EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0374

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/374 tal-5 ta’ Marzu 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

ST/6359/2020/INIT

ĠU L 71, 6.3.2020, p. 14–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/374/oj

6.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/14


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/374

tal-5 ta’ Marzu 2020

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(2)

Fil-25 ta’ Frar 2020, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1970 (2011) tal-KSNU aġġorna l-informazzjoni relattiva għal ħames persuni soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

T. ĆORIĆ


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.


ANNESS

Fl-Annessi I u III għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, l-entrati 6, 9, 23, 25 u 27 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“6.   Isem: 1: ABU 2: ZAYD 3: UMAR 4: DORDA

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: a) Direttur, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. b) Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna. Data tat-Twelid:4 ta’ April 1944Post tat-Twelid: Alrhaybat Psewdonimu affidabbli: Dorda Abuzed OE Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: Numru tal-Passaport tal-Libja FK117RK0, maħruġ fil-25 ta’ Novembru 2018, maħruġ fi Tripli (Data ta’ skadenza: 24 ta’ Novembru 2026) Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Libja (Status/post preżunt: residenti fl-Eġittu) Elenkat fi:26 ta’ Frar 2011 (emendi fis-27 ta’ Ġunju 2014, 1 ta’ April 2016, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta’ Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5938451”

“9.   Isem: 1: AISHA 2: MUAMMAR MUHAMMED 3: ABU MINYAR 4: QADHAFI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid:1 ta’ Jannar 1978Post tat-Twelid: Tripli, Libja Psewdonimu affidabbli: Aisha Muhammed Abdul Salam (Numru tal-Passaport tal-Libja: 215215) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-passaport: a) Oman numru 03824970; maħruġ fl-4 ta’ Mejju 2014, maħruġ f’Muscat, Oman (Data ta’ skadenza: 3 ta’ Mejju 2024) b) Libja 428720 c) B/011641 Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 98606612 Indirizz: Is-Saltna tal-Oman (Status/post preżunt: Is-Saltna tal-Oman) Elenkat fi:26 ta’ Frar 2011 (emendi fil-11 ta’ Novembru 2016, 26 ta’ Settembru 2014, 21 ta’ Marzu 2013, 2 ta’ April 2012, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5525815”

“23.   Isem: 1: AHMAD 2: OUMAR 3: IMHAMAD 4: AL-FITOURI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-milizzja Anas al-Dabbashi, Mexxej ta’ netwerk transnazzjonali tat-traffikar Data tat-Twelid:7 ta’ Mejju 1988Post tat-Twelid: (possibbilment Sabratha, il-viċinat ta’ Talil) Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Al-Dabachi b) Al Ammu c) The Uncle d) Al-Ahwal e) Al Dabbashi Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: Numru tal-Passaport tal-Libja LY53FP76; maħruġ fid-29 ta’ Settembru 2015; maħruġ fi Tripoli Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: 119880387067 Indirizz: a) Garabulli, Libja b) Zawiya, Libja c) Dbabsha-Sabratah Elenkat fi:7 ta’ Ġunju 2018 (emendi fis-17 ta’ Settembru 2018, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/

Informazzjoni addizzjonali

Ahmad Imhamad huwa l-kmandant tal-milizzja Anas al-Dabbashi, li qabel kienet topera fiż-żona kostali bejn Sabratha u Melita. Imhamad huwa mexxej sinifikanti f’attivitajiet illegali relatati mat-traffikar ta’ migranti. Il-klann u l-milizzja al-Dabbashi jżommu wkoll relazzjonijiet ma’ gruppi terroristiċi u gruppi estremisti vjolenti. Imhamad bħalissa huwa attiv fl-inħawi ta’ Zawiya, wara li kien hemm ġlied vjolenti ma’ milizzji u organizzazzjonijiet tat-traffikar rivali oħrajn fl-inħawi taż-żona kostali f’Ottubru 2017, li rriżultaw f’aktar minn 30 persuna mejta, inkluż persuni ċivili. Bi tweġiba għat-tkeċċija tiegħu, Ahmad Imhamad fl-4 ta’ Diċembru 2017 wiegħed pubblikament li ser jirritorna Sabratha bl-armi u bil-forza. Hemm evidenza estensiva li l-milizzja ta’ Imhamad kienet direttament involuta fit-traffikar u l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, u li l-milizzja tiegħu tikkontrolla żoni ta’ tluq għall-migranti, kampijiet, djar siguri u dgħajjes. Hemm informazzjoni li tappoġġa l-konklużjoni li Imhamad espona l-migranti (inkluż minorenni) għal kundizzjonijiet brutali u xi kultant ċirkostanzi fatali fuq l-art u fuq il-baħar. Wara ġlied vjolenti bejn il-milizzja ta’ Imhamad u milizzji oħrajn f’Sabratha, instabu eluf ta’ migranti (bosta f’kundizzjoni gravi), il-biċċa l-kbira tagħhom miżmuma f’ċentri tal-Brigata Martyrs Anas al-Dabbashi u tal-milizzja al-Ghul. Il-klann al-Dabbashi u l-milizzja konnessa Anas al-Dabbashi għandhom rabtiet li ilhom stabbiliti mal-Istat Iżlamiku ta’ Levante (ISIL) u l-affiljati tiegħu.

Diversi operaturi tal-ISIL huma skjerati magħhom, inkluż Abdallah al-Dabbashi, il-"kaliff" ta’ ISIL f’Sabratha. Imhamad kien allegatament involut fl-organizzazzjoni tal-qtil ta’ Sami Khalifa al-Gharabli, li kien maħtur mill-Kunsill muniċipali ta’ Sabratha biex jiġġieled kontra l-operazzjonijiet ta’ traffikar ta’ migranti f’Lulju 2017. L-attivitajiet ta’ Imhamad jikkontribwixxu b’mod importanti għall-vjolenza u n-nuqqas ta’ sigurtà fil-Punent tal-Libja u huma ta’ theddida għall-paċi u l-istabbiltà fil-Libja u l-pajjiżi ġirien.”

“25.   Isem: 1: MOHAMMED 2: AL AMIN 3: AL-ARABI 4: KASHLAF

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-brigata Shuhada al-Nasr, Kap tal-Gwardja tar-Raffinerija tal-Petrol ta’ Zawiya Data tat-Twelid:2 ta’ Diċembru 1985Post tat-Twelid: Zawiya, Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Kashlaf b) Koshlaf c) Keslaf d) al-Qasab Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: C17HLRL3, maħruġ fit-30 ta’ Diċembru 2015, maħruġ f’Zawiya Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Zawiya, Libja Elenkat fi:7 ta’ Ġunju 2018 (emendi fis-17 ta’ Settembru 2018, 25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi)

Elenkat skont il-paragrafu 22(a) tar-riżoluzzjoni 1970 (2011); paragrafu 4(a) tar-riżoluzzjoni 2174 (2014); paragrafu 11(a) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015).

Informazzjoni addizzjonali

Mohammed al-Hadi huwa l-kap tal-brigata Shuhada al Nasr f’Zawiya, fil-Punent tal-Libja. Il-milizzja tiegħu tikkontrolla r-raffinerija ta’ Zawiya, ċentru ta’ operazzjonijiet tal-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali. Al-Hadi jikkontrolla wkoll iċ-ċentri ta’ detenzjoni, inkluż iċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Nasr – nominalment taħt il-kontroll tad-DCIM. Kif iddokumentat f’diversi sorsi, in-netwerk ta’ al-Hadi huwa wieħed mill-aktar dominanti fil-qasam tal-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali u l-isfruttament tal-migranti fil-Libja. Al-Hadi għandu rabtiet estensivi mal-kap tal-unità lokali tal-gwardja tal-kosta ta’ Zawiya, al-Rahman al-Milad, li l-unità tiegħu tinterċetta dgħajjes bil-migranti, li ta’ spiss ikunu ta’ netwerks rivali ta’ faċilitazzjoni tal-migrazzjoni illegali. Il-migranti mbagħad jinġiebu f’faċilitajiet ta’ detenzjoni taħt il-kontroll tal-milizzja Al Nasr, fejn allegatament jinżammu f’kundizzjonijiet kritiċi. Il-Bord ta’ Esperti għal-Libja ġabar evidenza ta’ migranti li spiss kienu msawta, filwaqt li oħrajn, speċjalment nisa minn pajjiżi tas-Sub-Saħara u l-Marokk, inbiegħu fis-suq lokali bħala ‘skjavi sesswali’. Il-Bord sab ukoll li al-Hadi kkollabora ma’ gruppi armati oħrajn u kien involut fi ġlied ripetut u vjolenti fl-2016 u fl-2017.”

“27.   Isem: 1: IBRAHIM 2: SAEED 3: SALIM 4: JADHRAN

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej ta’ milizzji armati Data tat-Twelid:29 ta’ Ottubru 1982Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: Ibrahim Saeed Salem Awad Aissa Hamed Dawoud Al Jadhran Psewdonimu inqas affidabbli:: mhux disponibbli Ċittadinanza: Libja Nru tal-passaport: S/263963; maħruġ fit-8 ta’ Novembru 2012Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: a) 119820043341 b) Nru ta’ identifikazzjoni personali: 137803 Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:11 ta’ Settembru 2018 (emendi fil-25 ta’ Frar 2020) Informazzjoni oħra: Isem tal-omm Salma Abdula Younis. Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq l-Ivvjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: www.interpol.int/en/notice/search/un/xxxx.

Elenkat skont il-paragrafi 11 (b), 11 (c) u 11 (d) tar-riżoluzzjoni 2213 (2015); paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017).

Informazzjoni addizzjonali

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Libja ħareġ mandat ta’ arrest kontra l-persuna kkonċernata fejn ġie akkużat li wettaq għadd ta’ reati.

Il-persuna kkonċernata wettqet azzjonijiet u attakki bl-armi kontra installazzjonijiet taż-żejt li jinsabu fir-reġjun tan-nofs qamar taż-żejt li kkawżaw il-qerda tiegħu, bl-aħħar wieħed fl-14 ta’ Ġunju 2018.

L-attakki fuq ir-reġjun tan-nofs qamar taż-żejt waslu għal ħafna vittmi fost l-abitanti tar-reġjun u pperikolaw il-ħajja tal-persuni ċivili.

L-attakki b’mod intermittenti waqqfu l-esportazzjonijiet taż-żejt Libjan mill-2013 sal-2018, li wassal għal telf sinifikanti għall-ekonomija Libjana.

Il-persuna kkonċernata pprovat tesporta ż-żejt b’mod illegali.

Il-persuna kkonċernata tirrekluta ġellieda barranin għall-attakki ripetuti tiegħu kontra r-reġjun ‘tan-nofs qamar taż-żejt’.

Il-persuna kkonċernata, permezz tal-azzjonijiet tagħha, qed taħdem kontra l-istabbiltà tal-Libja, u tikkostitwixxi ostkolu għall-partijiet Libjani biex tissolva l-kriżi politika u jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti.”


Top