This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0464
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/464 of 26 March 2020 laying down certain rules for the application of Regulation (EU) 2018/848 of the European Parliament and of the Council as regards the documents needed for the retroactive recognition of periods for the purpose of conversion, the production of organic products and information to be provided by Member States (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/464 tas-26 ta’ Marzu 2020 li jistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti meħtieġa għar-rikonoxximent retroattiv tal-perjodi għall-konverżjoni, il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi u l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/464 tas-26 ta’ Marzu 2020 li jistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti meħtieġa għar-rikonoxximent retroattiv tal-perjodi għall-konverżjoni, il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi u l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/1772
ĠU L 98, 31.3.2020, p. 2–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 25/11/2021
31.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 98/2 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/464
tas-26 ta’ Marzu 2020
li jistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti meħtieġa għar-rikonoxximent retroattiv tal-perjodi għall-konverżjoni, il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi u l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6), l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 17(3) u l-Artikolu 26(7)(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2018/848 jistabbilixxi regoli ġenerali tal-produzzjoni għall-prodotti organiċi, filwaqt li r-regoli dettaljati dwar il-produzzjoni huma stabbiliti fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti regoli addizzjonali. |
(2) |
Il-konverżjoni għall-metodu ta’ produzzjoni organika teħtieġ ċerti perjodi ta’ adattament tal-mezzi kollha li jkunu qegħdin jintużaw. Il-perjodu ta’ konverżjoni meħtieġ jibda, l-iktar kmieni, wara li bidwi jew operatur li jipproduċi alki jew annimali tal-akkwakultura jkun innotifika l-attività lill-awtoritajiet kompetenti. Bħala eċċezzjoni u taħt ċertu kundizzjonijiet, perjodu preċedenti jista’ jiġi rikonoxxut b’mod retroattiv bħala parti mill-perjodu ta’ konverżjoni. Jenħtieġ li jkunu speċifikati d-dokumenti li jridu jiġu sottomessi lill-awtoritajiet kompetenti għar-rikonoxximent retroattiv ta’ perjodu preċedenti. |
(3) |
Sabiex tiġi żgurata l-osservanza ta’ livell għoli ta’ benessri tal-annimali li jirrispetta l-bżonnijiet speċifiċi għall-ispeċi fil-produzzjoni organika tal-bhejjem, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti d-densitajiet tal-ħżin, is-superfiċji minimi għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra u l-karatteristiċi tagħhom, kif ukoll ir-rekwiżiti tekniċi u l-karatteristiċi għall-bini u l-ispazji fil-miftuħ għall-annimali bovini, ovini, kaprini, ekwini, ċervini, il-ħnieżer, it-tjur u l-fniek. Barra minn dan, għal annimali li qed jitreddgħu, jenħtieġ li jiġu stipulati wkoll il-perjodi minimi li jrid ikun hemm konformità magħhom għat-tmigħ preferibbilment bil-ħalib tal-omm. |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-osservanza ta’ livell għoli ta’ benessri tal-annimali li jirrispetta l-bżonnijiet speċifiċi għall-ispeċi fil-produzzjoni tal-akkwakultura organika, huwa meħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti regoli għal kull speċi jew għall kull grupp ta’ speċijiet fuq id-densitajiet tal-ħżin u l-karatteristiċi għas-sistemi tal-produzzjoni u għas-sistemi ta’ konteniment għall-annimali tal-akkwakultura. |
(5) |
Jenħtieġ li l-prodotti organiċi pproċessati jsiru bl-użu ta’ metodi ta’ pproċessar li jiggarantixxu li l-karatteristiċi u l-kwalitajiet organiċi tal-prodotti jinżammu fl-istadji kollha tal-produzzjoni organika. Meta jitqies l-għadd kbir ta’ tekniki użati fl-ipproċessar tal-prodotti tal-ikel fil-produzzjoni organika, mhux possibbli li tiġi stabbilita lista eżawrjenti tat-tekniki kollha awtorizzati. Għalhekk, bħala regola ġenerali, it-tekniki li jikkonformaw mal-prinċipji u r-regoli tal-produzzjoni rilevanti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/848 jenħtieġ li jitqiesu awtorizzati fl-ipproċessar tal-prodotti tal-ikel fil-produzzjoni organika. |
(6) |
Madankollu, għal ċerti tekniki użati fl-ipproċessar ta’ prodotti tal-ikel organiċi speċifiċi, l-opinjonijiet tal-Istati Membri jistgħu jvarjaw fir-rigward tal-konformità ta’ teknika mal-prinċipji u r-regoli tal-produzzjoni rilevanti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/848 għall-produzzjoni ta’ prodotti speċifiċi. Għal każijiet bħal dawn, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar kif tali teknika tista’ tiġi vvalutata u, jekk jiġi kkonfermat li hija konformi ma’ dawk il-prinċipji u r-regoli tal-produzzjoni, kif tista’ tiġi awtorizzata mill-Kummissjoni għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-ikel speċifiċi, fejn xieraq taħt ċerti kundizzjonijiet. |
(7) |
Jistgħu jkunu meħtieġa t-tekniki tal-iskambju tal-joni u tar-reżina tal-adsorbiment -għall-produzzjoni tal-formuli tat-trabi u formuli ta’ prosegwiment u ikel iipproċessat biċ-ċereali u ikel tat-trabi kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-kompożizzjoni stabbiliti f’dak ir-Regolament u f’atti adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament għall-prodotti kkonċernati, jew fil-prodotti rregolati mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE (3). Huwa meħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta’ tekniki ta’ skambju u adsorbiment tal-joni għal dawn il-kategoriji ta’ prodotti. |
(8) |
B’mod simili bħal għat-tekniki awtorizzati għall-użu fl-ipproċessar ta’ prodotti tal-ikel, jenħtieġ li ma jintużawx tekniki li jirrikostitwixxu l-proprjetajiet li jintilfu fl-ipproċessar u fil-ħżin tal-għalf organiku, li jikkoreġu r-riżultati ta’ negliġenza fl-ipproċessar tal-għalf organiku, jew li b’xi mod jistgħu jqarrqu fir-rigward tan-natura vera ta’ prodotti maħsubin biex jiġu kkummerċjalizzati bħala għalf organiku. |
(9) |
Jekk jitqies l-għadd kbir ta’ tekniki użati fl-ipproċessar ta’ prodotti tal-għalf speċifiċi fil-produzzjoni organika, mhux possibbli li tiġi stabbilita lista eżawrjenti tat-tekniki kollha awtorizzati. Għalhekk, bħala regola ġenerali, it-tekniki li jikkonformaw mal-prinċipji u r-regoli tal-produzzjoni rilevanti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/848 jenħtieġ li jitqiesu bħala awtorizzati fl-ipproċessar tal-prodotti tal-għalf fil-produzzjoni organika. |
(10) |
Madankollu, għal ċerti tekniki użati fl-ipproċessar ta’ prodotti tal-għalf organiċi speċifiċi, l-opinjonijiet tal-Istati Membri jistgħu jvarjaw dwar il-konformità ta’ teknika mal-prinċipji u r-regoli tal-produzzjoni rilevanti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/848. Għal każijiet bħal dawn, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar kif tali teknika tista’ tiġi vvalutata u, jekk jiġi kkonfermat li hija konformi ma’ dawk il-prinċipji u r-regoli tal-produzzjoni, kif tista’ tiġi awtorizzata mill-Kummissjoni għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-għalf speċifiċi, fejn xieraq taħt ċertu kundizzjonijiet. |
(11) |
Jenħtieġ li fil-produzzjoni organika jintuża materjal riproduttiv tal-pjanti organiku, annimali organiċi u l-frieħ tal-akkwakultura organiċi. Sabiex l-operaturi organiċi jiġu megħjuna jsibu informazzjoni dwar id-disponibbiltà tagħhom, jenħtieġ li kull Stat Membru jkollu stabbiliti sistemi li jippermettu, lill-operaturi li jikkummerċjalizzaw materjal riproduttiv tal-pjanti organiku u li qed jiġi konvertit, annimali organiċi jew frieħ tal-akkwakultura organiċi, jagħmlu disponibbli pubblikament l-informazzjoni dwar il-provvisti tagħhom. B’mod partikolari, jenħtieġ li tkun disponibbli pubblikament informazzjoni dettaljata dwar tali speċijiet li jistgħu jipprovdu fi kwantitajiet suffiċjenti u f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Darba fis-sena, jenħtieġ li l-Istati Membru jipprovdu lill-Kummissjoni bis-sinteżi ta’ tali informazzjoni, kif ukoll informazzjoni dwar id-derogi mogħtija fil-każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà. |
(12) |
In-nibbieta huma esklużi mill-ġbir u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar materjal riproduttiv tal-pjanti organiku u li qed jiġi konvertit. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat approċċ armonizzat, jixraq li tiġi stabbilita definizzjoni ta’ nibbieta. |
(13) |
Sabiex jiġu indirizzati l-bżonnijiet nutrittivi għal komposti ta’ proteini speċifiċi ta’ tjur u ħnieżer żgħar li jiżnu sa 35 kg, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-użu ta’ għalf tal-proteini mhux organiku fid-dieti tat-tjur u l-ħnieżer taħt kundizzjonijiet stretti u sal-31 ta’ Diċembru 2025. Sabiex dawn ir-regoli rispettivi jitneħħew gradwalment, u għall-fini tal-Artikolu 53(6)(c) tar-Regolament (UE) 2018/848, jenħtieġ li l-Kummissjoni tissorvelja l-użu tagħhom filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tad-disponibbiltà fis-suq ta’ għalf tal-proteini organiku. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tfassal kwestjonarju ffukat, u li l-Istati Membri jissottomettu lill-Kummissjoni kull sena l-kwestjonarju mimli bl-informazzjoni rilevanti fil-qosor li tinġabar dwar id-disponibbiltà tal-għalf tal-proteini organiku u l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-produtturi tat-tjur u tal-ħnieżer biex jużaw għalf tal-proteini mhux organiku. |
(14) |
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll sistema ta’ informazzjoni simili dwar id-disponibbiltà relatata mar-razez adattati għall-produzzjoni organika jew l-għattuq organiċi. Fid-dawl tat-tneħħija gradwali possibbli tad-derogi għall-użu ta’ annimali jew għattuq mhux organiċi, huwa importanti li tinġabar data dwar id-disponibbiltà ta’ razez imrobbija b’mod organiku magħżulin speċifikament b’rispett tal-prinċipji u l-objettivi organiċi. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti d-dettalji tad-data armonizzata li trid tiġi rrapportata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. |
(15) |
Operaturi li jkunu qed jipproduċu bhejjem skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (5) se jkollhom jadattaw is-sistemi tal-produzzjoni tagħhom biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi speċifiċi ġodda stabbiliti f’dan ir-Regolament li jaffettwaw id-densità tal-ħżin, il-karatteristiċi strutturali tal-postijiet fejn jinżammu l-annimali u t-tagħmir relatat, l-ispazji disponibbli u l-ġestjoni tal-art, u s-sistema tal-produzzjoni tal-azjenda inġenerali. Dawn l-adattamenti se jeħtieġu perjodi ta’ żmien varjabbli skont safejn jaslu l-interventi meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti f’dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-produzzjonijiet li jkunu għaddejjin. |
(16) |
B’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw id-densità tal-ħżin, is-superfiċji minimi fuq ġewwa u fuq barra għall-għattuq u s-sriedaq, l-estensjoni massima tal-ispazji fil-miftuħ għall-gallinari, l-għadd massimu ta’ livelli u t-tagħmir għal sistema effiċjenti għat-tneħħija tad-demel f’gallinari b’livelli multipli, jistgħu jimplikaw xogħlijiet tanġibbli u investimenti bħall-bini mill-ġdid tal-postijiet fejn joqogħdu l-annimali u akkwisti tal-art, jew l-arranġament mill-ġdid u totali tal-postijiet fejn joqogħdu l-annimali għal ċerti azjendi jew unitajiet tal-produzzjoni li s’issa kienu qed jipproduċu b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008. Għaldaqstant, jenħtieġ li jingħata perjodu tranżizzjonali ta’ mhux iktar minn 8 snin mill-1 ta’ Jannar 2021 lil dawk l-azjendi jew unitajiet tal-produzzjoni, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-adattamenti meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda. |
(17) |
Ir-rekwiżit relatat mal-ħnieżer li jistipula li perċentwal minimu tas-superfiċju tal-ispazju fuq barra jrid jikkonsisti minn kostruzzjoni solida jista’ jimplika bini mill-ġdid tal-faċilitajiet esterni u bidliet fis-sistema ta’ ġbir tad-demel f’azjendi jew unitajiet tal-produzzjoni li s’issa kienu qed jipproduċu b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008. Għaldaqstant, jenħtieġ li jingħata perjodu tranżizzjonali ta’ mhux iktar minn 8 snin mill-1 ta’ Jannar 2021 lil dawk l-azjendi jew unitajiet tal-produzzjoni sabiex ikunu jistgħu jwettqu r-rinnovazzjoni maġġuri meħtieġa tal-postijiet esterni fejn joqogħdu l-annimali, jew is-sostituzzjoni tat-tagħmir, biex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda. |
(18) |
Barra minn dan, it-tul tat-toqob li minnhom jistgħu jgħaddu l-annimali bejn il-verandi u l-parti fuq ġewwa tal-gallinar, ir-rekwiżit dwar il-partizzjonijiet solidi għat-tjur tas-simna minbarra l-Gallus gallus, u r-rekwiżiti speċifiċi dwar il-perċi li l-livelli elevati fejn jistgħu joqogħdu bilqiegħda, jistgħu jimplikaw adattamenti tanġibbli bħar-rinnovazzjoni ta’ parti tal-post fejn joqogħdu l-annimali u l-akkwist ta’ tagħmir ġdid għall-azjendi li s’issa kienu qed jipproduċu b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008. Għaldaqstant, jenħtieġ li jingħata perjodu tranżizzjonali ta’ mhux iktar minn 3 snin mill-1 ta’ Jannar 2021 lil dawk l-azjendi jew unitajiet tal-produzzjoni, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-adattamenti meħtieġa tal-postijiet fejn joqogħdu l-annimali jew is-sostituzzjoni tat-tagħmir biex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda. |
(19) |
Fl-aħħar nett, il-metodu tal-kalkolu tas-superfiċje minima tal-ispazju fuq ġewwa fil-gallinari b’parti fuq barra tal-bini, jista’ jimplika adattament bħat-tnaqqis maġġuri tad-densità tal-ħżin tat-tjur, jew ir-rinnovament tal-bini għall-azjendi li s’issa ilhom jipproduċu b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008. Għaldaqstant, jenħtieġ li jingħata perjodu tranżitorju ta’ mhux iktar minn 3 snin mill-1 ta’ Jannar 2021 lil dawk l-azjendi jew unitajiet tal-produzzjoni, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-adattamenti meħtieġa tal-postijiet fejn joqogħdu l-annimali jew is-sostituzzjoni tat-tagħmir biex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda. |
(20) |
Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848. |
(21) |
Il-miżuri li hemm provvediment għalihom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Produzzjoni Organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
KONVERŻJONI
Artikolu 1
Dokumenti li jridu jiġu pprovduti għar-rikonoxximent retroattiv ta’ perjodu preċedenti
1. Għall-fini tal-punt (a) tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2018/848, l-operatur għandu jissottometti lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru li fih titwettaq l-attività u li fih l-azjenda tal-operatur hija soġġetta għas-sistema ta’ kontroll, id-dokumenti uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti li juru li l-irqajja’ tal-art li għalihom huwa mitlub ir-rikonoxximent retroattiv ta’ perjodu preċedenti kienu soġġetti għal miżuri li kienu ddefiniti fi programm implimentat skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u li l-ebda prodott jew sustanza ħlief dawk awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika ma ntużaw fuq dawk l-irqajja’ tal-art.
2. Għall-fini tal-punt (b) tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2018/848, l-operatur għandu jissottometti lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru li fih titwettaq l-attività u li fih l-azjenda tal-operatur hija soġġetta għas-sistema ta’ kontroll, id-dokumenti li ġejjin li juru li l-irqajja’ tal-art kienu żoni naturali jew agrikoli li, għal perjodu ta’ mill-inqas tliet snin, ma kinux ittrattati bi prodotti jew sustanzi li mhumiex awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika skont ir-Regolament (UE) 2018/848:
(a) |
mapep li jidentifikaw b’mod ċar kull roqgħa art koperta mit-talba għal rikonoxximent retroattiv, u informazzjoni dwar is-superfiċje totali ta’ dawk l-irqajja’ tal-art, u jekk rilevanti, dwar in-natura u l-volum tal-produzzjoni li għaddejja u, fejn disponibbli, il-koordinati tal-ġeolokalizzazzjoni tagħhom; |
(b) |
l-analiżi tar-riskju dettaljata mwettqa mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll biex jivvaluta jekk kwalunkwe roqgħa art koperta mit-talba għal rikonoxximent retroattiv kinitx ittrattata bi prodotti jew sustanzi li mhumiex awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika għal perjodu ta’ mill-inqas tliet snin, b’mod partikolari fid-dawl tad-daqs tas-superfiċje totali li għalih tirreferi t-talba u l-prattiki agronomiċi mwettqa matul dak il-perjodu fuq kull roqgħa art soġġetta għat-talba; |
(c) |
ir-riżultati tal-analiżi tal-laboratorju mil-laboratorji akkreditati fuq il-kampjuni tal-ħamrija u/jew tal-pjanti meħuda mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll minn kull roqgħa art identifikata li tippreżenta r-riskju li tkun ikkontaminata b’riżultat ta’ trattament bi prodotti u sustanzi li mhumiex awtorizzati għall-użu fil-produzzjoni organika wara l-analiżi tar-riskju dettaljata msemmija fil-punt (b); |
(d) |
rapport ta’ spezzjoni mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll wara spezzjoni fiżika tal-operatur għall-verifika tal-konsistenza tal-informazzjoni miġbura fuq l-irqajja’ tal-art koperti mit-talba għal rikonoxximent retroattiv; |
(e) |
kull dokument rilevanti ieħor meqjus neċessarju mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll biex jivvalutaw it-talba għal rikonoxximent reċiproku; |
(f) |
dikjarazzjoni finali bil-miktub tal-awtorità tal-kontroll jew tal-korp ta’ kontroll li tindika jekk ir-rikonoxximent reċiproku ta’ perjodu preċedenti bħala parti mill-perjodu ta’ konverżjoni huwiex ġustifikat, u li tindika l-perjodu tal-bidu meqjus bħala organiku għal kull roqgħa art ikkonċernata kif ukoll is-superfiċje totali tal-irqajja’ tal-art li qed jibbenefikaw minn rikonoxximent retroattiv ta’ perjodu. |
KAPITOLU II
BHEJJEM
TAQSIMA 1
ANNIMALI BOVINI, ANNIMALI OVINI, ANNIMALI KAPRINI U ANNIMALI EKWINI
Artikolu 2
Perjodu minimu għat-tmigħ bil-ħalib tal-omm
Il-perjodu minimu msemmi fil-punt 1.4.1(g) tal-Parti II tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/848 għat-tmigħ ta’ annimali li qed jitreddgħu preferibbilment bil-ħalib tal-omm għandu jkun:
(a) |
90 jum wara t-twelid għal annimali bovini u annimali ekwini; |
(b) |
45 jum wara t-twelid għal annimali ovini u annimali kaprini. |
Artikolu 3
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra
Għal annimali bovini, annimali ovini, annimali kaprini u annimali ekwini, id-densità tal-ħżin u s-superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti I tal-Anness I.
Artikolu 4
Karatteristiċi u rekwiżiti tekniċi tas-superfiċje minima għall-ispazju fuq ġewwa
Mill-inqas nofs is-superfiċje minima tal-ispazju fuq ġewwa kif stabbilit fil-Parti I tal-Anness I għal annimali bovini, annimali ovini, annimali kaprini u annimali ekwini għandu jikkonsisti minn kostruzzjoni solida, jiġifieri, mhux minn kostruzzjoni f’għamla ta’ gradilja jew grilja.
TAQSIMA 2
ANNIMALI ĊERVINI
Artikolu 5
Perjodu minimu għat-tmigħ bil-ħalib tal-omm
Il-perjodu minimu msemmi fil-punt 1.4.1(g) tal-Parti II tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/848 għat-tmigħ ta’ annimali ċervini li qed jitreddgħu preferibbilment bil-ħalib tal-omm għandu jkun ta’ 90 jum wara t-twelid.
Artikolu 6
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq barra
Għal annimali ċervini, id-densità tal-ħżin u s-superfiċje minima għall-ispazji fuq barra għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti II tal-Anness I.
Artikolu 7
Karatteristiċi u rekwiżiti tekniċi tal-ispazji magħluqa jew l-imqajjel fuq barra
1. L-annimali ċervini għandhom jinżammu fi spazji magħluqa jew imqajjel fuq barra li jipprovdu mergħa kull meta l-kundizzjonijiet jippermettu.
2. L-ispazji magħluqa jew l-imqajjel fuq barra għandhom ikunu mibnija b’mod li l-ispeċijiet differenti ta’ annimali ċervini jkunu jistgħu jiġu separati jekk dan ikun meħtieġ.
3. Kull spazju magħluq jew maqjel fuq barra għandu jkun jew diviżibbli f’żewġ żoni jew adjaċenti għal spazju magħluq jew maqjel fuq barra ieħor, sabiex il-miżuri ta’ manutenzjoni jkunu jistgħu jitwettqu fuq kull żona jew kull spazju magħluq jew maqjel fuq barra suċċessivament.
Artikolu 8
Rekwiżiti għall-veġetazzjoni u karatteristiċi tal-faċilitajiet protetti u l-ispazji fil-miftuħ
1. Faċilitajiet ta’ protezzjoni viżiva u mit-temp għandhom jiġu pprovduti lill-annimali ċervini preferibbilment permezz ta’ postijiet tal-kenn naturali, bħall-inklużjoni ta’ gruppi ta’ siġar u arbuxxelli, partijiet ta’ foresti jew il-borduri ta’ boskijiet fl-ispazju magħluq jew il-maqjel fuq barra; jekk dan ma jkunx fattibbli sa livell suffiċjenti s-sena kollha, għandhom jiġu pprovduti postijiet tal-kenn artifiċjali bis-saqaf.
2. L-ispazji magħluqa jew l-imqajjel fuq barra għall-annimali ċervini għandhom ikunu mgħammra b’faċilitajiet jew koperti b’veġetazzjoni li jippermettu lill-annimali jogħrku l-bellus mill-qarn imsaġġar tagħhom.
3. Fl-aħħar stadju tat-tqala u ġimagħtejn wara t-twelid, l-annimali ċervini nisa għandu jkollhom aċċess għal żoni koperti minn veġetazzjoni li jippermettu li dawn jaħbu l-għoġġiela tagħhom.
4. Iċ-ċnut madwar l-ispazji magħluqa jew l-imqajjel fuq barra għandhom ikunu mibnija b’mod li l-annimali ċervini ma jistgħux jaħarbu.
TAQSIMA 3
ĦNIEŻER
Artikolu 9
Perjodu minimu għat-tmigħ bil-ħalib tal-omm
Il-perjodu minimu msemmi fil-punt 1.4.1(g) tal-Parti II tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/848 għat-tmigħ ta’ ħnieżer li qed jitreddgħu preferibbilment bil-ħalib tal-omm għandu jkun ta’ 40 jum wara t-twelid.
Artikolu 10
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra
Għall-ħnieżer, id-densità tal-ħżin u s-superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti III tal-Anness I.
Artikolu 11
Karatteristiċi u rekwiżiti tekniċi tas-superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra
Mill-inqas nofs is-superfiċje minima kemm tal-ispazju fuq ġewwa kif ukoll ta’ dak fuq barra kif stabbilit fil-Parti III tal-Annes I għandu jikkonsisti minn kostruzzjoni solida, jiġifieri mhux kostruzzjoni f’għamla ta’ gradilja jew grilja.
Artikolu 12
Rekwiżiti għall-veġetazzjoni u karatteristiċi tal-ispazji fil-miftuħ
1. L-ispazji fil-miftuħ għandhom ikunu attraenti għall-ħnieżer. Fejn possibbli, għandha tingħata preferenza lil għelieqi bis-siġar jew foresti.
2. L-ispazji fil-miftuħ għandhom jipprovdu l-klima ta’ barra kif ukoll aċċess għal postijiet tal-kenn u mezzi li jippermettu r-regolazzjoni tat-temperatura tal-ġisem tal-ħnieżer.
TAQSIMA 4
TJUR
Artikolu 13
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ din it-Taqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“tjur tas-simna” tfisser tjur maħsuba għall-produzzjoni tal-laħam; |
(b) |
“qatgħa” fil-kuntest ta’ kompartimenti fil-gallinari tfisser grupp ta’ għasafar li jinżammu flimkien li ma jkunux imħalltin ma’ speċijiet ta’ tjur oħra, u bl-ispazji fuq ġewwa u fuq barra ddedikati għalihom; |
(c) |
“serduq” tfisser tiġieġa raġel ta’ razez ta’ tiġieġ tal-bajd maħsub għall-produzzjoni tal-laħam; |
(d) |
“tiġieġa tas-simna” tfisser Gallus gallus mara maħsuba għall-produzzjoni tal-laħam u li tinqatel meta jkollha mill-inqas 120 jum. |
Artikolu 14
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra
Għat-tjur, id-densità tal-ħżin u s-superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti IV tal-Anness I.
Artikolu 15
Karatteristiċi u rekwiżiti tekniċi tal-gallinari
1. Il-gallinari għandhom ikunu mibnija b’tali mod li l-għasafar kollha jkollhom aċċess faċli għall-ispazji fil-miftuħ. F’dan il-każ, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
(a) |
il-fruntiera esterna tal-gallinar għandu jkollha toqob għall-ħruġ/dħul li jagħtu aċċess dirett għall-ispazji fil-miftuħ; |
(b) |
kull toqba tal-ħruġ/dħul għandha tkun ta’ daqs xieraq għall-għasafar; |
(c) |
l-għasafar għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw it-toqob mingħajr ebda ostaklu; |
(d) |
it-toqob mill-fruntiera esterna tal-gallinar għandu jkollhom tul ikkombinat ta’ mill-inqas 4 m għal kull 100 m2 tal-ispazju utli tas-superfiċje minima tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar; |
(e) |
fejn it-toqob ikunu elevati, għandha tiġi pprovduta rampa. |
2. Għal gallinari bil-verandi, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
(a) |
il-fruntiera esterna kemm mill-gallinar ta’ ġewwa għall-veranda u mill-veranda għall-ispazju fil-miftuħ għandu jkollha toqob għall-ħruġ/dħul li jippermettu aċċess faċli rispettivament għall-veranda u għall-ispazju fil-miftuħ; |
(b) |
it-toqob mill-gallinar ta’ ġewwa għall-veranda għandu jkollhom tul ikkombinat ta’ mill-inqas 2 m kull 100 m2 tal-ispazju utli tas-superfiċje minima tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar, u t-toqob mill-veranda għall-ispazju fil-beraħ għandu jkollhom tul ikkombinat ta’ mill-inqas 4 m kull 100 m2 tal-ispazju utli tas-superfiċje minima ta’ ġewwa tal-gallinar; |
(c) |
l-ispazju utli tal-veranda ma għandux jitqies għall-kalkolu tad-densità tal-ħżin u s-superfiċje minima tal-ispazji fuq ġewwa u fuq barra kif stabbilit fil-Parti IV tal-Anness I. Madankollu, parti addizzjonali, fuq barra u bis-saqaf, ta’ binja intiża għat-tjur, iżolata b’mod li ma jkollhiex klima ta’ barra, tista’ titqies għall-kalkolu tad-densità tal-ħżin u s-superfiċje minima taż-żoni fuq ġewwa kif stabbilit fil-Parti IV tal-Anness I, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(d) |
l-ispazju utli tal-veranda ma għandux jiġi inkluż fl-ispazju utli totali tal-gallinari għat-tjur tas-simna kif imsemmi fil-punt 1.9.4.4(m) tal-Parti II tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848. |
3. Għall-gallinari suddiviżi f’kompartimenti separati sabiex jakkomodaw diversi qatgħat:
(a) |
il-kompartimenti għandhom jiżguraw li l-kuntatt ma’ qatgħat oħra jkun ristrett, u li l-għasafar minn qatgħat differenti ma jkunux jistgħu jitħalltu fil-gallinar; |
(b) |
għandhom japplikaw id-daqsijiet tal-qatgħat massimi li ġejjin f’kompartiment uniku ta’ gallinar:
|
(c) |
il-kompartimenti għandhom ikunu separati b’partizzjonijiet solidi għat-tjur tas-simna minbarra l-Gallus Gallus; partizzjoni solida bħal din għandha tiżgura separazzjoni fiżika sħiħa mill-art sas-saqaf tal-bini ta’ kull kompartiment tal-gallinar; |
(d) |
il-kompartimenti għandhom ikunu separati b’partizzjonijiet solidi jew partizzjonijiet nofshom magħluqa jew xbieki jew xbieki mmaljati għal ġenituri tal-Gallus gallus, tiġieġ tal-bajd, għattuq, sriedaq u tjur tas-simna Gallus gallus. |
4. Fil-gallinari jistgħu jintużaw sistemi b’ħafna livelli. Fejn jintużaw sistemi b’ħafna livelli, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
(a) |
is-sistemi b’ħafna livelli jistgħu jintużaw biss għal ġenituri tal-Gallus gallus, tiġieġ tal-bajd, għattuq għal ġenituri futuri u sriedaq; |
(b) |
sistemi b’ħafna livelli m’għandux ikollhom iktar minn tliet livelli ta’ spazju utli inkluż is-sular t’isfel; |
(c) |
il-livelli elevati għandhom jiġu mibnija b’mod li jevitaw li jaqa’ l-ħmieġ fuq l-għasafar li jinsabu isfel, u għandhom ikunu mgħammra b’sistema effiċjenti għat-tneħħija tad-demel; |
(d) |
il-livelli kollha għandhom jippermettu spezzjoni faċli tal-għasafar; |
(e) |
is-sistemi b’ħafna livelli għandhom jiżguraw li l-għasafar kollha jistgħu jiċċaqilqu b’mod ħieles u faċilment għal-livelli differenti jew l-ispazji intermedji; |
(f) |
is-sistemi b’ħafna livelli għandhom jiġu mibnija b’mod li jipprovdu aċċess ugwali u faċli għall-ispazji fil-beraħ għall-għasafar kollha. |
5. Il-gallinari għandhom ikunu mgħammra b’perċi jew livelli elevanti fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn. Il-perċi jew il-livelli elevanti fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn għandhom jiġu pprovduti lill-għasafar minn età żgħira f’dimensjonijiet jew proporzjonijiet li huma proporzjonali għad-daqs tal-grupp u tal-għasafar kif stabbilit fil-Parti IV tal-Anness I.
6. Gallinari mobbli jistgħu jintużaw għat-tjur sakemm dawn jiġu mċaqalqa b’mod regolari matul iċ-ċiklu tal-produzzjoni, sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ veġetazzjoni għall-għasafar u mill-inqas bejn kull lott ta’ tjur. Id-densità tal-ħżin għat-tjur tas-simna stabbilita fit-Taqsimiet 4 sa 9 tal-Parti IV tal-Anness I tista’ tiġi miżjuda għal mhux iktar minn 30 kg ta’ piż ħaj/m2 sakemm is-superfiċje tas-sular t’isfel tal-gallinar mobbli ma taqbiżx il-150 m2.
Artikolu 16
Rekwiżiti għall-veġetazzjoni u karatteristiċi tal-ispazji fil-miftuħ
1. L-ispazji fil-miftuħ għat-tjur għandhom ikunu attraenti għall-għasafar, u għandhom ikunu aċċessibbli kompletament għall-għasafar kollha.
2. Għall-gallinari suddiviżi f’kompartimenti separati sabiex jakkomodaw diversi qatgħat, l-ispazji fil-miftuħ li jikkorrispondu għal kull kompartiment għandhom ikunu separati, sabiex jiżguraw li l-kuntatt ma’ qatgħat oħra jkun ristrett u li l-għasafar minn qatgħat differenti ma jitħalltux.
3. L-ispazji fil-miftuħ għat-tjur għandhom ikunu koperti l-aktar b’veġetazzjoni magħmula minn firxa vasta ta’ pjanti.
4. L-ispazji fil-miftuħ għandhom jipprovdu lill-għasafar b’għadd suffiċjenti ta’ faċilitajiet protettivi jew postijiet tal-kenn jew arbuxxelli jew siġar distribwiti tul l-ispazji fil-miftuħ kollha, sabiex jiġi żgurat li l-għasafar ikunu qed jużaw l-ispazju fil-miftuħ kollu b’mod bilanċjat.
5. Il-veġetazzjoni fl-ispazju fil-miftuħ għandha ssir manutenzjoni regolari tagħha biex jitnaqqas il-potenzjal li jinġemgħu eċċessi ta’ nutrijenti.
6. L-ispazji fil-miftuħ m’għandhomx jestendu iktar minn radju ta’ 150 m mill-eqreb toqba tal-ħruġ/dħul tal-gallinar. Madankollu, hija permessa estensjoni ta’ mhux iktar minn 350 m mill-eqreb toqba tal-bini, sakemm ikun hemm għadd suffiċjenti ta’ postijiet għall-kenn mill-maltemp u mill-predaturi, imqassma b’mod indaqs tul l-ispazju fil-miftuħ kollu b’mhux inqas minn erba’ postijiet tal-kenn għal kull ettaru. Għall-wiżż, l-ispazju fil-miftuħ għandu jippermetti lill-għasafar jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom biex jieklu l-ħaxix.
TAQSIMA 5
FNIEK
Artikolu 17
Perjodu minimu għat-tmigħ bil-ħalib tal-omm
Il-perjodu minimu msemmi fil-punt 1.4.1(g) tal-Parti II tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/848 għat-tmigħ ta’ fniek li qed jitreddgħu preferibbilment bil-ħalib tal-omm għandu jkun ta’ 42 jum wara t-twelid.
Artikolu 18
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra
Għall-fniek, id-densità tal-ħżin u s-superfiċje aminim għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti V tal-Anness I.
Artikolu 19
Karatteristiċi u rekwiżiti tekniċi tal-akkomodazzjoni mobbli jew fissa
1. Matul l-istaġun tar-ragħa, il-fniek għandhom jinżammu f’akkomodazzjoni mobbli fuq mergħat jew f’akkomodazzjoni fissa b’aċċess biex jirgħu.
2. Barra mill-istaġun tar-ragħa, il-fniek għandhom jinżammu f’akkomodazzjoni fissa b’aċċess għal post fuq barra bil-veġetazzjoni fejn jistgħu jiġru, preferibbilment mergħa.
3. L-akkomodazzjoni mobbli fuq il-mergħat għandha tiġi mċaqalqa b’mod frekwenti sabiex jiġi żgurat l-użu massimu tal-mergħa, u għandha tiġi mibnija b’mod li jkun possibbli għall-fniek jirgħu il-mergħa fuq l-art.
Artikolu 20
Karatteristiċi u rekwiżiti tekniċi tal-ispazji fuq ġewwa u fuq barra
1. L-ispazju fuq ġewwa f’akkomodazzjoni fissa u mobbli għandu jiġi mibni b’mod li:
(a) |
l-għoli tiegħu jkun biżżejjed biex jippermetti lill-fniek kollha joqogħdu bilwieqfa bil-widnejn weqfin; |
(b) |
ikun jista’ jakkomoda gruppi differenti ta’ fniek, u jippermetti l-preservazzjoni tal-integrità tal-popolazzjonijiet meta jiġu trasferiti għall-fażi tat-tismin; |
(c) |
ikun possibbli li l-fniek u l-fenkiet tqal u riproduttivi jiġu separati mill-grupp għal raġunijiet speċifiċi ta’ benessri tal-annimali, u għal perjodu limitat sakemm dawn ikunu jistgħu jżommu kuntatt b’għajnejhom ma’ fniek oħrajn; |
(d) |
ikun possibbli għall-fenka tiċċaqlaq ’il bogħod mill-bejta u terġa” lura fil-bejta biex tredda’ l-frieħ; |
(e) |
jipprovdi:
|
2. L-ispazju fuq barra f’faċilitajiet b’akkomodazzjoni fissa għandu jiġi mibni b’mod li:
(a) |
ikollu għadd suffiċjenti ta’ pjattaformi elevanti li jkunu distribwiti b’mod ugwali fuq is-superfiċje minima tiegħu; |
(b) |
ikun imdawwar minn ċnut li huma għoljin u fondi biżżejjed biex jipprevjenu l-ħrib permezz ta’ qbiż jew tħaffir; |
(c) |
jekk dan ikollu spazju fuq barra tal-konkrit, irid ikun hemm aċċess faċli għall-parti tal-ispazju fuq barra bil-veġetazzjoni fejn jistgħu jiġru. Mingħajr aċċess faċli bħal dan, is-superfiċje taż-żona tal-konkrit ma tistax tiġi inkluża fil-kalkolu tas-superfiċje minima tal-ispazju fuq barra; |
(d) |
jipprovdi:
|
Artikolu 21
Rekwiżiti għall-veġetazzjoni u karatteristiċi tal-ispazji fil-miftuħ
1. Il-veġetazzjoni tal-ispazju fuq barra għall-ġiri għandha ssir manutenzjoni regolari tagħha u b’mod li tkun attraenti għall-fniek.
2. Matul l-istaġun tar-ragħa, għandha ssir newba regolari tal-mergħat, u għandhom jiġu ġġestiti b’mod li r-ragħa tal-fniek jiġi ottimizzat.
KAPITOLU III
ANNIMALI TAL-AKKWAKULTURA
Artikolu 22
Regoli dettaljati għall-annimali tal-akkwakultura għal kull speċi jew grupp ta’ speċijiet
L-operaturi li jipproduċu annimali tal-akkwakultura għandhom jikkonformaw mar-regoli dettaljati għal kull speċi jew għal kull grupp ta’ speċijiet stabbiliti fl-Anness II fir-rigward tad-densità tal-ħżin u l-karatteristiċi speċifiċi tas-sistemi ta’ produzzjoni u s-sistemi ta’ konteniment.
KAPITOLU IV
IKEL U GĦALF IPPROĊESSAT
Artikolu 23
Tekniki awtorizzati fl-ipproċessar tal-prodotti tal-ikel
1. Huma awtorizzati fl-ipproċessar tal-prodotti tal-ikel fil-produzzjoni organika biss it-tekniki li jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2018/848, b’mod partikolari il-prinċipji speċifiċi rilevanti għall-ipproċessar tal-ikel organiku stabbiliti fl-Artikolu 7, mar-regoli rilevanti tal-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament u mar-regoli tal-produzzjoni dettaljati stabbiliti għalihom fil-Parti IV tal-Anness II.
2. Mingħajr ħsara għall-punt 3 tal-Parti VI tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848, it-tekniki tal-iskambju tal-joni u tar-reżina tal-adsorbiment huma awtorizzati meta jintużaw għat-tħejjija ta’ materja prima organika:
(a) |
għall-prodotti imsemmija fil-punti (a) u (b), rispettivament, tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sakemm l-użu ta’ dawk it-tekniki jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament u l-atti adottati abbażi tal-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament għall-prodotti kkonċernati; jew |
(b) |
għall-prodotti rregolati mid-Direttiva 2006/125/KE, sakemm l-użu ta’ dawk it-tekniki jkun meħtieġ biex jiġu sodisfati r-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva. |
3. Meta Stat Membru jqis li teknika speċifika għandha tiġi vvalutata fir-rigward tal-konformità tagħha mal-prinċipji u r-regoli msemmija fil-paragrafu 1, jew li ċerti kundizzjonijiet speċifiċi għall-użu ta’ dik it-teknika jenħtieġ li jkunu inklużi f’dan ir-Regolament, l-Istat Membru jista’ jitlob lill-Kummissjoni twettaq tali valutazzjoni. Għal dan il-għan, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dossier li jagħti r-raġunijiet għal tali konformità jew dawk il-kundizzjonijiet speċifiċi, u għandu jiżgura li d-dossier isir disponibbli pubblikament, soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika regolarment kull talba msemmija fl-ewwel subparagrafu.
4. Il-Kummissjoni għandha tanalizza d-dossier imsemmi fil-paragrafu 3. Jekk l-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni tikkonkludi li t-teknika deskritta fid-dossier tikkonforma mal-prinċipji u r-regoli msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha temenda dan ir-Regolament għall-awtorizzazzjoni espliċita tat-teknika msemmija fid-dossier, jew biex tinkludi l-kundizzjonijiet għall-użu speċifiċi tagħha f’dan ir-Regolament.
5. Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-awtorizzazzjoni tat-tekniki għall-ipproċessar ta’ ikel organiku, inkluż id-deskrizzjoni u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom kull meta ssir disponibbli jew tiġi pprovduta evidenza ġdida minn Stat Membru.
Artikolu 24
Tekniki awtorizzati għall-użu fl-ipproċessar tal-prodotti tal-għalf
1. Huma awtorizzati fl-ipproċessar tal-prodotti tal-għalf fil-produzzjoni organika biss it-tekniki li jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2018/848, b’mod partikolari l-prinċipji speċifiċi rilevanti applikabbli għall-ipproċessar tal-għalf organiku stabbiliti fl-Artikolu 8; mar-regoli rilevanti tal-Kapitolu III għal dak ir-Regolament; u mar-regoli dettaljati tal-produzzjoni stabbiliti għalihom fil-Parti V tal-Anness II u li ma jirrikostitwixxux proprjetajiet li jintilfu fl-ipproċessar u l-ħżin tal-għalf organiku, li ma jikkoreġux ir-riżultati ta’ negliġenza fl-ipproċessar jew li ma jqarrqux dwar in-natura vera ta’ dawn il-prodotti.
2. Meta Stat Membru jqis li teknika speċifika għandha tiġi vvalutata fir-rigward tal-konformità tagħha mal-prinċipji u r-regoli msemmija fil-paragrafu 1, jew li ċerti kundizzjonijiet speċifiċi għall-użu ta’ dik it-teknika jenħtieġ li jkunu inklużi f’dan ir-Regolament, l-Istat Membru jista’ jitlob lill-Kummissjoni twettaq tali valutazzjoni. Għal dan il-għan, l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dossier li jagħti r-raġunijiet għal tali konformità jew dawk il-kundizzjonijiet speċifiċi, u għandu jiżgura li d-dossier isir disponibbli pubblikament, soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika regolarment kull talba msemmija fl-ewwel subparagrafu.
3. Il-Kummissjoni għandha tanalizza d-dossier imsemmi fil-paragrafu 2. Jekk l-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni tikkonkludi li t-teknika deskritta fid-dossier tikkonforma mal-prinċipji u r-regoli msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha temenda dan ir-Regolament għall-awtorizzazzjoni espliċita tat-teknika msemmija fid-dossier, jew biex tinkludi l-kundizzjonijiet għall-użu speċifiċi tagħha f’dan ir-Regolament.
4. Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-awtorizzazzjoni tat-tekniki għall-ipproċessar tal-għalf organiku, inkluż id-deskrizzjoni u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom kull meta ssir disponibbli jew tiġi pprovduta evidenza ġdida minn Stat Membru.
KAPITOLU V
INFORMAZZJONI LI TIKKONĊERNA D-DISPONIBBILTÀ FIS-SUQ TA’ MATERJAL RIPRODUTTIV TAL-PJANTI ORGANIKU U LI QED JIĠI KONVERTIT, ANNIMALI ORGANIĊI U FRIEĦ TAL-AKKWAKULTURA ORGANIĊI
Artikolu 25
Informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li trid issir disponibbli skont il-punt (a) tal-Artikolu 53(6) tar-Regolament (UE) 2018/848 mill-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 26(1) u s-sistemi msemmija fl-Artikolu 26(2) u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 26(3) ta’ dak ir-Regolament skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-Parti I tal-Anness III għal dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li trid issir disponibbli skont il-punt (b) tal-Artikolu 53(6) tar-Regolament (UE) 2018/848 li tikkonċerna d-derogi mogħtija skont il-punt 1.8.5 tal-Parti I tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament u l-punti 1.3.4.3 u 1.3.4.4 tal-Parti II ta’ dak l-Anness skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-Parti II tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li trid issir disponibbli skont il-punt (c) tal-Artikolu 53(6) tar-Regolament (UE) 2018/848 li tikkonċerna d-disponibbiltà fis-suq tal-Unjoni ta’ għalf tal-proteini organiku għat-tjur u l-ħnieżer, kif ukoll dwar l-awtorizzazzjoni mogħtija skont il-punti 1.9.3.1(c) u 1.9.4.2(c) tal-Parti II tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament, fi tweġiba għal kwestjonarju sottomess kull sena mill-Kummissjoni lill-Istati Membri.
4. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandha tiġi pprovduta fil-format u permezz tas-sistema li tkun disponibbli mill-Kummissjoni. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta kull sena sat-30 ta’ Ġunju, u għall-ewwel darba sat-30 ta’ Ġunju 2022 rigward is-sena 2021.
5. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, riċevuta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 53(6) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandha tkun inkluża fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 26(1) u s-sistemi msemmija fl-Artikolu 26(2) u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 26(3) ta’ dak ir-Regolament.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U TRANŻIZZJONALI
Artikolu 26
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. B’deroga mit-Taqsima 3 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, l-azjendi jew l-unitajiet tal-produzzjoni bil-ħnieżer f’faċilitajiet mibnija, irranġati mill-ġdid jew li jibdew jintużaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008 u li għalihom hija meħtieġa rikostruzzjoni maġġuri tal-faċilitajiet esterni sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżit li mill-inqas nofs is-superfiċje tal-ispazju fuq barra jikkonsisti minn kostruzzjoni solida kif stabbilit fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkonformaw ma’ dak l-Artikolu sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2029.
2. B’deroga mit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, l-azjendi jew l-unitajiet tal-produzzjoni bil-gallinari mibnija, irranġati mill-ġdid jew li jibdew jintużaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008, u li għalihom hija meħtieġa rinnovazzjoni tal-postijiet fejn joqogħdu l-annimali sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżit dwar it-tul ikkombinat għat-toqob minn fejn jgħaddu t-tjur mill-gallinar ta’ ġewwa għall-veranda kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 15(2) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkonformaw ma’ dak il-punt sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2024.
3. B’deroga mit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, l-azjendi jew l-unitajiet tal-produzzjoni bil-gallinari b’parti fuq barra li ġew mibnija, irranġati mill-ġdid jew li jibdew jintużaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008, u li għalihom huwa meħtieġ tnaqqis maġġuri tad-densità tal-ħżin fuq ġewwa jew rinnovazzjoni tal-bini biex jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar il-kalkolu tad-densità tal-ħżin u s-superfiċji minimi fuq ġewwa kif stabbilit fil-Parti IV tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament filwaqt li jikkonformaw mal-punt (c) tal-Artikolu 15(2), għandhom jikkonformaw ma’ dawk id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2024.
4. B’deroga mit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, l-azjendi jew l-unitajiet tal-produzzjoni b’gallinari mibnija, irranġati mill-ġdid jew li jibdew jintużaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008, u li għalihom hija meħtieġa rinnovazzjoni tal-postijiet fejn joqogħdu l-annimali jew sostituzzjoni tat-tagħmir sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti dwar il-partizzjoni solida stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 15(3) jew mar-rekwiżit dwar il-perċi jew il-livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda kif stabbilit fl-Artikolu 15(5) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkonformaw ma’ dawk id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2024.
5. B’deroga mit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, l-azjendi jew l-unitajiet tal-produzzjoni bil-gallinari b’ħafna livelli mibnija, irranġati mill-ġdid jew li jibdew jintużaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008, u li għalihom huwa meħtieġ arranġament mill-ġdid maġġuri tal-postijiet fejn joqogħdu l-annimali jew sostituzzjoni tat-tagħmir sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti dwar l-għadd massimu ta’ livelli u dwar is-sistema għat-tneħħija tad-demel kif stabbilit fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 15(4) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkonformaw ma’ dawk il-punti sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2029.
6. B’deroga mit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament, l-azjendi jew l-unitajiet tal-produzzjoni bil-gallinari li għandhom spazji fil-miftuħ li jestendu iktar minn radju ta’ 150 m mill-eqreb toqba tal-ħruġ/dħul tal-gallinar mibnija, irranġati mill-ġdid jew li jibdew jintużaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008, u li għalihom huma meħtieġa adattamenti maġġuri tal-istruttura tal-faċilitajiet jew akkwist ta’ art addizzjonali sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit dwar ir-radju massimu stabbilit fl-Artikolu 16(6) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkonformaw ma’ dik id-dispożizzjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2029.
7. B’deroga mit-Taqsima 2 tal-Parti IV tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għall-azjendi jew l-unitajiet tal-produzzjoni li jipproduċu għattuq f’faċilitajiet tat-tjur mibnija, irranġati mill-ġdid jew li jibdew jintużaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008, u li għalihom huma meħtieġa adattamenti maġġuri tal-istruttura tal-gallinari jew akkwist addizzjonali tal-art sabiex ikun hemm konformità mar-regoli tat-Taqsima 2 tal-Parti IV tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkonformaw mad-densità tal-ħżin u s-superfiċje minima tal-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għall-għattuq u s-sriedaq kif stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Parti IV tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2029.
Artikolu 27
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).
(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta’ Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
ANNESS I
REGOLI DWAR ID-DENSITÀ TAL-ĦŻIN U S-SUPERFIĊJE MINIMA GĦALL-ISPAZJI FUQ ĠEWWA U FUQ BARRA GĦALL-BHEJJEM KIF IMSEMMI FIL-KAPITOLU II
Parti I: Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazji fuq ġewwa u fuq barra għall-annimali bovini, annimali ovini, annimali kaprini u annimali ekwini kif imsemmi fl-Artikolu 3
1. Annimali bovini:
|
Spazju fuq ġewwa (spazju utli disponibbli għall-annimali) |
Spazju fuq barra (spazju għall-eżerċizzju, eskluża l-mergħa) |
|
|
Piż ħaj minimu (f’kg) |
m2/ras |
m2/ras |
|
Sa 100 |
1,5 |
1,1 |
Sa 200 |
2,5 |
1,9 |
|
Sa 350 |
4,0 |
3 |
|
Aktar minn 350 |
5 b’minimu ta’ 1 m2/100 kg |
3,7 b’minimu ta’ 0,75 m2/100 kg |
|
Baqar tal-ħalib |
|
6 |
4,5 |
Barrin għat-tnissil |
|
10 |
30 |
2. Annimali ovini u annimali kaprini
|
Spazju fuq ġewwa (spazju utli disponibbli għall-annimali) |
Spazju fuq barra (spazju għall-eżerċizzju, eskluża l-mergħa) |
|
m2/ras |
m2/ras |
Nagħaġ |
1,5 |
2,5 |
Ħrief |
0,35 |
0,5 |
Mogħoż |
1,5 |
2,5 |
Gidien |
0,35 |
0,5 |
3. Annimali ekwini
|
Spazju fuq ġewwa (spazju utli disponibbli għall-annimali) |
Spazju fuq barra (spazju għall-eżerċizzju, eskluża l-mergħa) |
|
|
Piż ħaj minimu (f’kg) |
m2/ras [il-qies tal-boxes skont l-għoli taż-żwiemel] |
m2/ras |
It-trobbija u t-tismin ta’ annimali ekwini |
Sa 100 |
1,5 |
1,1 |
Sa 200 |
2,5 |
1,9 |
|
Sa 350 |
4,0 |
3 |
|
Aktar minn 350 |
5 b’minimu ta’ 1 m2/100 kg |
3,7 b’minimu ta’ 0,75 m2/100 kg |
Parti II: Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq barra għal annimali ċervini kif imsemmi fl-Artikolu 6
Annimali ċervini speċijiet |
Spazju minimu għal spazju fuq barra għal kull spazju magħluq jew maqjel |
Densità tal-ħżin — għadd massimu ta’ annimali adulti (*1) kull ha |
Ċerva sika Cervus nippon |
1 ha |
15 |
Dajn Dama dama |
1 ha |
15 |
Ċerv aħmar Cervus elaphus |
2 ha |
7 |
Ċerva ta’ Père David Elaphurus davidianus |
2 ha |
7 |
Iktar min speċi waħda ċervina |
3 ha |
7 fil-każ li ċ-ċerv aħmar jew iċ-ċerv ta’ Père David huma parti mill-merħla; 15 fil-każ li la ċ-ċerv aħmar u lanqas iċ-ċerv ta’ Père David m’huma parti mill-merħla |
Parti III: Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għall-ħnieżer kif imsemmi fl-Artikolu 10
|
|
Spazju fuq ġewwa (l-ispazju utli disponibbli għall-ħnieżer ifisser il-qisien fuq ġewwa li jinkludu l-ħwat iżda jeskludu l-alimentaturi li fihom il-ħnieżer ma jistgħux jimteddu) |
Spazju fuq barra |
|
Piż ħaj minimu (f’kg) |
m2/ras |
m2/ras |
Majjali tas-sejba bid-driefeġ sal-ftam |
|
7,5 kull ħanżira |
2,5 |
Ħnieżer tas-simna Qżieqeż tal-ftama, ħnieżer tat-trobbija, ħnieżer qabel ir-refgħa, fħula tat-trobbija |
Iktar minn 35 kg |
0,6 |
0,4 |
Iktar minn 35 kg iżda mhux iktar minn 50 kg |
0,8 |
0,6 |
|
Iktar minn 50 kg iżda mhux iktar minn 85 kg |
1,1 |
0,8 |
|
Iktar minn 85 kg iżda mhux iktar minn 110 kg |
1,3 |
1 |
|
Iktar minn 110 kg |
1,5 |
1,2 |
|
Ħnieżer nisa tal-għalla Majjali tqal wara l-ħalib |
|
2,5 |
1,9 |
Ħnieżer irġiel tal-għalla Faħal |
|
6 10 jekk l-imqajjel jintużaw għat-tgħammir naturali |
8 |
Parti IV: Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għat-tjur kif imsemmi fl-Artikolu 14 u fl-Artikolu 15(2)(c) u (6) u perċi jew livelli elevati fejn jistgħu joqogħdu bilqiegħda kif imsemmi fl-Artikolu 15(5)
1. Ġenituri Gallus gallus maħsuba għall-produzzjoni tal-bajd tat-tifqis għal tiġieġ tal-bajd futuri, u ġenituri Gallus gallus maħsuba għall-produzzjoni ta’ bajd tat-tifqis għall-Gallus gallus tas-simna futuri:
Età |
≥ 18-il ġimgħa |
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa Għadd massimu ta’ għasafar riproduttivi kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar |
6 |
Perċi għal għasafar riproduttivi għal tiġieġ tal-bajd futuri cm minimu ta’ perċa/għasfur |
18 |
Bejtiet |
7 għasafar nisa għal kull bejta jew fil-każ ta’ bejta komuni 120 cm2/għasfura |
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq ġewwa |
4 |
2. Għattuq u sriedaq:
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa Densità tal-ħżin kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar |
21 kg ta’ piż ħaj/m2 |
Perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn |
Kull kombinazzjoni ta’ perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn li jipprovdu mill-inqas perċa ta’ 10 cm/għasfur jew mill-inqas 100 cm2 ta’ livell elevat fejn joqogħdu bilqiegħda/għasfur |
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq ġewwa |
1 |
3. Tiġieġ tal-bajd inklużi razez bi skop doppju mrobbija għall-produzzjoni tal-laħam u tal-bajd:
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa Għadd massimu ta’ għasafar kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar |
6 |
Perċi cm minimu ta’ perċa/għasfur |
18 |
Bejtiet |
7 tiġiġiet tal-bajd għal kull bejta jew fil-każ ta’ bejta komuni 120 cm2/tiġieġa tal-bajd |
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq barra |
4 |
4. Tajr tas-simna Gallus gallus:
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa Densità tal-ħżin kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar |
21 kg ta’ piż ħaj/m2 |
Perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn |
Kull kombinazzjoni ta’ perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn li jipprovdu mill-inqas perċa ta’ 5 cm/għasfur jew mill-inqas 25 cm2 ta’ livell elevat fejn joqogħdu bilqiegħda/għasfur |
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra għal gallinari fissi m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq barra |
4 |
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra għal gallinari mobbli m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq barra |
2,5 |
5. Tajr tas-simna Gallus gallus: ħosjien u tiġiġiet tas-simna:
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa Densità tal-ħżin kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar |
21 kg ta’ piż ħaj/m2 |
Perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn |
Kull kombinazzjoni ta’ perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn li jipprovdu mill-inqas perċa ta’ 5 cm/għasfur jew mill-inqas 25 cm2 ta’ livell elevat fejn joqogħdu bilqiegħda/għasfur |
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq barra |
4 |
6. Tajr tas-simna minbarra Gallus gallus: Dundjani Meleagris gallopavo kkummerċjalizzati sħaħ għax-xiwi jew maħsuba għall-qtugħ f’porzjonijiet:
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa Densità tal-ħżin kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar |
21 kg ta’ piż ħaj/m2 |
Perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn |
Kull kombinazzjoni ta’ perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn li jipprovdu mill-inqas perċa ta’ 10 cm/għasfur jew mill-inqas 100 cm2 ta’ livell elevat fejn joqogħdu bilqiegħda/għasfur |
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq barra |
10 |
7. Tajr tas-simna minbarra Gallus gallus: Wiżż Anser anser domesticus:
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa Densità tal-ħżin kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar |
21 kg ta’ piż ħaj/m2 |
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq barra |
15 |
8. Tajr tas-simna minbarra Gallus gallus: Papri ta’ Peking Anas platyrhynchos domesticus, Papri Muscovy Cairina moschata u ibridi u Papri Mulard Cairina moschata × Anas platyrhynchos:
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa Densità tal-ħżin kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar |
21 kg ta’ piż ħaj/m2 |
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra m2 minimu kull għasfur tal-ispazju fuq barra |
4,5 |
9. Tajr tas-simna minbarra Gallus gallus: Fargħuni Numida meleagris f. domestica:
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq ġewwa Densità tal-ħżin kull m2 ta’ spazju utli tal-ispazju fuq ġewwa tal-gallinar. |
21 kg ta’ piż ħaj/m2 |
Perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn |
Kull kombinazzjoni ta’ perċi jew livelli elevati fejn joqogħdu bilqiegħda jew it-tnejn li jipprovdu mill-inqas perċa ta’ 5 cm/għasfur jew mill-inqas 25 cm2 ta’ livell elevat fejn joqogħdu bilqiegħda/għasfur |
Densità tal-ħżin u superfiċje minima għal spazju fuq barra m2 minimu/għasfur tal-ispazju fuq barra |
4 |
Parti V: Densità tal-ħżin u superfiċje minima għall-ispazji fuq ġewwa u fuq barra għall-fniek kif imsemmi fl-Artikolu 18
1. Għall-ispazju fuq ġewwa
|
Spazju fuq ġewwa (spazju utli disponibbli għal kull annimal minbarra pjattaformi m2/ras) għaż-żona tal-mistrieħ Abitazzjoni fissa |
Spazju fuq ġewwa (spazju utli disponibbli għal kull annimal minbarra pjattaformi m2/ras) għaż-żona tal-mistrieħ Abitazzjoni mobbli |
||
|
0,6 m2/fenka bil-frieħ jekk il-piż ħaj tal-fenka huwa inqas minn 6 kg 0,72 m2/fenka bil-frieħ jekk il-piż ħaj tal-fenka huwa iktar minn 6 kg |
0,6 m2/fenka bil-frieħ jekk il-piż ħaj tal-fenka huwa inqas minn 6 kg 0,72 m2/fenka bil-frieħ jekk il-piż ħaj tal-fenka huwa iktar minn 6 kg |
||
|
0,5 m2/fenka tqila jew fenka riproduttiva jekk il-piż ħaj huwa inqas minn 6 kg 0,62 m2/fenka tqila jew fenka riproduttiva jekk il-piż ħaj huwa iktar minn 6 kg |
0,5 m2/fenka tqila jew fenka riproduttiva jekk il-piż ħaj huwa inqas minn 6 kg 0,62 m2/fenka tqila jew fenka riproduttiva jekk il-piż ħaj huwa iktar minn 6 kg |
||
Fniek tas-simna mill-ftam sal-qtil Fniek ta’ sostituzzjoni (tmiem tas-simna sa 6 xhur) |
0,2 |
0,15 |
||
Fniek irġiel adulti |
0,6 1 jekk il-fenek jirċievi fenkiet għat-tgħammir |
0,6 1 jekk il-fenek jirċievi fenkiet għat-tgħammir |
2. Għal spazju fuq barra
|
Spazju fuq barra (spazju għall-ġiri fil-miftuħ bil-veġetazzjoni, preferibbilment mergħa) (spazju utli disponibbli għal kull annimal minbarra pjattaformi m2/ras) Abitazzjoni fissa |
Spazju fuq barra (spazju utli disponibbli għal kull annimal minbarra pjattaformi m2/ras) Abitazzjoni mobbli |
Fenkiet bil-frieħ sal-ftam |
2,5 m2/fenka bil-frieħ |
2,5 m2/fenka bil-frieħ |
Fenkiet tqal/Fenkiet riproduttivi |
2,5 |
2,5 |
Fniek tas-simna mill-ftam sal-qtil Fniek ta’ sostituzzjoni (tmiem tas-simna sa 6 xhur) |
0,5 |
0,4 |
Fniek irġiel adulti |
2,5 |
2,5 |
(*1) Żewġ annimali ċervini li għandhom sa 18-il xahar jgħoddu bħala annimal ċervin wieħed
ANNESS II
REGOLI DETTALJATI DWAR ID-DENSITÀ TAL-ĦŻIN U L-KARATTERISTIĊI SPEĊIFIĊI TAS-SISTEMI TA’ PRODUZZJONI U S-SISTEMI TA’ KONTENIMENT GĦAL ANNIMALI TAL-AKKWAKULTURA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 22
Parti I: Salmonidi fl-ilma ħelu
Trota komuni (Salmo trutta) — Trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss) — American brook trout (Salvelinus fontinalis) — Salamun (Salmo salar) — Arctic charr (Salvelinus alpinus) — Grayling (Thymallus thymallus) — American lake trout (jew grey trout) (Salvelinus namaycush) — Huchen (Hucho hucho)
Is-sistemi tal-produzzjoni |
Is-sistemi għat-tkabbir għad-daqs tas-suq fl-istabbilimenti jridu jingħalfu minn sistemi miftuħin. Ir-rata ta’ ġiri tal-ilma trid tiżgura li jkun hemm mill-inqas 60 % ta’ saturazzjoni tal-ossiġnu għall-istokk, u trid tiżgura l-kumdità tagħhom u tiżgura t-tneħħija tal-ilma mormi li jkun ħiereġ ’il barra mill-istabbiliment. |
Densità tal-ħżin massima |
L-ispeċijiet tas-salmonidi li mhumiex imniżżlin hawn taħt 15 kg/m3 Salamun 20 kg/m3 Trota komuni u Trota qawsalla 25 kg/m3 Arctic charr 25 kg/m3 |
Parti II: Salmonidi fl-ilma baħar
Salamun (Salmo salar), Trota komuni (Salmo trutta) — Trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss)
Densità tal-ħżin massima |
10 kg/m3 fix-xbieki taż-żamma |
Parti III: Merluzz (Gadus morhua) u Gadidae oħrajn, spnott (Dicentrarchus labrax), awrat (Sparus aurata), gurbell (Argyrosomus regius), barbun imperjali (Psetta maxima [= Scopthalmus maximux]), pagru komuni (Pagrus pagrus [= Sparus pagrus]), pixxitanbur aħmar (Sciaenops ocellatus) u Sparidae oħrajn, u “spinefeet” (Siganus spp.)
Is-sistemi tal-produzzjoni |
F’sistemi ta’ konteniment fil-baħar miftuħ (fixbieki taż-żamma/fil-gaġeġ) b’veloċità minima tal-kurrent tal-baħar biex ikun ipprovdut l-aħjar benessri possibbli għall-ħut jew f’sistemi miftuħin fuq l-art. |
Densità tal-ħżin massima |
Għall-ħut kollu ħlief għall-barbun imperjali: 15 kg/m3 Għall-barbun imperjali: 25 kg/m2 |
Parti IV: Spnott, awrat, gurbell, mulett (Liza, Mugil) u sallur (Anguilla spp.) f’vaski tal-art f’żoni tal-marea u fil-laguni ta’ mal-kosta
Sistema ta’ konteniment |
Salini tradizzjonali mibdula f’unitajiet tal-produzzjoni tal-akkwakultura u vaski tal-art simili f’żoni tal-marea |
Sistemi ta’ produzzjoni |
Għandu jkun hemm bdil adegwat tal-ilma biex ikun żgurat il-benessri tal-ispeċijiet. Tal-anqas 50 % mid-digi jridu jkunu mgħottija bil-pjanti. Huma meħtieġa vaski tat-tisfija bbażati f’artijiet mistagħdra. |
Densità tal-ħżin massima |
4 kg/m3 |
Parti V: Sturjun fl-ilma ħelu
Speċijiet ikkonċernati: Il-familja tal-Acipenser
Sistemi ta’ produzzjoni |
Ir-rata tal-fluss tal-ilma f’kull unità tat-trobbija għandha tkun biżżejjed biex tiżgura l-benessri tal-annimali. L-ilma li jintrema ’l barra minnhom għandu jkun tal-istess kwalità bħal dak li jkun dieħel fihom. |
Densità tal-ħżin massima |
30 kg/m3 |
Parti VI: Ħut fl-ilmijiet interni
Speċijiet ikkonċernati: Il-familja tal-karpjun (Cyprinidae) u speċijiet oħrajn relatati fil-kuntest tal-polikultura, inklużi d-dott tal-Ewropa ta’ Fuq, il-lizz tal-ilma ħelu, il-catfish, il-koregonidi u l-isturjun.
Id-dott (Perca fluviatilis) fil-monokultura
Sistemi ta’ produzzjoni |
F’vaski tal-ħut li għandhom jitbattlu kompletament mill-ilma perjodikament u fil-lagi. Il-lagi jridu jkunu ddedikati biss għall-produzzjoni organika, inkluż it-tkabbir tal-għelejjel f’żoni nexfin. Iż-żona għall-qbid tal-ħut għandha tkun mgħammra b’kalanka ta’ ilma nadif u għandha tkun ta’ daqs li jipprovdi lill-ħut bl-iktar kumdità possibbli. Il-ħut għandu jinħażen fl-ilma nadif wara li jinqabad. Għandhom jinżammu żoni tal-veġetazzjoni naturali madwar l-unitajiet tal-ilmijiet interni bħala żoni ta’ lqugħ għaż-żoni tal-art esterni li ma jkunux involuti fil-ħidma tat-tkabbir skont ir-regoli tal-akkwakultura organika. Għat-tkabbir għad-daqs tas-suq, għandha tintuża l-“polikultura” bil-kundizzjoni li l-kriterji stabbiliti f’dawn l-ispeċifikazzjonijiet għall-ispeċijiet l-oħrajn tal-ħut tal-lagi jinżammu kif dovut |
Densità tal-ħżin massima |
Il-produzzjoni totali tal-ispeċijiet hija limitata għal 1 500 kg ta’ ħut kull ettaru fis-sena (ipprovduti bħala rendiment mit-trobbija tal-ħut minħabba karatteristika speċifika tas-sistema tal-produzzjoni). |
Densità tal-ħżin massima biss għad-dott fil-monokultura |
20 kg/m3 |
Parti VII: Gambli tal-baħar u gambli tal-ilma ħelu (Macrobrachium spp.)
Sistemi ta’ produzzjoni |
Dawn għandhom ikunu f’żoni tat-tafal sterili sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt ambjentali tal-bini tal-vaska. Il-vaski għandhom jinbnew bit-tafal naturali li jkun hemm diġà. |
Densità tal-ħżin massima |
Fertilizzazzjoni tal-bajd: Mhux iktar minn 22 post larvae/m2 Bijomassa massima istantanja: 240 g/m2 |
Parti VIII: Ċkal
Speċijiet ikkonċernati: Astacus astacus.
Densità tal-ħżin massima |
Għal ċkal ta’ daqs żgħir (< 20 mm): 100 individwu għal kull m2. Għal ċkal ta’ daqs medju (20-50 mm): 30 individwu għal kull m2. Għal ċkal adulti (> 50 mm): 5 individwi għal kull m2 sakemm ikunu pprovduti b’postijiet xierqa fejn jinħbew. |
Parti IX: Molluski u ekinodermi
Sistemi ta’ produzzjoni |
Konzijiet, ċattri, tkabbir f’qiegħ il-baħar, xbieki, gaġeġ, tilari, lampari, arbli “bouchot” u sistemi oħra ta’ konteniment. Għat-tkabbir tal-maskli fuq iċ-ċattri, l-għadd ta’ ħbula għall-kultivazzjoni tal-maskli ma għandux jaqbeż il-wieħed għal kull metru kwadru ta’ superfiċje. It-tul massimu ta’ kull ħabel għall-kultivazzjoni tal-maskli ma għandux jaqbeż l-20 metru. Ma għandux ikun hemm traqqiq tal-ħbula għall-kultivazzjoni tal-maskli waqt iċ-ċiklu tal-produzzjoni; madankollu, il-ħbula għall-kultivazzjoni tal-maskli jistgħu jiġu suddiviżi mingħajr ma tiżdied id-densità tal-ħżin. |
Parti X: Ħut tal-ilma ħelu tropikali: ħuta tal-ħalib (Chanos chanos), tilapja (Oreochromis spp.), siamese catfish (Pangasius spp.)
Sistemi ta’ produzzjoni |
Vaski u gaġeġ |
Densità tal-ħżin massima |
Pangasius: 10 kg/m3 Oreochromis: 20 kg/m3 |
ANNESS III
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA MILL-ISTATI MEMBRI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 25
Parti I: Informazzjoni pprovduta mill-bażi ta’ data msemmija fl-Artikolu 26(1) u s-sistemi msemmija fl-Artikolu 26(2) u, jekk applikabbli, fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) 2018/848
1. |
L-informazzjoni li tikkonċerna d-disponibbiltà ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti organiku u li qed jiġi konvertit, ħlief għan-nibbieta iżda inkluża l-patata taż-żrigħ, għal kull kategorija speċifika miżmuma fil-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 26(1) jew fis-sistemi msemmija fl-Artikolu 26(2)(a) tar-Regolament (UE) 2018/848, għandha tinkludi dawn li ġejjin:
Għall-fini ta’ dan il-punt, “nibbieta” tfisser pjanta żgħira li toriġina minn żerriegħa u mhux minn biċċa pjanta. |
2. |
L-informazzjoni li tikkonċerna d-disponibbiltà ta’ ferħ tal-akkwakultura organika għal kull speċi miżmuma fis-sistemi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandha tinkludi dawn li ġejjin:
|
3. |
L-informazzjoni li tikkonċerna d-disponibbiltà ta’ annimali organiċi għal kull speċi miżmuma fis-sistemi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandha tinkludi dawn li ġejjin:
|
4. |
Fejn rilevanti, l-informazzjoni li tikkonċerna d-disponibbiltà ta’ razez organiċi adattati għall-produzzjoni organika għall-ispeċi kif imsemmi fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandha tinkludi dawn li ġejjin:
|
5. |
Fejn rilevanti, l-informazzjoni li tikkonċerna d-disponibbiltà ta’ għattuq organiċi kif imsemmi fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandha tinkludi dawn li ġejjin:
|
Parti II: Informazzjoni li tikkonċerna d-derogi mogħtija skont il-punt 1.8.5 tal-Parti I tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/848 u l-punti 1.3.4.3 u 1.3.4.4 tal-Parti II ta’ dak l-Anness
1. |
L-informazzjoni dwar id-derogi mogħtija skont il-punt 1.8.5 tal-Parti I tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/848 għandha tinkludi dawn li ġejjin:
|
2. |
Għal kull speċi ta’ bhejjem konvenzjonali (annimali bovini, ekwini, ovini, kaprini, ħnieżer u ċervini, fniek, tjur), l-informazzjoni dwar id-derogi mogħtija skont il-punti 1.3.4.3 u 1.3.4.4 tal-Parti II tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/848 għandha tinkludi dawn li ġejjin:
|
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).