This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0927
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/927 of 3 June 2019 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/927 tat-3 ta' Ġunju 2019 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/927 tat-3 ta' Ġunju 2019 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
C/2019/4253
ĠU L 148, 6.6.2019, pp. 19–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
6.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/19 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/927
tat-3 ta' Ġunju 2019
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Jixraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2019.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi - NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Basket ta' daqs ta' madwar 32 × 27 × 20 cm fil-forma ta' kubu. L-oġġett jikkonsisti f'wajer tal-azzar (id-dijametru tal-wajer huwa madwar 4 mm) u l-karta. Il-wajer jitqiegħed biss tul it-truf tal-kubu biex jifforma qafas. Il-qafas isostni drapp tal-karta magħmul minn filamenti tal-medd u tat-tagħma. Kull filament jikkonsisti f'żewġ strippi ta' karta mitwija u milwija għat-tul li huma mibruma flimkien. Id-daqs fil-wisgħa ta' kull strixxa tal-karta mibruma huwa madwar 5,5 mm. Il-wajer huwa kompletament mgħotti bil-karta. Ara l-istampi (*1) |
6307 90 98 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali (GIR) 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 1 tal-Kapitolu 63 u mill-kliem tal-Kodiċi tan-NM 6307 , 6307 90 u 6307 90 98 . Il-basket mhuwiex oġġett tad-dar tal-ħadid jew tal-azzar tal-intestatura 7323 minħabba li mhuwiex il-wajer tal-metall komuni iżda d-drapp tal-karta li jagħti lill-oġġett il-karattru essenzjali tiegħu fi ħdan it-tifsira tal-GIR 3 (b), peress li l-oġġett għandu l-apparenza ta' basket tal-karta. M'għandux id-dehra ta' basket tal-metall minħabba li l-wajer huwa kompletament mgħotti bil-karta u għalhekk, ma jidhirx. Barra minn hekk, l-oġġett huwa prinċipalment magħmul mill-karta. Għalhekk, il-klassifikazzjoni fl-intestatura 7323 hija eskluża. Peress li l-istrippi tal-karti huma mibruma, jitqies li huma ħjut tal-karta (ħjut tat-tessut) fi ħdan it-tifsira tal-intestatura 5308 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) għall-intestatura 5308 , (B) ħjut tal-karta, it-tielet paragrafu). Il-klassifikazzjoni tal-oġġett fil-Kapitolu 46 hija eskluża bis-saħħa tan-Nota 1 tal-Kapitolu 46 minħabba li l-ħjut tat-tessut mhumiex ikkunsidrati bħala “materjali tat-trizza”. Barra minn hekk, il-ħjut jiġu minsuġa flimkien biex joħolqu drapp (filamenti tal-medd u tat-tgħama). Il-basket għalhekk mhuwiex oġġett tal-ħjut tal-karta iżda huwa oġġett magħmul mid-drapp u l-klassifikazzjoni tiegħu fl-intestatura 5609 hija eskluża (ara wkoll l-NSSA għall-intestatura 5609 , l-ewwel u t-tielet paragrafu, (c)). Oġġetti tat-tessut magħmulin minn kwalunkwe drapp ta' tessut li mhumiex deskritti aktar speċifikament x'imkien ieħor fin-Nomenklatura huma kklassifikati taħt is-Subkapitolu I tal-Kapitolu 63 (ara wkoll l-NSSA għall-Kapitolu 63, Ġenerali, (1), l-ewwel paragrafu). Il-prodott għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 6307 90 98 , bħala prodott ieħor magħmul mit-tessut. |
(*1) L-istampi għandhom jintużaw biss għal finijiet ta' informazzjoni.