This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1228
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/1228 of 16 July 2021 amending Implementing Regulation (EU) 2016/799 as regards the requirements for the construction, testing, installation, operation and repair of smart tachographs and their components (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1228 tas-16 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/799 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-installazzjoni, l-operazzjoni u t-tiswija ta’ takografi intelliġenti u l-komponenti tagħhom (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1228 tas-16 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/799 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-installazzjoni, l-operazzjoni u t-tiswija ta’ takografi intelliġenti u l-komponenti tagħhom (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/5125
ĠU L 273, 30.7.2021, p. 1–140
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 21/08/2023
30.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 273/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1228
tas-16 ta’ Lulju 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/799 fir-rigward tar-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-installazzjoni, l-operazzjoni u t-tiswija ta’ takografi intelliġenti u l-komponenti tagħhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 introduċa takografi intelliġenti, li jinkludu konnessjoni mas-Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (“GNSS”), faċilità ta’ komunikazzjoni ta’ detezzjoni remota bikrija, u interfaċċa ma’ sistemi ta’ trasport intelliġenti. |
(2) |
Ir-rekwiżiti tekniċi għall-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-installazzjoni, l-operazzjoni u t-tiswija tat-takografi u l-komponenti tagħhom huma stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 (2). |
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 u r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ġew emendati bir-Regolament (UE) 2020/1054 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Ir-Regolament (UE) 2020/1054 jirrikjedi li jiġu implimentati karatteristiċi addizzjonali fit-takografu intelliġenti. Konsegwentement, jeħtieġ li tiġi definita verżjoni ġdida tat-takografu intelliġenti billi jiġi emendat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/799. |
(4) |
Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, il-pożizzjoni tal-vettura jenħtieġ li tiġi rrekordjata awtomatikament kull darba li l-vettura taqsam il-fruntiera ta’ Stat Membru u kull darba li l-vettura twettaq attivitajiet ta’ tagħbija jew ta’ ħatt. |
(5) |
L-interfaċċa mas-Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti, li hija fakultattiva fil-verżjoni tat-takografu intelliġenti implimentata mill-15 ta’ Ġunju 2019, jenħtieġ li tkun obbligatorja għall-verżjoni l-ġdida tat-takografu intelliġenti. |
(6) |
Il-verżjoni l-ġdida tat-takografu intelliġenti jenħtieġ li titħejja biex tawtentika s-sinjal Satellitari ta’ Galileo hekk kif is-sistema Galileo ssir operattiva. |
(7) |
Sabiex tiġi evitata s-sostituzzjoni fiżika tal-apparat ta’ rrekordjar kull meta tiġi adottata modifika għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-takografu, irid jiġi żgurat li l-funzjonalitajiet futuri tat-takografu jkunu jistgħu jiġu implimentati u mtejba permezz ta’ aġġornamenti tas-software. |
(8) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/799 jippermetti li jiġi installat adapter bejn is-sensor tal-moviment u t-takografu għall-vetturi li, filwaqt li jkollhom piż ta’ inqas minn 3.5 tunnellati, xi drabi jistgħu jaqbżu dak il-limitu, pereżempju meta jirmunkaw trejler. Wara l-emenda għar-Regolament (KE) Nru 561/2006, l-obbligu li jiġi installat takografu ġie estiż għal vetturi ta’ aktar minn 2,5 tunnellati. L-installazzjoni obbligatorja tat-takografu intelliġenti f’vetturi kummerċjali ħfief toħloq il-ħtieġa li jittejjeb il-livell ta’ sigurtà pprovdut mill-adapter billi jiġi installat sensor intern fit-takografu, li jkun indipendenti mis-sinjal tas-sensor tal-moviment. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/799 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-21 ta’ Awwissu 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 tat-18 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-istallazzjoni, l-operazzjoni u t-tiswija ta’ takografi u l-komponenti tagħhom (ĠU L 139, 26.5.2016, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2020/1054 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward ta’ rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet massimi ta’ sewqan kuljum u kull ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta’ mistrieħ kuljum u kull ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta’ takografi (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 1).
ANNESS
L-Anness IC tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/799 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-werrej huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
it-test introduttorju qabel il-Lista tal-Appendiċi huwa sostitwit b’dan li ġej: “INTRODUZZJONI Dan l-Anness fih rekwiżiti li jikkonċernaw l-apparat tar-rekordjar u l-kards tat-takografu tat-tieni ġenerazzjoni. Mill-15 ta’ Ġunju 2019 beda jiġi installat apparat tar-rekordjar tat-tieni ġenerazzjoni f’vetturi rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba, u qegħdin jinħarġu kards tat-takografu tat-tieni ġenerazzjoni. Sabiex is-sistema tat-takografu tat-tieni ġenerazzjoni tiġi implimentata mingħajr xkiel, il-kards tat-takografu tat-tieni ġenerazzjoni ġew iddisinjati biex jintużaw ukoll f’unitajiet ta’ vetturi tal-ewwel ġenerazzjoni mibnija f’konformità mal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85. B’mod reċiproku, il-kards tat-takografu tal-ewwel ġenerazzjoni jistgħu jintużaw f’unitajiet ta’ vetturi tat-tieni ġenerazzjoni. Madankollu, l-unitajiet ta’ vetturi tat-tieni ġenerazzjoni jistgħu jiġu kkalibrati biss bl-użu ta’ kards tal-workshop tat-tieni ġenerazzjoni. Ir-rekwiżiti rigward l-interoperabbiltà bejn is-sistemi tat-takografu tal-ewwel u tat-tieni ġenerazzjoni huma speċifikati f’dan l-Anness. F’dan ir-rigward, l-Appendiċi 15 fih dettalji addizzjonali dwar il-ġestjoni tal-eżistenza konġunta taż-żewġ ġenerazzjonijiet. Barra minn hekk, minħabba l-implimentazzjoni ta’ funzjonijiet ġodda bħall-użu tal-Awtentikazzjoni tal-Messaġġi ta’ Navigazzjoni b’Sinjal Miftuħ ta’ Galileo, id-detezzjoni tal-qsim tal-fruntieri, l-entrata ta’ operazzjonijiet ta’ tagħbija u ħatt, kif ukoll il-ħtieġa li l-kapaċità tal-kard tas-sewwieq tiżdied għal 56 jum ta’ attivitajiet tas-sewwieqa, dan ir-Regolament jintroduċi r-rekwiżiti tekniċi għat-tieni verżjoni tal-apparat tar-rekordjar u l-kards tat-takografu tat-tieni ġenerazzjoni.”; |
(3) |
it-taqsima 1 hija emendata kif ġej:
|
(4) |
il-punt 2.1 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
il-punt 2.2 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
il-punt 2.3 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
fil-punt 2.4(14), ir-raba’ inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(8) |
il-punt 3.1 huwa emendat kif ġej:
|
(9) |
il-punt 3.2 huwa emendat kif ġej:
|
(10) |
il-punt 3.3 huwa emendat kif ġej:
|
(11) |
il-punt 3.6 huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
il-punt 3.9 huwa emendat kif ġej:
|
(13) |
fil-punt 3.10, l-aħħar ringiela fit-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(14) |
il-punt 3.12 huwa emendat kif ġej:
|
(15) |
il-punt 3.13 huwa emendat kif ġej:
|
(16) |
il-punt 3.14 huwa emendat kif ġej:
|
(17) |
fil-punt 3.15.4, il-paragrafu (167) huwa emendat kif ġej:
|
(18) |
il-punt 3.18 huwa emendat kif ġej:
|
(19) |
fil-punt 3.19, jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin fil-paragrafu (199):
|
(20) |
il-punt 3.20 huwa emendat kif ġej:
|
(21) |
il-punt 3.21 huwa emendat kif ġej,
|
(22) |
fil-punt 3.22, jiżdied is-subparagrafu li ġej fil-paragrafu (209): “Meta l-modalità I/O għall-kalibrazzjoni tal-linja tas-sinjal I/O tkun attiva skont dan ir-rekwiżit, it-twissija “Sewqan mingħajr kard xierqa” (ir-rekwiżit 75) ma għandhiex tiġi attivata mill-unità tal-vettura.”; |
(23) |
il-punt 3.23 huwa emendat kif ġej:
|
(24) |
jiddaħħlu l-punti 3.27 u 3.28 li ġejjin:
|
(25) |
fil-punt 4.1, wara l-paragrafu (235), l-immaġini “Mudell tal-Komunità ta’ kards tat-takografu”, in-naħa ta’ wara tal-kard tal-kontroll hija sostitwita b’dan li ġej: “
”; |
(26) |
il-punt 4.5 huwa emendat kif ġej:
|
(27) |
il-punt 5 huwa emendat kif ġej:
|
(28) |
il-punt 6.4 huwa emendat kif ġej:
|
(29) |
il-punt 8 huwa emendat kif ġej:
|
(30) |
L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:
|