Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0467

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/467 tal-25 ta’ Marzu 2020 li tistabbilixxi l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2020 u l-31 ta’ Lulju 2021 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2019)2249 final (notifikata bid-dokument C(2020) 1795)

C/2020/1795

ĠU L 98, 31.3.2020, pp. 34–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/03/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/467/oj

31.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/34


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/467

tal-25 ta’ Marzu 2020

li tistabbilixxi l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2020 u l-31 ta’ Lulju 2021 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2019)2249 final

(notifikata bid-dokument C(2020) 1795)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 (2), l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema tal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (l-iskema għall-iskejjel), iridu jippreżentaw it-talba tagħhom lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika li jmiss, u fejn applikabbli, jaġġornaw it-talba għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika attwali.

(2)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 137(1) tal-Ftehim dwar l-irtirar tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija, il-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni impenjati taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 jew perspettivi finanzjarji preċedenti għandhom jiġu implimentati fl-2019 u fl-2020 fir-rigward tar-Renju Unit abbażi tad-dritt tal-Unjoni applikabbli.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-iskema għall-iskejjel, jenħtieġ li tiġi ffissata l-allokazzjoni tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel fost l-Istati Membri parteċipanti, abbażi tal-ammonti indikati fit-talba għall-għajnuna tal-Unjoni minn dawk l-Istati Membri u billi jitqiesu t-trasferimenti bejn l-allokazzjonijiet indikattivi tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 23a(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(4)

L-Istati Membri kollha nnotifikaw lill-Kummissjoni bit-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2020 sal-31 ta’ Lulju 2021, billi speċifikaw l-ammont ta’ għajnuna meħtieġ għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel jew għall-ħalib fl-iskejjel, jew għaż-żewġ partijiet tal-iskema. Fil-każ tal-Belġju, ta’ Franza, ta’ Ċipru u tal-Iżvezja, l-ammonti mitluba qiesu t-trasferimenti bejn l-allokazzjonijiet indikattivi.

(5)

Sabiex jiġi mmassimizzat il-potenzjal sħiħ tal-fondi disponibbli, jenħtieġ li l-għajnuna tal-Unjoni mhux mitluba tiġi allokata mill-ġdid lill-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel li fit-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni, jindikaw li huma jinsabu lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni indikattiva tagħhom, jekk ikunu disponibbli riżorsi addizzjonali.

(6)

Fit-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2020 u l-31 ta’ Lulju 2021, l-Iżvezja u r-Renju Unit talbu anqas mill-allokazzjoni indikattiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u/jew għall-ħalib fl-iskejjel. Fit-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Iżvezja nnotifikaw li huma jinsabu lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni indikattiva għall-frott u l-ħxejjex u/jew għall-ħalib fl-iskejjel.

(7)

Abbażi tal-informazzjoni nnotifikata mill-Istati Membri, jenħtieġ li tiġi ffissata l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2020 u l-31 ta’ Lulju 2021.

(8)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019)2249 final (4) iffissat l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħaxix fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel fost l-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2019 u l-31 ta’ Lulju 2020. Xi Stati Membri aġġornaw it-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta ma’ dik is-sena skolastika. Il-Ġermanja, Spanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands u l-Awstrija nnotifikaw it-trasferimenti bejn l-allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u l-allokazzjoni definittiva għall-ħalib fl-iskejjel. Il-Belġju, in-Netherlands u l-Portugall talbu anqas mill-allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u/jew għall-ħalib fl-iskejjel. Iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Awstrija, ir-Rumanija u s-Slovakkja fit-talba tagħhom għall-għajnuna tal-Unjoni nnotifikaw li huma jinsabu lesti jużaw aktar mill-allokazzjoni indikattiva għall-frott u l-ħxejjex u/jew għall-ħalib fl-iskejjel.

(9)

Abbażi tal-informazzjoni nnotifikata mill-Istati Membri, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2019)2249 final tiġi emendata.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel fost l-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2020 u l-31 ta’ Lulju 2021 hija stabbilita fl-Anness I.

Artikolu 2

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2019)2249 final huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kummissjoni

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (ĠU L 5, 10.1.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019)2249 final tas-27 ta’ Marzu 2019 li tistabbilixxi l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2019 u l-31 ta’ Lulju 2020 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2018)1762 final.


ANNESS I

IS-SENA SKOLASTIKA 2020/2021

(f’EUR)

Stat Membru

Allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel

Allokazzjoni definittiva għall-ħalib fl-iskejjel

Il-Belġju

3 405 459

1 613 200

Il-Bulgarija

2 562 226

1 145 871

Iċ-Ċekja

3 918 810

1 813 713

Id-Danimarka

2 249 220

1 578 867

Il-Ġermanja

24 582 347

10 712 157

L-Estonja

542 176

727 890

L-Irlanda

2 238 463

1 029 094

Il-Greċja

3 218 885

1 550 685

Spanja

16 237 995

6 302 784

Franza

17 990 469

17 123 194

Il-Kroazja

1 636 896

874 426

L-Italja

20 493 267

9 016 105

Ċipru

390 044

400 177

Il-Latvja

769 194

736 593

Il-Litwanja

1 089 604

1 082 982

Il-Lussemburgu

333 895

204 752

L-Ungerija

3 666 098

1 927 193

Malta

319 478

200 892

In-Netherlands

6 683 866

2 401 061

L-Awstrija

2 796 946

1 250 119

Il-Polonja

14 394 215

10 941 915

Il-Portugall

3 283 397

2 220 981

Ir-Rumanija

7 866 848

10 771 254

Is-Slovenja

701 580

359 649

Is-Slovakkja

2 098 537

1 004 766

Il-Finlandja

1 599 047

3 824 689

L-Iżvezja

0

9 217 369

Ir-Renju Unit

0

4 898 661

TOTAL

145 068 962

104 931 038


ANNESS II

“ANNESS I

IS-SENA SKOLASTIKA 2019/2020

(f’EUR)

Stat Membru

Allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel

Allokazzjoni definittiva għall-ħalib fl-iskejjel

Il-Belġju

2 506 459

855 200

Il-Bulgarija

2 592 914

1 156 473

Iċ-Ċekja

4 163 260

2 103 744

Id-Danimarka

1 807 661

1 460 645

Il-Ġermanja

26 436 867

10 437 134

L-Estonja

573 599

765 332

L-Irlanda

2 266 887

1 201 217

Il-Greċja

3 218 885

1 550 685

Spanja

17 454 573

6 136 910

Franza

17 990 469

17 123 194

Il-Kroazja

1 660 486

800 354

L-Italja

20 811 379

9 120 871

Ċipru

390 044

400 177

Il-Latvja

814 976

788 002

Il-Litwanja

1 144 738

1 150 401

Il-Lussemburgu

381 828

165 000

L-Ungerija

3 886 202

2 171 100

Malta

296 797

211 122

In-Netherlands

7 255 860

1 320 848

L-Awstrija

3 116 669

1 113 019

Il-Polonja

14 579 625

11 005 606

Il-Portugall

1 553 912

2 151 570

Ir-Rumanija

6 866 848

11 301 317

Is-Slovenja

708 635

362 276

Is-Slovakkja

2 206 132

1 140 984

Il-Finlandja

1 599 047

3 824 689

L-Iżvezja

0

8 998 717

Ir-Renju Unit

0

4 898 661

TOTAL

146 284 753

103 715 247


Top