This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2191
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/2191 of 24 November 2017 withdrawing the suspension of submission of applications for import licences under the tariff quotas opened by Regulation (EC) No 891/2009 in the sugar sector
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2191 tal-24 ta' Novembru 2017 li jirtira s-sospensjoni tal-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont il-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 891/2009 fis-settur taz-zokkor
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2191 tal-24 ta' Novembru 2017 li jirtira s-sospensjoni tal-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont il-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 891/2009 fis-settur taz-zokkor
ĠU L 310, 25.11.2017, p. 46–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/46 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2191
tal-24 ta' Novembru 2017
li jirtira s-sospensjoni tal-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont il-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 891/2009 fis-settur taz-zokkor
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 et (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 (2) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjonijiet tal-prodotti taz-zokkor. |
(2) |
Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' importazzjoni skont l-ordni bin-numru 09.4321 ġiet sospiża mill-20 ta' Ottubru 2017 bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1917 (3). |
(3) |
Wara n-notifiki dwar liċenzji ta' importazzjoni mhux użati jew użati parzjalment, saru disponibbli mill-ġdid kwantitajiet għall-ordni b'dak in-numru. Is-sospensjoni ta' applikazzjonijiet għandha għalhekk tiġi rtirata, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 891/2009. |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sospensjoni tal-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' importazzjoni skont in-numru tal-ordni 09.4321 stabbilit bir-Regolament (UE) 2017/1917 għandha tiġi rtirata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1917 tad-19 ta' Ottubru 2017 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu japplika għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa sad-9 ta' Ottubru 2017 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 891/2009 fis-settur taz-zokkor u s-sospensjoni tat-tressiq tal-applikazzjoni għal liċenzji bħal dawn (ĠU L 271, 20.10.2017, p. 27).