NACES”) u rakkomandazzjoni dwar il-ġestjoni tal-MPA tan-NACES.
Artikolu 2
Jista’ jintlaħaq qbil biex tiġi rfinata l-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1, fid-dawl tal-iżviluppi fl-24 laqgħa tal-Kummissjoni OSPAR, mir-rappreżentanti tal-Unjoni, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri waqt laqgħat ta’ koordinazzjoni fuq il-post, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
S. KUSTEC