This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D0103
Commission Implementing Decision (EU) 2021/103 of 29 January 2021 not approving carbon dioxide as an existing active substance for use in biocidal products of product-type 19 (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2021/103 tad-29 ta’ Jannar 2021 li ma tapprovax id-diossidu tal-karbonju bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 19 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2021/103 tad-29 ta’ Jannar 2021 li ma tapprovax id-diossidu tal-karbonju bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 19 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/407
ĠU L 34, 1.2.2021, pp. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
1.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/31 |
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/103
tad-29 ta’ Jannar 2021
li ma tapprovax id-diossidu tal-karbonju bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 19
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi eżistenti li jridu jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi d-diossidu tal-karbonju (Nru KE: 204-696-9; Nru CAS: 124-38-9). Dik il-lista tinkludi wkoll id-diossidu tal-karbonju ġġenerat mill-propan, mill-butan jew minn taħlita tat-tnejn permezz tal-kombustjoni. Din tal-aħħar mhijiex koperta minn din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(2) |
Il-parteċipanti kollha rtiraw l-appoġġ tagħhom għad-diossidu tal-karbonju għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 19, is-sustanzi li jbiegħdu u dawk li jattiraw. L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ppubblikat stedina miftuħa biex taqdi r-rwol ta’ parteċipant f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014. Ma ġiet ippreżentata l-ebda notifika skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament. F’konformità mal-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014, jenħtieġ li tiġi adottata deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni għal sustanzi attivi li ma jibqgħux appoġġati fil-programm ta’ rieżami għat-tip ta’ prodott ikkonċernat. |
|
(3) |
Id-diossidu tal-karbonju (Nru KE: 204-696-9; Nru CAS: 124-38-9) jenħtieġ li għaldaqstant ma jiġix approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 19. |
|
(4) |
Il-prodotti bijoċidali eżistenti tat-tip ta’ prodott 19 u li fihom id-diossidu tal-karbonju jistgħu jibqgħu jkunu disponibbli fis-suq u jintużaw qabel id-dati stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 89(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(5) |
Fi kwalunkwe każ, id-diossidu tal-karbonju huwa elenkat fil-kategorija 6 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Għaldaqstant il-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 19 li fihom id-diossidu tal-karbonju jistgħu jkunu disponibbli fis-suq u jintużaw diment li jkunu awtorizzati f’konformità ma’ dak ir-Regolament u diment li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet u mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness I għad-diossidu tal-karbonju. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-diossidu tal-karbonju (Nru KE: 204-696-9; Nru CAS: 124-38-9) mhuwiex approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 19.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).