Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0404

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/404 tat-12 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 594/2009 rigward il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

C/2020/1697

ĠU L 80, 17.3.2020, pp. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/404/oj

17.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/404

tat-12 ta’ Marzu 2020

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 594/2009 rigward il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 594/2009 (2), prodott deskritt fir-ringiela li tikkorrispondi mal-entrata 1 fit-tabella fl-Anness ta’ dak ir-Regolament li jikkonsisti mill-fluworur tal-vinilidin u hexafluoro propylene copolymer fil-forma primarja ġie kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 3904 69 90.

(2)

Bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010 (3), il-kodiċi tan-NM “3904 69 90 Oħrajn” ġie sostitwit bil-kodiċijiet tan-NM “3904 69 20 Fluoroelastomer FKM” u “3904 69 80 Oħrajn” biex jiġi introdott kodiċi tan-NM speċifiku għall-fluworoelastomeri FKM.

(3)

Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 441/2013 (4), il-kodiċi tan-NM 3904 69 90 ġie sostitwit bil-kodiċi tan-NM 3904 69 80 fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 594/2009. B’hekk inżammet il-klassifikazzjoni tal-prodott deskritt fir-ringiela li tikkorrispondi mal-entrata 1 fit-tabella fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 594/2009 taħt “oħrajn”, għall-kuntrarju tar-regola ġenerali li l-intestatura li tagħti l-aktar deskrizzjoni speċifika tkun preferuta fuq l-intestaturi li jagħtu deskrizzjoni aktar ġenerali”.

(4)

Il-prodotti bħal dak deskritt fir-ringiela li tikkorrispondi mal-entrata 1 fit-tabella stabbilita fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 594/2009 jridu jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM speċifiku 3904 69 20“Fluoroelastomers FKM” iżda mhux taħt is-subintestatura reżidwa “oħrajn”.

(5)

B’riżultat ta’ dan, jenħtieġ li titħassar ir-ringiela tal-punt 1 fit-tabella stabbilita fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 594/2009.

(6)

Jixraq li jiġi stipulat li, għal ċertu perjodu, l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa abbażi tar-Regolament (UE) Nru 594/2009 fir-rigward tal-prodotti ikkonċernati f’dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tiġi ċċitata mid-detentur skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ tliet xhur.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 594/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa f’konformità ma’ dan ir-Regolament skont kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 441/2013 rigward l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tal-punt 1 tat-tabella stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament fil-verżjoni tiegħu li ġiet adottata fit-8 ta’ Lulju 2009 tista’ tkompli tiġi ċċitata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mis-6 ta’ April 2020.”

(2)

titħassar ir-ringiela tal-punt 1 fit-tabella stabbilita fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)   ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 594/2009 tat-8 ta’ Lulju 2009 rigward il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 178, 9.7.2009, p. 14).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010 tal-5 ta’ Ottubru 2010 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (ĠU L 284, 29.10.2010, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 441/2013 tas-7 ta’ Mejju 2013 li jemenda jew iħassar ċertu regolamenti dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 130, 15.5.2013, p. 1).


Top