Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1580

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1580 tat-18 ta' Lulju 2019 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fir-Rigward tal-Limitazzjonijiet ta' Żmien dwar Arranġamenti għall-Forniment ta' Inġenji tal-Ajru bl-Ekwipaġġ bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti tal-Amerka, l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja

ST/10485/2019/REV/1

ĠU L 245, 25.9.2019, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1580/oj

Related international agreement

25.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 245/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1580

tat-18 ta' Lulju 2019

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fir-Rigward tal-Limitazzjonijiet ta' Żmien dwar Arranġamenti għall-Forniment ta' Inġenji tal-Ajru bl-Ekwipaġġ bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti tal-Amerka, l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-11 ta' Mejju 2017, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tniedi negozjati mal-Istati Uniti tal-Amerka, l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar Ftehim fir-Rigward tal-Limitazzjonijiet ta' Żmien dwar Arranġamenti għall-Forniment ta' Inġenji tal-Ajru bl-Ekwipaġġ (“il-Ftehim”). In-negozjati ġew konklużi b'suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fit-8 ta' Marzu 2019.

(2)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fir-Rigward tal-Limitazzjonijiet ta' Żmien dwar Arranġamenti għall-Forniment ta' Inġenji tal-Ajru bl-Ekwipaġġ bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti tal-Amerka, l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja, kif ukoll tad-Dikjarazzjoni Konġunta li tifforma parti integrali minnu, huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi.

It-test tal-Ftehim, flimkien mal-Memorandum ta' Konsultazzjonijiet, huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat bl-Ingliż. Skont il-liġi tal-Unjoni, il-Ftehim qiegħed jitfassal ukoll mill-Unjoni bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Iżvediż. Dawn il-verżjonijiet lingwistiċi addizzjonali jenħtieġ li jiġu awtentikati permezz ta' skambju ta' noti diplomatiċi bejn il-Partijiet. Il-verżjonijiet awtentikati kollha għandu jkollhom valur ugwali.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.

Artikolu 4

Il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu (1), sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

T. TUPPURAINEN


(1)  Id-data li minnha l-Ftehim għandu japplika b'mod provviżorju ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top