This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1769
Commission Regulation (EU) 2021/1769 of 5 October 2021 establishing a fisheries closure for giant red shrimp in GFCM geographical subareas 9, 10 and 11 for vessels flying the flag of Italy and having an overall length equal or superior to 18 meters and inferior to 24 meters
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1769 tal-5 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi għeluq tas-sajd għall-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 tal-GFCM għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja u li għandhom tul totali ta’ 18-il metru jew aktar u inqas minn 24 metru
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1769 tal-5 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi għeluq tas-sajd għall-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 tal-GFCM għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja u li għandhom tul totali ta’ 18-il metru jew aktar u inqas minn 24 metru
C/2021/7279
ĠU L 356, 8.10.2021, p. 24–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021
8.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 356/24 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1769
tal-5 ta’ Ottubru 2021
li jistabbilixxi għeluq tas-sajd għall-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 tal-GFCM għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja u li għandhom tul totali ta’ 18-il metru jew aktar u inqas minn 24 metru
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90 (2) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2021. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli relatat mal-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM) u applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati fiha li għandhom tul totali ta’ 18-il metru jew aktar u inqas minn 24 metru, jitqies li ntlaħaq għall-2021. |
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak il-grupp ta’ stokkijiet. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-isforz
L-isforz tas-sajd massimu permissibbli allokat lill-Italja għall-grupp ta’ stokkijiet tal-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 tal-GFCM għall-2021 imsemmi fl-Anness għandu jitqies li ntlaħaq mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-grupp ta’ stokkijiet imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati fiha u li għandhom tul totali ta’ 18-il metru jew aktar u inqas minn 24 metru, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi rrilokat, ittrażbordat jew li jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2021 (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 1).
ANNESS
Nru |
16/TQ90 |
Stat Membru |
L-Italja |
Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd |
EFF2/MED2_TR3 |
Grupp ta’ stokkijiet |
Il-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 |
Tul totali tal-bastimenti kkonċernati |
≥ 18 m u < 24 m |
Data tal-għeluq |
15.8.2021 |