This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D0361
Commission Implementing Decision (EU) 2021/361 of 22 February 2021 laying down emergency measures for movements between Member States and the entry into the Union of consignments of salamanders in relation to infection with Batrachochytrium salamandrivorans (notified under document C(2021) 1018) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2021/361 tat-22 ta’ Frar 2021 li tistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza għall-movimenti bejn l-Istati Membri u għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni tas-salamandri fir-rigward tal-infezzjoni bil-Batrachochytrium salamandrivorans (notifikata bid-dokument C(2021) 1018) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2021/361 tat-22 ta’ Frar 2021 li tistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza għall-movimenti bejn l-Istati Membri u għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni tas-salamandri fir-rigward tal-infezzjoni bil-Batrachochytrium salamandrivorans (notifikata bid-dokument C(2021) 1018) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
C/2021/1018
ĠU L 69, 26.2.2021, p. 12–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2022
26.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/12 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/361
tat-22 ta’ Frar 2021
li tistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza għall-movimenti bejn l-Istati Membri u għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni tas-salamandri fir-rigward tal-infezzjoni bil-Batrachochytrium salamandrivorans
(notifikata bid-dokument C(2021) 1018)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) u 261(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Batrachochytrium salamandrivorans (Bsal) huwa fungus patoġenu tas-salamandri li jaffettwa l-popolazzjonijiet tas-salamandri miżmuma u selvaġġi, u jista’ jikkawża morbidità u mortalità sinifikanti f’dawn il-popolazzjonijiet. Il-Bsal huwa letali għal ċerti speċijiet ta’ salamandri, filwaqt li speċijiet oħra huma kompletament jew parzjalment reżistenti għalih, iżda jistgħu jġorruh fuq ġildhom, u għaldaqstant ikun riżerva u sors ta’ infezzjoni, għal speċijiet oħra ta’ salamandri, jew ta’ kontaminazzjoni għall-ambjent tagħhom. |
(2) |
L-infezzjoni bil-Bsal s’issa okkorriet fil-Belġju, fil-Ġermanja, fin-Netherlands, fir-Renju Unit u fi Spanja, kemm fil-popolazzjonijiet tas-salamandri miżmuma kif ukoll f’dawk selvaġġi skont id-data miġbura fil-kuntest tal-proġett Ewropew “Mitigazzjoni ta’ marda infettiva ġdida fis-salamandri biex jiġi miġġieled it-telf tal-bijodiversità Ewropea” (2) u dik li nġabret warajh. Il-Bsal maħsub li oriġina fl-Asja tal-Lvant u li huwa mifrux hemmhekk, peress li huwa endemiku mill-inqas fil-Ġappun, fit-Tajlandja u fil-Vjetnam. Fl-istess ħin, hemm nuqqas ta’ informazzjoni dwar kemm hu mifrux f’partijiet oħra tal-Unjoni u tad-dinja. Il-kummerċ tas-salamandri infettati jew trasportaturi jikkontribwixxi għat-tixrid tal-Bsal u l-marda tirrappreżenta riskju importanti għall-bijodiversità fiż-żoni li tikkolonizza. |
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) (UE) 2018/320 (3) kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1998 (4) tistabbilixxi l-miżuri għall-protezzjoni tas-saħħa tal-annimali fil-kummerċ intra-Unjoni ta’ kunsinni ta’ salamandri u l-introduzzjoni ta’ dawn il-kunsinni fl-Unjoni. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/320 ġiet adottata abbażi ta’ Opinjoni Xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tal-25 ta’ Ottubru 2017 (5) (“l-Opinjoni tal-EFSA”) u tal-Assistenza Teknika u Xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tal-21 ta’ Frar 2017 (6) (“Assistenza Xjentifika u Teknika tal-EFSA”) Dik id-Deċiżjoni tapplika sal-20 ta’ April 2021. |
(4) |
L-Opinjoni tal-EFSA u l-Assistenza Teknika tal-EFSA u pubblikazzjonijiet xjentifiċi aktar reċenti (7) enfasizzaw ukoll bosta lakuni u inċertezzi fl-għarfien attwali fir-rigward ta’ ħafna aspetti tan-natura tal-Bsal. L-istandards tal-kummerċ internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-Annimali (OIE) għadhom mhumiex żviluppati għalkollox fir-rigward tal-metodi tad-dijanjostika tal-Bsal u għadhom ma ġewx riveduti fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet għall-kummerċ internazzjonali tas-salamandri. |
(5) |
Il-Bsal huwa elenkat fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/429, u għaldaqstant jaqa’ fid-definizzjoni ta’ marda elenkata għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2016/429. Il-Bsal jaqa’ wkoll fid-definizzjoni ta’ marda tal-kategorija D, kif stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (8) għall-annimali tal-Ordni Caudata, li tinkludi s-salamandri. Madankollu, ir-regoli tal-Unjoni dwar il-movimenti fl-Unjoni u d-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali terrestri u ta’ annimali akkwatiċi stabbiliti fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni adottati skont ir-Regolament (UE) 2016/429 ma japplikawx għall-Caudata, peress li l-Caudata taqa’ fid-definizzjoni ta’ “annimali oħra” f’dan ir-Regolament. Minħabba n-nuqqas attwali ta’ għarfien fir-rigward tal-bosta aspetti tan-natura tal-Bsal kif ukoll in-nuqqas ta’ kwalunkwe linja gwida u rakkomandazzjoni internazzjonali fir-rigward tal-kummerċ f’dawk l-annimali, għadhom ma ġewx adottati atti delegati u ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni għall-Caudata, filwaqt li ġew adottati għall-annimali terrestri u għall-annimali akkwatiċi. |
(6) |
Il-Kummissjoni rrevediet is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-Bsal fl-Unjoni u tal-miżuri ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-annimali previsti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/320 mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Peress li l-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/320 tqiesu xierqa, l-Istati Membri ma ħadu l-ebda miżuri kummerċjali oħra biex jiġġieldu kontra l-Bsal. Għalkemm it-tifqigħat tal-Bsal jidhru li bħalissa huma limitati għal ċerti reġjuni ta’ ċerti Stati Membri, it-tixrid ulterjuri tal-Bsal permezz tal-kummerċ intra-Unjoni jirrappreżenta riskju sinifikanti. |
(7) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza fuq livell tal-Unjoni biex jiġi evitat it-tixrid tal-Bsal u biex jiġi evitat tfixkil mhux ġustifikat fil-kummerċ tas-salamandri. Meta titqies l-effettività tal-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/320, huwa xieraq li jiġu adottati miżuri simili dwar il-movimenti fi ħdan l-Unjoni u dwar id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni tas-salamandri mill-21 ta’ April 2021 għal perjodu limitat ta’ żmien sakemm jiġu adottati miżuri aktar permanenti tas-saħħa tal-annimali, bħal fil-każ ta’ mard li jaffettwa l-annimali terrestri u l-annimali akkwatiċi. |
(8) |
Il-Bsal jista’ jiġi trażmess bejn l-ispeċijiet tas-salamandri nattivi ta’ reġjuni differenti u l-kontaminazzjoni kroċjata tista’ sseħħ f’diversi stabbilimenti mmexxija minn operaturi li jżommu u jiskambjaw is-salamandri. Dan iżid ir-riskju tat-trażmissjoni tal-Bsal minn salamandri kkummerċjalizzati jkun xi jkun l-istatus tas-saħħa tal-post tal-oriġini tagħhom u s-sitwazzjoni tas-saħħa tagħhom fl-ambjent naturali. Jenħtieġ għalhekk li l-kunsinni tas-salamandri maħsuba għall-movimenti bejn l-Istati Membri jew għad-dħul fl-Unjoni jkunu soġġetti għal miżuri li jtaffu dak ir-riskju. Jenħtieġ madankollu li dawn il-miżuri ma japplikawx għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ salamandri domestiċi, bħal movimenti mhux kummerċjali koperti mir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Dawn il-movimenti mhux kummerċjali jikkonċernaw, u huma limitati għall-annimali taħt il-kura ta’ sidhom jew ta’ persuni awtorizzati u li jakkumpanjawhom u li ma jinvolvux it-trasferiment tas-sjieda. Għalhekk, il-movimenti mhux kummerċjali tas-salamandri domestiċi jirrappreżentaw riskju negliġibbli għat-tixrid tal-Bsal għas-salamandri kkummerċjalizzati jew għas-salamandri li jgħixu fl-ambjent naturali. |
(9) |
Jenħtieġ li s-salamandri li jiġu skambjati biss bejn stabbilimenti konfinati approvati mill-awtorità kompetenti f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 ma jkunux suġġetti għall-kwarantina jew għall-ittestjar peress li l-miżuri ta’ bijosigurtà fis-seħħ f’dawk l-istabbilimenti konfinati huma xierqa biex itaffu r-riskju tat-tixrid tal-Bsal. |
(10) |
Jenħtieġ li l-kunsinni tas-salamandri li daħlu fl-Unjoni u li diġà għaddew minn kwarantina bi ttestjar b’riżultati negattivi, jew li jkunu rċevew trattament sodisfaċenti fl-Unjoni fi stabbiliment xieraq wara d-dħul tagħhom fl-Unjoni, ma jkunux suġġetti għal kwarantina jew ittestjar ripetuti, jekk huma maħsuba li jiġu mċaqalqa lejn Stat Membru ieħor, dment li żżammew iżolati minn salamandri bi status ta’ saħħa differenti. |
(11) |
Hemm nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-kapaċitajiet tekniċi tas-servizzi veterinarji u tal-laboratorji madwar id-dinja biex jittestjaw għall-Bsal, filwaqt li bosta korpi fl-Unjoni Ewropea qegħdin fuq quddiem fil-progress tad-dijanjożi u tat-trattament tal-Bsal. Jenħtieġ għalhekk li l-kunsinni tas-salamandri li jidħlu fl-Unjoni jitqiegħdu fi kwarantina fi stabbiliment xieraq, u jiġu ttestjati u ttrattati wara d-dħul tagħhom fl-Unjoni. |
(12) |
Jenħtieġ li l-pajjiżi terzi u t-territorji approvati għall-ħruġ ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni tas-salamandri jiġu limitati għal dawk li huma membri tal-OIE u li b’hekk jiġu obbligati li jħarsu l-istandards internazzjonali għall-ħruġ ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-annimali. |
(13) |
Jenħtieġ li t-trattamenti jiġu speċifikati u jkunu f’konformità mal-protokolli li diġà huma deskritti fil-letteratura rieżaminata bejn il-pari kif enfasizzata mill-Assistenza Xjentifika u Teknika tal-EFSA jew ma’ oħrajn komparabbli. |
(14) |
Jenħtieġ li l-kunsinni tas-salamandri jkunu awtorizzati biss biex jidħlu fl-Unjoni mill-awtorità kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni, jekk dik l-awtorità tirċievi attestazzjoni mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-istabbiliment tad-destinazzjoni li tikkonferma li l-kunsinni se jiġu aċċettati. |
(15) |
Jenħtieġ li l-miżuri ta’ emerġenza previsti minn din id-Deċiżjoni japplikaw mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 u jenħtieġ li jiġu riveduti filwaqt li titqies il-gravità tas-sitwazzjoni epidemjoloġika minħabba żviluppi ġodda u rappurtar annwali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. |
(16) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-miżuri ta’ emerġenza għall-movimenti tal-kunsinni tas-salamandri bejn l-Istati Membri u għad-dħul fl-Unjoni (10) ta’ dawn il-kunsinni.
Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ salamandri domestiċi.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“salamandri” tfisser l-amfibji kollha tal-Ordni Caudata; |
(b) |
“Bsal” huwa l-fungus Batrachochytrium salamandrivorans (Renju tal-Fungi, Phylum Chytridiomycota, tal-Ordni Rhizophydiales); |
(c) |
“stabbiliment xieraq” huwa bini:
|
(d) |
“test dijanjostiku xieraq” huwa assaġġ ta’ reazzjoni katina bil-polimerażi kwantitattiva f’ħin reali (qPCR) li fih primers STerF u STerR speċifiċi skont l-ispeċi biex jamplifikaw framment ta’ DNA tal-Bsal ta’ 119-il nukleotida; |
Artikolu 3
Rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għall-movimenti tal-kunsinni tas-salamandri bejn l-Istati Membri
L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu li jintbagħtu kunsinni tas-salamandri lil Stat Membru ieħor, ħlief meta dawn il-kunsinni jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li ġejjin:
(a) |
is-salamandri jridu jiġu minn popolazzjoni fejn ma hemm:
|
(b) |
is-salamandri ma jridux juru sinjali kliniċi jew sintomi tal-Bsal, b’mod partikolari ma għandux ikollhom selħiet jew ulċeri li jidhru fuq il-ġilda meta jiġu eżaminati mill-veterinarju uffiċjali; dak l-eżami jrid isir tul l-aħħar 48 siegħa qabel ma tintbagħat il-kunsinna lejn l-Istat Membru tad-destinazzjoni; |
(c) |
il-kunsinna trid tikkonsisti minn salamandri li jikkonformaw ma’ mill-inqas wieħed mis-settijiet ta’ rekwiżiti li ġejjin:
|
(d) |
il-kunsinni jrid ikollhom ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jikkonforma mal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali stabbilit fil-Parti A tal-Anness I; |
Artikolu 4
Rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul ta’ kunsinni tas-salamandri fl-Unjoni
L-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla fl-Unjoni għandu jawtorizza biss id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni tas-salamandri minn pajjiżi u territorji terzi, ippreżentati għall-fini ta’ kontrolli uffiċjali kif previst fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) 2017/625 (11) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jekk l-eżitu ta’ dawk il-kontrolli uffiċjali fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jkun favorevoli u li dawn il-kunsinni jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
iridu jiġu minn pajjiż terz jew territorju ta’ oriġini li hu membru tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE); |
(b) |
is-salamandri fil-kunsinna ma jridux juru sinjali kliniċi tal-Bsal, b’mod partikolari ma għandu jkun hemm l-ebda sinjal ta’ selħiet jew ulċeri fil-ġilda meta jsir eżami kliniku mill-veterinarju uffiċjali għall-fini tal-ħruġ ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fil-punt (d); u dak l-eżami jrid ikun twettaq tul l-aħħar 48 siegħa qabel il-ħin tat-tagħbija għad-dispaċċ tal-kunsinna lejn l-Unjoni; |
(c) |
qabel ma jinħareġ iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fil-punt (d), l-unità epidemjoloġika bis-salamandri fil-kunsinna jeħtieġ li tkun ġiet iżolata minn salamandri oħrajn mhux aktar tard mill-ħin tal-eżami kliniku biex jinħareġ iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fil-punt (d) u ma jridux ikunu ġew f’kuntatt ma’ salamandri oħra minn dak iż-żmien. |
(d) |
irid ikollhom ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jikkonforma mal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali stabbilit fil-Parti B tal-Anness I; |
Artikolu 5
Attestazzjoni ta’ aċċettazzjoni rigward l-istabbiliment tad-destinazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-kunsinni tas-salamandri jkunu maħsuba għas-suq intern, l-operatur responsabbli għall-kunsinna għandu jipprovdi attestazzjoni bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera u ffirmata minn persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għal stabbiliment xieraq tad-destinazzjoni jew għal stabbiliment konfinat, li jkun fiha:
(a) |
l-isem, l-indirizz u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-istabbiliment tad-destinazzjoni jew in-numru tal-approvazzjoni f’każ ta’ stabbiliment konfinat; |
(b) |
f’każ ta’ stabbiliment xieraq tad-destinazzjoni, li dan jikkonforma mal-kundizzjonijiet minimi stabbiliti fl-Anness II; |
(c) |
li l-kunsinna tas-salamandri tkun aċċettata għall-kwarantina fl-istabbiliment tad-destinazzjoni jew fl-istabbiliment konfinat. |
Artikolu 6
Regoli ta’ kwarantina għall-kunsinni tas-salamandri li daħlu fl-Unjoni jew fi stabbiliment xieraq tad-destinazzjoni
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:
(a) |
l-operatur iżomm fi kwarantina l-kunsinna tas-salamandri fi stabbiliment xieraq tad-destinazzjoni sakemm jiġu rilaxxati minn dan l-istabbiliment mill-veterinarju uffiċjali; |
(b) |
veterinarju uffiċjali jispezzjona l-kundizzjonijiet tal-kwarantina fl-istabbiliment xieraq tad-destinazzjoni għal kull kunsinna tas-salamandri, u jeżamina r-rekords tal-mortalità u jagħmel spezzjoni klinika tas-salamandri, filwaqt li jiċċekkja b’mod partikolari għal selħiet jew ulċeri fuq il-ġilda; |
(c) |
il-veterinarju uffiċjali jwettaq eżami, kampjunar, ittestjar u proċeduri ta’ trattament għall-Bsal f’konformità mal-proċeduri msemmija fil-punti 1 u 2 tal-Anness III; |
(d) |
il-veterinarju uffiċjali jirrilaxxa biss il-kunsinna tas-salamandri minn dak l-istabbiliment xieraq permezz ta’ awtorizzazzjoni bil-miktub:
|
Artikolu 7
Miżuri li jridu jittieħdu fil-każ ta’ tifqigħa tal-Bsal fi stabbiliment xieraq tad-destinazzjoni
1. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li fejn ikun hemm tifqigħa tal-Bsal f’unità epidemjoloġika, l-istabbiliment xieraq tad-destinazzjoni jieħu l-miżuri li ġejjin :
(a) |
is-salamandri kollha fl-istess unità epidemjoloġika jew:
|
(b) |
wara li jitlestew il-miżuri msemmijin fil-punt (a), iż-żona fl-istabbiliment xieraq tad-destinazzjoni fejn tkun inżammet l-unità epidemjoloġika titnaddaf u tiġi ddiżinfettata b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti. |
2. L-awtorità kompetenti tista’ tirrikjedi l-ittestjar tas-salamandri ttrattati biex tiġi vverifikata l-effettività tat-trattament imsemmi fil-punt 1(a)(i) u tista’ teħtieġ trattamenti ripetuti, skont il-bżonn, biex tipprevjeni t-tifrix tal-Bsal.
Artikolu 8
Rekwiżiti tar-rappurtar annwali
Mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, dawk l-Istati Membri li jkunu mmaniġġjaw kunsinni tas-salamandri fis-sena preċedenti, għandhom jippreżentaw l-informazzjoni li ġejja għas-sena preċedenti lill-Kummissjoni u jiddistingwu bejn l-informazzjoni marbuta mal-movimenti ta’ dawn il-kunsinni bejn l-Istati Membri u d-dħul ta’ dawn il-kunsinni tas-salamandri fl-Unjoni:
(a) |
l-għadd ta’ unitajiet epidemjoloġiċi li kellhom tifqigħa tal-Bsal |
(b) |
l-għadd ta’ unitajiet epidemjoloġiċi ttrattati mingħajr tifqigħa tal-Bsal; |
(c) |
kull informazzjoni oħra li jqisu bħala rilevanti dwar l-ittestjar, it-trattament jew l-immaniġġjar tal-kunsinni tas-salamandri u dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 9
Applikabbiltà
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-21 ta’ April 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2022.
Artikolu 10
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(2) http://bsaleurope.com/european-distribution/
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/320 tat-28 ta’ Frar 2018 dwar ċerti miżuri għall-protezzjoni tas-saħħa fil-kummerċ intra-Unjoni tas-salamandri u l-introduzzjoni ta’ dawn l-annimali fl-Unjoni rigward il-fungus Batrachochytrium salamandrivorans (ĠU L 62, 5.3.2018, p. 18).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1998 tat-28 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/320 fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-annimali għas-salamandri fir-rigward tal-fungus Batrachochytrium salamandrivorans (ĠU L310, 2.12.2019, p. 35).
(5) EFSA Journal 2017;15(11):5071
(6) EFSA Journal 2017;15(2):4739.
(7) http://bsaleurope.com/scientific-publications/
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1).
(10) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni r-referenzi għall-“Unjoni” jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.
(11) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
(12) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
ANNESS I
Parti A
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI
għall-movimenti tas-salamandri bejn l-Istati Membri
Parti B
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI
għad-dħul fl-Unjoni tas-salamandri
ANNESS II
KUNDIZZJONIJIET MINIMI GĦALL-ISTABBILIMENTI XIERQA TAD-DESTINAZZJONI
(1) |
L-istabbiliment xieraq tad-destinazzjoni għandu:
|
(2) |
L-operatur tal-istabbiliment xieraq għandu jiżgura li:
|
(3) |
L-operatur tal-istabbiliment xieraq tad-destinazzjoni għandu jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-mard u l-imwiet tas-salamandri waqt il-kwarantina. |
(4) |
L-operatur tal-istabbiliment xieraq tad-destinazzjoni jżomm rekord:
|
ANNESS III
PROĊEDURI TAL-EŻAMI, TAL-KAMPJUNAR, TAL-ITTESTJAR U TAT-TRATTAMENT GĦALL-BSAL
(1) |
Tul il-kwarantina s-salamandri jiġu soġġetti għall-proċeduri li ġejjin:
|
(2) |
L-ittestjar kollu tal-kampjuni u l-eżami post-mortem li jsiru waqt il-kwarantina jridu jitwettqu fil-laboratorji indikati mill-awtorità kompetenti. |
(3) |
It-trattamenti li ġejjin jitqiesu sodisfaċenti:
|
(1) Meta wieħed jippreżumi prevalenza tal-Bsal ta’ 3 % fl-unità epidemjoloġika, tkun garantita rata ta’ affidabbiltà ta’ 95 % biex jiġi identifikat il-Bsal, u s-sensittività tat-test dijanjostiku xieraq tkun ikkalkolata bħala ta' 80 %.