Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R2190

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2190 tal-24 ta' Novembru 2017 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri, il-formati u l-formuli tar-rapport dwar is-solvenza u l-kondizzjoni finanzjarja skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/7754

ĠU L 310, 25.11.2017, p. 30–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R0895

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2190/oj

25.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/30


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2190

tal-24 ta' Novembru 2017

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri, il-formati u l-formuli tar-rapport dwar is-solvenza u l-kondizzjoni finanzjarja skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-25 ta' Novembru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u b'mod partikolari r-raba' paragrafu tal-Artikolu 56 u l-Artikolu 256(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Hemm bżonn li jiġi ffaċilitat l-iżvelar konsistenti u li titjieb il-kwalità tal-informazzjoni żvelata kif stipulat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2452 (2).

(2)

Id-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament huma marbutin ma' xulxin mill-qrib, peress li jittrattaw il-proċeduri u l-formoli għall-iżvelar tar-rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn dawn id-dispożizzjonijiet, li jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u biex tiġi ffaċilitata perspettiva komprensiva u aċċess għalihom minn persuni suġġetti għal dawn l-obbligi, inklużi investituri li mhumiex residenti fl-Unjoni, ikun tajjeb jekk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikoli 56 u 256(5) tad-Direttiva 2009/138/KE jkunu inklużi f'Regolament wieħed.

(3)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, EIOPA) lill-Kummissjoni.

(4)

L-EIOPA segwiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 (3) sabiex tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni, wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tas-Settur tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

(5)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 jiġi emendat skont dan.

(6)

Jenħtieġ li jiġu kkoreġuti wkoll id-diversi żbalji żgħar ta' abbozzar fl-istruzzjonijiet tal-formoli inklużi fit-test tar-Regolament (UE) 2015/2452,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet Emendatorji

L-Annessi II u III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 huma emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikoli 2

Dispożizzjonijiet ta' korrezzjoni

L-Annessi I, II u III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 huma kkoreġuti skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2452 tat-2 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri, il-formati u l-formuli tar-rapport dwar is-solvenza u l-kondizzjoni finanzjarja skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 31.12.2015, p. 1285).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).


ANNESS I

1.

Kemm l-Anness II kif ukoll III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 huma emendati kif ġej:

(a)

Fit-taqsima S.05.01, Kummenti Ġenerali, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Din il-formola għandha tagħti rendikont mill-perspettiva kontabilistika, jiġifieri: GAAP lokali jew IFRS jekk jkunu aċċettati bħala prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati lokali iżda bl-użu tal-linji operatorji SII. L-impriżi għandhom jużaw l-istess bażi ta' rikonoxximent u ta' valutazzjoni bħal tar-rapporti finanzjarji ppubblikati, mhux meħtieġ rikonoxximent ġdid jew rivalutazzjoni għajr għall-klassifikazzjoni bejn il-kuntratti ta' investiment u l-kuntratti ta' assigurazzjoni meta dan ikun applikabbli fir-rapporti finanzjarji. Din il-formola għandha tinkludi n-negozji kollha ta' assigurazzjoni minkejja l-possibbiltà ta' klassifikazzjoni differenti bejn il-kuntratti ta' investiment u l-kuntratti ta' assigurazzjoni applikabbli fir-rapporti finanzjarji.”

2.

L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-taqsima S.05.02 — Kummenti Ġenerali — it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Il-formula hija msejsa fuq il-bażi ta' sena sa issa. L-impriżi għandhom jużaw l-istess bażi ta' rikonoxximent u ta' valutazzjoni bħal tar-rapporti finanzjarji ppubblikati, mhux meħtieġ rikonoxximent ġdid jew rivalutazzjoni għajr għall-klassifikazzjoni bejn il-kuntratti ta' investiment u l-kuntratti ta' assigurazzjoni meta dan ikun applikabbli fir-rapporti finanzjarji. Din il-formola għandha tinkludi n-negozji kollha ta' assigurazzjoni minkejja l-possibbiltà ta' klassifikazzjoni differenti bejn il-kuntratti ta' investiment u l-kuntratti ta' assigurazzjoni applikabbli fir-rapporti finanzjarji.”

3.

L-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-taqsima S.05.02 — Kummenti Ġenerali, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Din il-formola għandha tiġi divulgata minn perspettiva ta' kontabbiltà, jiġifieri: GAAP lokali jew IFRS jekk aċċettati bħala GAAP lokali. Il-formula hija msejsa fuq il-bażi ta' sena sa issa. L-impriżi għandhom jużaw l-istess bażi ta' rikonoxximent u ta' valutazzjoni bħal tar-rapporti finanzjarji ppubblikati, mhux meħtieġ rikonoxximent ġdid jew rivalutazzjoni għajr għall-klassifikazzjoni bejn il-kuntratti ta' investiment u l-kuntratti ta' assigurazzjoni meta dan ikun applikabbli fir-rapporti finanzjarji. Din il-formola għandha tinkludi n-negozji kollha ta' assigurazzjoni minkejja l-possibbiltà ta' klassifikazzjoni differenti bejn il-kuntratti ta' investiment u l-kuntratti ta' assigurazzjoni applikabbli fir-rapporti finanzjarji.”


ANNESS II

1.

L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

Fil-formola S.19.01.21, ir-ringiela Z0010 hija sostitwita bir-ringiela li ġejja:

“Sena tal-aċċident/sena tas-sottoskrizzjoni

Z0020

 

(b)

Fil-formola S.23.01.01.R0230, ir-ringiela kollha hija sostitwita b'dan li ġej:

“Tnaqqis għall-parteċipazzjoni f'istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu

R0230

 

 

 

 

 

(c)

Fil-formola S.23.01.22.R0220, ir-ringiela kollha hija sostitwita b'dan li ġej:

“Fondi proprji mir-rapporti finanzjarji li ma għandhomx jiġu rrappreżentati mir-riżerva ta' rikonċiljazzjoni u li ma jissodisfawx il-kriterji sabiex jiġu kklassifikati bħala fondi proprji tas-Solvibbiltà II

R0220

 

 

 

 

 

(d)

Fil-formola S.23.01.22.R0240, ir-ringiela kollha hija sostitwita b'dan li ġej:

“li minnhom jitnaqqas skont l-Artikolu 228 tad-Direttiva 2009/138/KE

R0240

 

 

 

 

 

(e)

Fil-formola S.23.01.22.R0330, ir-ringiela li ġejja hija mdaħħla wara R0320:

“Impenn legalment vinkolanti għas-sottoskrizzjoni u l-ħlas għal obbligazzjonijiet subordinati fuq talba

R0330

 

 

 

 

 

(f)

Fil-formoli S.23.01.22.R0350 u S.23.01.22.R0340, ir-ringieli kollha huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Ittri ta' kreditu u garanziji skont l-Artikolu 96(2) tad-Direttiva 2009/138/KE

R0340

 

 

 

 

 

Ittri ta' kreditu u garanziji għajr dawk skont l-Artikolu 96(2) tad-Direttiva 2009/138/KE

R0350

 

 

 

 

 

(g)

Fil-formola S.23.01.22.R0410, ir-ringiela kollha hija sostitwita b'dan li ġej:

“Istituzzjonijiet ta' Kreditu, ditti ta' investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, maniġers ta' fondi ta' investiment alternattivi, kumpaniji maniġerjali tal-UCITS

R0410

 

 

 

 

 

(h)

Fil-formola S.23.01.22.R0440, ir-ringiela kollha hija sostitwita b'dan li ġej:

“Fondi proprji totali ta' setturi finanzjarji oħrajn

R0440

 

 

 

 

 

(i)

Fil-formola S.23.01.22.R0770, ir-ringiela kollha hija sostitwita b'dan li ġej:

“Profitti mistennija inklużi fil-premia futuri (EPIFP) — Negozju tal-assigurazzjoni tal-ħajja

R0770

 

 

 

 

 

(j)

Fil-formola S.23.01.22.R0780, ir-ringiela kollha hija sostitwita b'dan li ġej:

“Profitti mistennija inklużi fil-premia futuri (EPIFP) — Negozju tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja

R0780

 

 

 

 

 

(k)

Fil-formola S.23.01.22.R0790, ir-ringiela kollha hija sostitwita b'dan li ġej:

“Total tal-EPIFP

R0790

 

 

 

 

 

(l)

Fil-formola S.25.01.21, “C0100” Simplifikazzjonijiet hija sostitwita b'“C0120”;

(m)

Fil-formoli S.25.01.22, S.25.02.21, S.25.02.22.C0080 hija sostitwita b'C0090, u C0090 b'C0120;

(n)

Fil-formoli S.25.02.21, S.25.02.22, S.25.03.21 u S.25.03.22,R0420, ir-ringiela kollha hija sostitwita b'dan li ġej:

“Ammont totali ta' Rekwiżiti Kapitali tas-Solvenza Nozzjonali għall-fondi delimitati

R0420

 

(o)

Fil-formola S.25.02.22, qabel “Rekwiżit kapitali tas-solvenza tal-grupp konsolidat minimu, R0470”, jitħassru r-ringieli li ġejjin:

“Numru uniku tal-komponent

Deskrizzjoni tal-komponenti

Kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza

Ammont mudellat

USP

Simplifikazzjonijiet

C0010

C0020

C0030

C0070

C0080

C0090”

(p)

Fil-formola S.25.03.22, qabel “Rekwiżit kapitali għal setturi finanzjarji oħrajn (Rekwiżiti kapitali mhux tal-assigurazzjoni) — Istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti ta' investiment u istituzzjonijiet finanzjarji, maniġers ta' fondi ta' investiment alternattivi, kumpaniji tal-immaniġjar tal-UCITS, R0510”, jitħassru r-ringieli li ġejjin:

“Numru uniku tal-komponent

Deskrizzjoni tal-komponenti

Kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza

C0010

C0020

C0030”

2.

Kemm l-Anness II kif ukoll III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 huma kkoreġuti kif ġej:

(a)

Fil-formola S.05.01, minn C0010 sa C0120/R0410 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“minn C0010 sa C0120/R0410

Bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra — Gross — Operat dirett

Bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra kif definit fid-Direttiva 91/674/KEE fejn applikabbli: jiġifieri l-bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra għall-operat dirett gross.

Din l-entrata għandha tiġi rrappurtata bħala ammont pożittiv jekk il-varjazzjoni tkun negattiva (tnaqqis ta' provvedimenti tekniċi oħra li jwassal għal profitt) jew bħala ammont negattiv jekk il-varjazzjoni tkun pożittiva (żieda ta' provvedimenti tekniċi oħra li twassal għal telf).”

(b)

Fil-formola S.05.01, minn C0010 sa C0120/R0420 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“minn C0010 sa C0120/R0420

Bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra — Gross — Riassigurazzjoni proporzjonali aċċettata

Bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra kif definit fid-Direttiva 91/674/KEE fejn applikabbli: jiġifieri l-bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra għal riassigurazzjoni proporzjonali grossa aċċettata.

Din l-entrata għandha tiġi rrappurtata bħala ammont pożittiv jekk il-varjazzjoni tkun negattiva (tnaqqis ta' provvedimenti tekniċi oħra li jwassal għal profitt) jew bħala ammont negattiv jekk il-varjazzjoni tkun pożittiva (żieda ta' provvedimenti tekniċi oħra li twassal għal telf).”

(c)

Fil-formola S.05.01, minn C0130 sa C0160/R0430 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“minn C0130 sa C0160/R0430

Bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra — Gross — Riassigurazzjoni proporzjonali aċċettata

Bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra kif definit fid-Direttiva 91/674/KEE fejn applikabbli: jiġifieri l-bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra għal riassigurazzjoni mhux proporzjonali grossa aċċettata.

Din l-entrata għandha tiġi rrappurtata bħala ammont pożittiv jekk il-varjazzjoni tkun negattiva (tnaqqis ta' provvedimenti tekniċi oħra li jwassal għal profitt) jew bħala ammont negattiv jekk il-varjazzjoni tkun pożittiva (żieda ta' provvedimenti tekniċi oħra li twassal għal telf).”

(d)

Fil-formola S.05.01, minn C0010 sa C0160/R0440 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“minn C0010 sa C0160/R0440

Bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra — Is-sehem tar-riassiguraturi

Bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra kif definit fid-Direttiva 91/674/KEE fejn applikabbli: jiġifieri l-bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra marbuta mal-ammonti ċeduti lil riassiguraturi.

Din l-entrata għandha tiġi rrappurtata bħala ammont pożittiv jekk il-varjazzjoni tkun negattiva jew bħala ammont negattiv jekk il-varjazzjoni tkun pożittiva.”

(e)

Fil-formola S.05.01, minn C0010 sa C0160/R0500 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“minn C0010 sa C0160/R0500

Bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra — Nett

Bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra kif definit fid-Direttiva 91/674/KEE fejn applikabbli: l-ammont nett tal-bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra jirrappreżenta t-total tal-operat dirett u tal-operat tar-riassigurazzjoni aċċettat mnaqqas bl-ammont ċedut lil impriżi tar-riassigurazzjoni.

Din l-entrata għandha tiġi rrappurtata bħala ammont pożittiv jekk il-varjazzjoni tkun negattiva (tnaqqis ta' provvedimenti tekniċi oħra li jwassal għal profitt) jew bħala ammont negattiv jekk il-varjazzjoni tkun pożittiva (żieda ta' provvedimenti tekniċi oħra li twassal għal telf).”

(f)

Fil-formola S.05.01, minn C0210 sa C0280/R1710 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“minn C0210 sa C0280/R1710

Bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra - Gross — operat dirett u riassigurazzjoni aċċettata.

Id-definizzjoni ta' bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra tinsab fid-Direttiva 91/674/KEE fejn applikabbli: jiġifieri l-bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra relatati ma' kuntratti ta' assigurazzjoni li jirriżultaw minn operat dirett u ta' riassigurazzjoni grossa.

Din l-entrata għandha tiġi rrappurtata bħala ammont pożittiv jekk il-varjazzjoni tkun negattiva (tnaqqis ta' provvedimenti tekniċi oħra li jwassal għal profitt) jew bħala ammont negattiv jekk il-varjazzjoni tkun pożittiva (żieda ta' provvedimenti tekniċi oħra li twassal għal telf).”

(g)

Fil-formola S.05.01, minn C0210 sa C0280/R1720 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“minn C0210 sa C0280/R1720

Bidla fi provvedimenti tekniċi oħra — Is-sehem tar-riassiguraturi

Id-definizzjoni ta' bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra tinsab fid-Direttiva 91/674/KEE fejn applikabbli: jiġifieri s-sehem tar-riassiguraturi f'bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra.

Din l-entrata għandha tiġi rrappurtata bħala ammont pożittiv jekk il-varjazzjoni tkun negattiva jew bħala ammont negattiv jekk il-varjazzjoni tkun pożittiva.”

(h)

Fil-formola S.05.01, minn C0210 sa C0280/R1800 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“minn C0210 sa C0280/R1800

Bidla fi provvedimenti tekniċi oħra — Nett

Id-definizzjoni ta' bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra tinsab fid-Direttiva 91/674/KEE fejn applikabbli: il-bidliet netti fi provvedimenti tekniċi oħra relatati mas-somma tal-operat dirett u l-operat tar-riassigurazzjoni aċċettat mnaqqas bl-ammont ċedut lil impriżi tar-riassigurazzjoni.

Din l-entrata għandha tiġi rrappurtata bħala ammont pożittiv jekk il-varjazzjoni tkun negattiva (tnaqqis ta' provvedimenti tekniċi oħra li jwassal għal profitt) jew bħala ammont negattiv jekk il-varjazzjoni tkun pożittiva (żieda ta' provvedimenti tekniċi oħra li twassal għal telf).”

(i)

Fil-formola S.05.02, minn C0080 sa C0140/R0410 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“minn C0080 sa C0140/R0410

Bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra — Gross — Operat dirett

Bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra kif definit fid-Direttiva 91/674/KEE fejn applikabbli: jiġifieri l-bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra għall-operat dirett gross.

Din l-entrata għandha tiġi rrappurtata bħala ammont pożittiv jekk il-varjazzjoni tkun negattiva (tnaqqis ta' provvedimenti tekniċi oħra li jwassal għal profitt) jew bħala ammont negattiv jekk il-varjazzjoni tkun pożittiva (żieda ta' provvedimenti tekniċi oħra li twassal għal telf).”

(j)

Fil-formola S.05.02, minn C0080 sa C0140/R0420 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“minn C0080 sa C0140/R0420

Bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra — Gross — Riassigurazzjoni proporzjonali aċċettata

Bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra kif definit fid-Direttiva 91/674/KEE fejn applikabbli: jiġifieri l-bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra għal riassigurazzjoni proporzjonali grossa aċċettata.

Din l-entrata għandha tiġi rrappurtata bħala ammont pożittiv jekk il-varjazzjoni tkun negattiva (tnaqqis ta' provvedimenti tekniċi oħra li jwassal għal profitt) jew bħala ammont negattiv jekk il-varjazzjoni tkun pożittiva (żieda ta' provvedimenti tekniċi oħra li twassal għal telf).”

(k)

Fil-formola S.05.02, minn C0080 sa C0140/R0430 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“minn C0080 sa C0140/R0430

Bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra — Gross — Riassigurazzjoni mhux proporzjonali aċċettata

Bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra kif definit fid-Direttiva 91/674/KEE fejn applikabbli: jiġifieri l-bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra għal riassigurazzjoni mhux proporzjonali grossa aċċettata.

Din l-entrata għandha tiġi rrappurtata bħala ammont pożittiv jekk il-varjazzjoni tkun negattiva (tnaqqis ta' provvedimenti tekniċi oħra li jwassal għal profitt) jew bħala ammont negattiv jekk il-varjazzjoni tkun pożittiva (żieda ta' provvedimenti tekniċi oħra li twassal għal telf).”

(l)

Fil-formola S.05.02, minn C0080 sa C0140/R0440 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“minn C0080 sa C0140/R0440

Bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra — Is-sehem tar-riassiguraturi

Bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra kif definit fid-Direttiva 91/674/KEE fejn applikabbli: jiġifieri l-bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra marbuta mal-ammonti ċeduti lil riassiguraturi.

Din l-entrata għandha tiġi rrappurtata bħala ammont pożittiv jekk il-varjazzjoni tkun negattiva jew bħala ammont negattiv jekk il-varjazzjoni tkun pożittiva.”

(m)

Fil-formola S.05.02, minn C0080 sa C0140/R0500 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“minn C0080 sa C0140/R0500

Bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra — Nett

Bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra kif definit fid-Direttiva 91/674/KEE fejn applikabbli: l-ammont nett tal-bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra jirrappreżenta t-total tal-operat dirett u tal-operat tar-riassigurazzjoni aċċettat mnaqqas bl-ammont ċedut lil impriżi tar-riassigurazzjoni.

Din l-entrata għandha tiġi rrappurtata bħala ammont pożittiv jekk il-varjazzjoni tkun negattiva (tnaqqis ta' provvedimenti tekniċi oħra li jwassal għal profitt) jew bħala ammont negattiv jekk il-varjazzjoni tkun pożittiva (żieda ta' provvedimenti tekniċi oħra li twassal għal telf).”

(n)

Fil-formola S.05.02, minn C0220 sa C0280/R1710 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“minn C0220 sa C0280/R1710

Bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra – Gross

Id-definizzjoni ta' bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra tinsab fid-Direttiva 91/674/KEE fejn applikabbli: jiġifieri l-bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra relatati ma' kuntratti ta' assigurazzjoni li jirriżultaw minn operat dirett u ta' riassigurazzjoni grossa.

Din l-entrata għandha tiġi rrappurtata bħala ammont pożittiv jekk il-varjazzjoni tkun negattiva (tnaqqis ta' provvedimenti tekniċi oħra li jwassal għal profitt) jew bħala ammont negattiv jekk il-varjazzjoni tkun pożittiva (żieda ta' provvedimenti tekniċi oħra li twassal għal telf).”

(o)

Fil-formola S.05.02, minn C0220 sa C0280/R1720 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“minn C0220 sa C0280/R1720

Bidla fi provvedimenti tekniċi oħra — Is-sehem tar-riassiguraturi

Id-definizzjoni ta' bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra tinsab fid-Direttiva 91/674/KEE fejn applikabbli: jiġifieri s-sehem tar-riassiguraturi f'bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra.

Din l-entrata għandha tiġi rrappurtata bħala ammont pożittiv jekk il-varjazzjoni tkun negattiva jew bħala ammont negattiv jekk il-varjazzjoni tkun pożittiva.”

(p)

Fil-formola S.05.02, minn C0220 sa C0280/R1800 ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“minn C0220 sa C0280/R1800

Bidla fi provvedimenti tekniċi oħra – Nett

Id-definizzjoni ta' bidliet fi provvedimenti tekniċi oħra tinsab fid-Direttiva 91/674/KEE fejn applikabbli: jiġifieri l-bidliet netti fi provvedimenti tekniċi oħra relatati mas-somma tal-operat dirett u tal-operat tar-riassigurazzjoni aċċettat mnaqqas bl-ammont ċedut lil impriżi tar-riassigurazzjoni.

Din l-entrata għandha tiġi rrappurtata bħala ammont pożittiv jekk il-varjazzjoni tkun negattiva (tnaqqis ta' provvedimenti tekniċi oħra li jwassal għal profitt) jew bħala ammont negattiv jekk il-varjazzjoni tkun pożittiva (żieda ta' provvedimenti tekniċi oħra li twassal għal telf).”

(q)

Fil-formola S.22.01.C0010/R0010, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“C0010/R0010

L-ammont b'miżuri ta' garanzija fit-tul u miżuri tranżitorji — Provvedimenti Tekniċi

L-ammont totali ta' provvedimenti tekniċi grossi inklużi miżuri ta' garanzija fit-tul u miżuri tranżitorji”

(r)

Fil-formola S.22.01.C0030/R0010, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“C0030/R0010

Impatt ta' miżura tranżitorja fuq il-provvedimenti tekniċi – Provvedimenti Tekniċi

L-ammont tal-aġġustament fil-provvedimenti tekniċi grossi minħabba l-applikazzjoni ta' miżura tranżitorja fuq il-provvedimenti tekniċi.

Din għandha tkun id-differenza bejn il-provvedimenti tekniċi mingħajr tnaqqis tranżitorju fil-provvedimenti tekniċi u l-provvedimenti tekniċi b'miżuri ta' garanzija fit-tul u b'miżuri tranżitorji”

(s)

Fil-formola S.22.01.C0050/R0010, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“C0050/R0010

L-impatt ta' miżura tranżitorja fuq ir-rata tal-imgħax – Provvedimenti Tekniċi

L-ammont tal-aġġustament fil-provvedimenti tekniċi grossi minħabba l-applikazzjoni tal-aġġustament tranżitorju fl-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti.

Din għandha tkun id-differenza bejn il-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament tranżitorju fl-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju u l-provvedimenti tekniċi mingħajr miżura tranżitorja għall-provvedimenti tekniċi.”

(t)

Fil-formola S.22.01.C0070/R0010, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“C0070/R0010

L-impatt tal-aġġustament għall-volatilità stabbilit bħala żero — Provvedimenti tekniċi

L-ammont tal-aġġustament fil-provvedimenti tekniċi grossi minħabba l-applikazzjoni tal-aġġustament tal-volatilità. Din għandha tirrifletti l-impatt meta l-aġġustament għall-volatilità jkun żero.

Din għandha tkun id-differenza bejn il-provvedimenti tekniċi mingħajr l-aġġustament għall-volatilità u mingħajr miżuri tranżitorji oħra, u l-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament tranżitorju fl-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju.”

(u)

Fil-formola S.22.01.C0090/R0010, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“C0090/R0010

L-impatt tal-aġġustament ta' korrispondenza stabbilit bħala żero — Provvedimenti Tekniċi

L-ammont tal-aġġustament fil-provvedimenti tekniċi grossi minħabba l-applikazzjoni tal-aġġustament tal-volatilità. Din għandha tinkludi l-impatt meta l-aġġustament għall-volatilità u l-aġġustament għall-korrispondenza jkunu żero.

Din għandha tkun id-differenza bejn il-provvedimenti tekniċi mingħajr l-aġġustament għall-korrispondenza u mingħajr il-miżuri tranżitorji l-oħra kollha, u l-provvedimenti tekniċi mingħajr l-aġġustament għall-volatilità u mingħajr miżuri tranżitorji oħra.”

(v)

Fil-formola S.22.01.C0050/R0020, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“C0050/R0020

Impatt ta' miżura tranżitorja fuq ir-rata tal-imgħax – Fondi proprji bażiċi

L-ammont tal-aġġustament fil-fondi proprji bażiċi minħabba l-applikazzjoni tal-aġġustament tranżizzjonali fl-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju.

Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji bażiċi ikkalkulati filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament tranżitorju fl-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju u l-fondi proprji bażiċi ikkalkulati bil-provvedimenti tekniċi mingħajr miżura tranżitorja għall-provvedimenti tekniċi.”

(w)

Fil-formola S.22.01.C0070/R0020, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“C0070/R0020

L-impatt tal-aġġustament għall-volatilità stabbilit bħala żero — Fondi proprji bażiċi

L-ammont tal-aġġustament fil-Fondi proprji bażiċi minħabba l-applikazzjoni tal-aġġustament tgħall-volatilità. Din għandha tirrifletti l-impatt meta l-aġġustament għall-volatilità jkun żero.

Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji bażiċi filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr l-aġġustament għall-volatilità u mingħajr miżuri tranżitorji oħra, u l-fondi proprji bażiċi filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament tranżitorju fl-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju.”

(x)

Fil-formola S.22.01.C0090/R0020, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“C0090/R0020

L-impatt tal-aġġustament ta' korrispondenza stabbilit bħala żero — Fondi proprji bażiċi

L-ammont tal-aġġustament fil-fondi proprji bażiċi minħabba l-applikazzjoni tal-aġġustament għall-korrispondenza. Din għandha tinkludi l-impatt meta l-aġġustament għall-volatilità u l-aġġustament għall-korrispondenza jkunu żero.

Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji bażiċi filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr l-aġġustament għall-korrispondenza u mingħajr il-miżuri tranżitorji l-oħra kollha, u l-fondi proprji bażiċi filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr l-aġġustament għall-volatilità u mingħajr miżuri tranżitorji oħra.”

(y)

Fil-formola S.22.01.C0050/R0050, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“C0050/R0050

Impatt ta' miżura tranżitorja fuq ir-rata tal-imgħax — Fondi proprji eleġibbli biex jissodisfaw ir-RKS

L-ammont tal-aġġustament fil-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw ir-RKS minħabba l-applikazzjoni tal-aġġustament tranżitorju fl-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju.

Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jiġi ssodisfat ir-RKS kkalkulat filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament tranżitorju fl-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju u l-fondi proprji eliġibbli biex jiġi ssodisfat ir-RKS kkalkulat filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr miżura tranżitorja għall-provvedimenti tekniċi.”

(z)

Fil-formola S.22.01.C0070/R0050, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“C0070/R0050

L-impatt tal-aġġustament għall-volatilità stabbilit bħala żero — Fondi proprji eleġibbli biex jissodisfaw ir-RKS

L-ammont tal-aġġustament fil-fondi proprji eleġibbli biex jissodisfaw ir-RKS minħabba l-applikazzjoni tal-aġġustament għall-volatilità. Din għandha tirrifletti l-impatt meta l-aġġustament għall-volatilità jkun żero.

Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jiġi ssodisfat ir-RKS filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr l-aġġustament għall-volatilità u mingħajr miżuri tranżitorji oħra, u l-fondi proprji eliġibbli biex jiġi ssodisfat ir-RKS filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament tranżitorju fl-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju.”

(aa)

Fil-formola S.22.01.C0090/R0050, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“C0090/R0050

L-impatt tal-aġġustament għall-korrispondenza stabbilit bħala żero – Fondi proprji eleġibbli biex jissodisfaw ir-RKS

L-ammont tal-aġġustament fil-fondi proprji eleġibbli biex jissodisfaw ir-RKS minħabba l-applikazzjoni tal-aġġustament għall-korrispondenza. Din għandha tinkludi l-impatt meta l-aġġustament għall-volatilità u l-aġġustament għall-korrispondenza jkunu żero.

Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jiġi ssodisfat ir-RKS kkalkulat filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr l-aġġustament għall-korrispondenza u mingħajr il-miżuri tranżitorji l-oħra kollha, u l-fondi proprji eliġibbli biex jiġi ssodisfat ir-RKS kkalkulat filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr l-aġġustament għall-volatilità u mingħajr miżuri tranżitorji oħra.”

(bb)

Fil-formola S.22.01.C0050/R0090, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“C0050/R0090

Impatt tal-miżura tranżitorja fuq ir-rata tal-imgħax — RKS

L-ammont tal-aġġustament fir-RKS minħabba l-applikazzjoni tal-aġġustament tranżitorju fl-istruttura relevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju.

Din għandha tkun id-differenza bejn ir-RKS ikkalkulat filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament tranżitorju fl-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju u r-RKS ikkalkulat bil-provvedimenti tekniċi mingħajr miżura tranżitorja għall-provvedimenti tekniċi.”

(cc)

Fil-formola S.22.01.C0070/R0090, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“C0070/R0090

L-impatt tal-aġġustament għall-volatilità stabbilit bħala żero — RKS

L-ammont tal-aġġustament fir-RKS minħabba l-applikazzjoni tal-aġġustament għall-volatilità. Dan għandu jirrifletti l-impatt ta' meta l-aġġustament għall-volatilità jkun żero.

Din għandha tkun id-differenza bejn ir-RKS filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr l-aġġustament għall-volatilità u mingħajr miżuri tranżitorji oħra, u r-RKS filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament tranżitorju fl-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju.”

(dd)

Fil-formola S.22.01.C0090/R0090, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“C0090/R0090

L-impatt tal-aġġustament ta' korrispondenza stabbilit bħala żero — RKS

L-ammont tal-aġġustament fir-RKS minħabba l-applikazzjoni tal-aġġustament ta' korrispondenza. Din għandha tinkludi l-impatt meta l-aġġustament għall-volatilità u l-aġġustament għall-korrispondenza jkunu żero.

Din għandha tkun id-differenza bejn ir-RKS ikkalkulat filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr l-aġġustament għall-korrispondenza u mingħajr il-miżuri tranżitorji l-oħra kollha, u ir-RKS ikkalkulat filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr l-aġġustament għall-volatilità u mingħajr miżuri tranżitorji oħra.”

(ee)

Fil-formola S.22.01.C0050/R0100, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“C0050/R0100

Impatt tal-miżura tranżitorja fuq ir-rata tal-imgħax — Fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw ir-RKM

L-ammont tal-aġġustament fil-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw ir-RKM minħabba l-applikazzjoni tal-aġġustament tranżitorju fl-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti.

Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jiġi ssodisfat ir-RKM kkalkulat filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament tranżitorju fl-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju u l-fondi proprji eliġibbli biex jiġi ssodisfat ir-RKM kkalkulat bil-provvedimenti tekniċi mingħajr miżura tranżitorja għall-provvedimenti tekniċi.”

(ff)

Fil-formola S.22.01.C0070/R0100, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“C0070/R0100

L-impatt tal-aġġustament għall-volatilità stabbilit bħala żero — Fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw ir-RKM

L-ammont tal-aġġustament fil-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw ir-RKM minħabba l-applikazzjoni tal-aġġustament tal-volatilità. Din għandha tirrifletti l-impatt meta l-aġġustament għall-volatilità jkun żero.

Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jiġi ssodisfat ir-RKM filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr l-aġġustament għall-volatilità u mingħajr miżuri tranżitorji oħra, u l-fondi proprji eliġibbli biex jiġi ssodisfat ir-RKM filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament tranżitorju fl-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju.”

(gg)

Fil-formola S.22.01.C0090/R0100, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“C0090/R0100

L-impatt tal-aġġustament ta' korrispondenza stabbilit bħala żero — Fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw ir-RKM

L-ammont tal-aġġustament fil-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw ir-RKM minħabba l-applikazzjoni tal-aġġustament ta' korrispondenza. Din għandha tinkludi l-impatt meta l-aġġustament għall-volatilità u l-aġġustament għall-korrispondenza jkunu żero.

Din għandha tkun id-differenza bejn il-fondi proprji eliġibbli biex jiġi ssodisfat ir-RKM kkalkulat filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr l-aġġustament għall-korrispondenza u mingħajr il-miżuri tranżitorji l-oħra kollha, u l-fondi proprji eliġibbli biex jiġi ssodisfat ir-RKM kkalkulat filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr l-aġġustament għall-volatilità u mingħajr miżuri tranżitorji oħra.”

(hh)

Fil-formola S.22.01.C0050/R0110, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“C0050/R0110

Impatt tal-miżura tranżitorja fuq ir-rata tal-imgħax — Rekwiżit Kapitali Minimu

L-ammont tal-aġġustament fir-RKM minħabba l-applikazzjoni tal-aġġustament tranżitorju fl-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti.

Din għandha tkun id-differenza bejn ir-RKM ikkalkulat filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament tranżitorju fl-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju u r-RKM ikkalkulat bil-provvedimenti tekniċi mingħajr miżura tranżitorja għall-provvedimenti tekniċi.”

(ii)

Fil-formola S.22.01.C0070/R0110, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“C0070/R0110

L-impatt tal-aġġustament għall-volatilità stabbilit bħala żero — Rekwiżit Kapitali Minimu

L-ammont tal-aġġustament fir-RKM minħabba l-applikazzjoni tal-aġġustament tal-volatilità. Dan għandu jirrifletti l-impatt ta' meta l-aġġustament għall-volatilità jkun żero.

Din għandha tkun id-differenza bejn ir-RKM filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr l-aġġustament għall-volatilità u mingħajr miżuri tranżitorji oħra, u r-RKM filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr aġġustament tranżitorju fl-istruttura rilevanti tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju.”

(jj)

Fil-formola S.22.01.C0090/R0110, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“C0090/R0110

L-impatt tal-aġġustament ta' korrispondenza stabbilit bħala żero — Rekwiżit Kapitali Minimu

L-ammont tal-aġġustament fir-RKM minħabba l-applikazzjoni tal-aġġustament għall-korrispondenza. Din għandha tinkludi l-impatt meta l-aġġustament għall-volatilità u l-aġġustament għall-korrispondenza jkunu żero.

Din għandha tkun id-differenza bejn ir-RKM ikkalkulat filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr l-aġġustament għall-korrispondenza u mingħajr il-miżuri tranżitorji l-oħra kollha, u ir-RKM ikkalkulat filwaqt li jitqiesu l-provvedimenti tekniċi mingħajr l-aġġustament għall-volatilità u mingħajr miżuri tranżitorji oħra.”

(kk)

Fil-formoli S.25.01 u S.25.02, ir-referenzi għal C0080 huma sostitwiti b'C0090, u r-referenzi għal C0090 huma sostitwiti b'C0120;

(ll)

Fil-formola S.25.02.C0030, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“C0030

Kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza

Ammont ta' allokazzjoni ta' kapital għal kull komponent irrispettivament mill-metodu tal-kalkolu (jew formula standard jew mudell intern parzjali), wara l-aġġustamenti għall-kapaċità tal-assorbiment tat-telf tal-provvedimenti tekniċi u/jew it-taxxi differiti meta jkunu inkorporati fil-kalkolu tal-komponent.

Għall-komponenti tal-Kapaċità tal-assorbiment tat-telf tal-provvedimenti tekniċi u/jew tat-taxxi differiti, meta jiġu divulgati bħala komponent separat, dan għandu jkun l-ammont ta' kapaċità tal-assorbiment tat-telf (dawn l-ammonti għandhom jiġu divulgati bħala valuri negattivi)

Għal komponenti kalkulati bl-użu tal-formula standard din iċ-ċellola tirrappreżenta r-RKSn gross. Għal komponenti kalkulati bl-użu tal-mudell intern parzjali, dan jirrappreżenta l-valur li jikkonsidra l-azzjonijiet tal-ġestjoni futuri li huma inkorporati fil-kalkolu, iżda mhux dawk li huma mudellati bħala komponent separat.

Dan l-ammont għandu jikkunsidra b'mod sħiħ l-effetti tad-diversifikazzjoni skont l-Artikolu 304 tad-Direttiva 2009/138/KE fejn applikabbli.

Dawn iċ-ċelloli jinkludu l-allokazzjoni tal-aġġustament minħabba l-aggregazzjoni tar-RKSn tar-RFF/MAP fil-livell tal-entità.”

3.

L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

Fil-formola S.19.01, minn C0170/R0100 sa R0260, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“minn C0170/R0100 sa R0260

Pretensjonijiet Grossi Mħallsa (mhux kumulattivi) — Fis-sena attwali

Total “Sena attwali” jirrifletti l-aħħar dijagonali (id-dejta kollha b'referenza għall-aħħar sena ta' rappurtar) minn R0100 sa R0250.

R0260 hija t-total ta' R0100 sa R0250.”

(b)

Fil-formola S.19.01, minn C0360/R0100 sa R0260, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“minn C0360/R0100 sa R0260

L-Aħjar Stima Gross tal-Provvedimenti għall-Pretensjonijiet — Tmiem is-sena (dejta skontata)

It-total ta' “Tmiem is-sena” jirrifletti l-aħħar dijagonal iżda mhux fuq bażi skontata (id-dejta kollha b'referenza għall-aħħar sena ta' rappurtar) minn R0100 sa R0250.

R0260 hija t-total ta' R0100 sa R0250.”

(c)

Fit-taqsima S.12.01, fil-parti intitolata “L-ammont tal-miżura tranżitorja fuq il-provvedimenti tekniċi”, it-tieni paragrafu tal-Istruzzjonijiet huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Dan il-valur għandu jkun divulgat bħala valur negattiv meta jnaqqas il-provvedimenti tekniċi.”;

(d)

Fil-formola S.17.01, minn C0020 sa C0170/R0290, C0180/R0290, minn C0020 sa C0170/R0300, C0180/R0300, minn C0020 sa C0170/R0310 u C0180/R0310, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Dan il-valur għandu jkun divulgat bħala valur negattiv meta jnaqqas il-provvedimenti tekniċi.”;

(e)

Fil-formola S.23.01.01.R0230/C0040 tiżdied ir-ringiela li ġejja wara d-deskrizzjoni:

“R0230/C0050

Tnaqqis għall-parteċipazzjonijiet f'istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu — Grad 3

Dan huwa l-ammont ta' tnaqqis għall-parteċipazzjonijiet f'istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu li huma mnaqqsin mill-grad 3 skont l-artikolu 68 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/35.”

4.

L-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2452 huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

Fil-formola S.23.01.R0440/C0040 tiżdied ir-ringiela li ġejja wara d-deskrizzjoni:

“R0440/C0050

Fondi proprji totali ta' setturi finanzjarji oħrajn – Grad 3

It-total ta' fondi proprji f'setturi finanzjarji oħrajn – Grad 3.

Il-fondi proprji totali mnaqqsa fiċ-ċellola R0230/C0010 jinġiebu lura hawnhekk wara l-aġġustament fil-fondi proprji mhux disponibbli skont ir-regoli settorjali rilevanti u wara t-tnaqqis skont l-Artikolu 228, il-paragrafu 2 tad-Direttiva 2009/138/KE.”

(b)

Fil-formola S.23.01.R0680/C0010, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“R0680/C0010

Ir-RKS tal-grupp

Ir-RKS tal-grupp huwa s-somma tar-RKS tal-grupp konsolidat ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 336 (a), (b), (c) u (d) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35 u r-RKS għal entitajiet inkluż permezz tad-D&A.”

(c)

Fil-formola S.25.01.R0220/C0100, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“R0220/C0100

Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza

Rekwiżit Kapitali kumplessiv inkluża s-supplimentazzjoni kapitali

L-ammont tar-rekwiżit kapitali tas-solvenza għal impriżi taħt il-metodu 1 kif definit fl-Artikolu 230 tad-Direttiva 2009/138/KE. Dan għandu jinkludi l-komponenti kollha tar-RKS konsolidat, inkluż ir-rekwiżiti kapitali ta' impriżi minn setturi finanzjarji oħra, ir-rekwiżit kapitali għal rekwiżiti ta' parteċipazzjoni mhux ikkontrollata u rekwiżit kapitali għal impriżi residwi.”

(d)

Fil-formola S.25.01.R0500/C0100, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“R0500/C0100

Ir-rekwiżit kapitali għal setturi finanzjarji oħrajn (rekwiżiti ta' kapital mhux tal-assigurazzjoni)

L-ammont ta' rekwiżit ta' kapital għal setturi finanzjarji oħra.

Din l-entrata hija biss applikabbli għar-rappurtar tal-grupp meta l-grupp jinkludi impriża li hija soġġetta għal rekwiżiti ta' kapital mhux tal-assigurazzjoni, bħalma hu bank, u huwa r-rekwiżit ta' kapital ikkalkolat skont ir-rekwiżiti xierqa.

R0500 hija mistennija li tkun ugwali għas-somma ta' R0510, R0520 u R0530.”

(e)

Fil-formola S.25.01.R0570/C0100, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“R0570/C0100

Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza

Ir-RKS kumplessiv għall-impriżi kollha irrispettivament mill-metodu użat.

Ir-rekwiżit kapitali tas-solvenza totali huwa mistenni li jkun ugwali għas-somma ta' R0220 u R0560.”

(f)

Fil-formola S.25.02.R0220/C0100, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“R0220/C0100

Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza

Ir-rekwiżit kapitali kumplessiv inkluż is-supplimentazzjoni kapitali għal impriżi taħt il-metodu 1 kif definit fl-Artikolu 230 tad-Direttiva 2009/138/KE. Dan għandu jinkludi l-komponenti kollha tar-RKS konsolidat, inkluż ir-rekwiżiti kapitali ta' impriżi minn setturi finanzjarji oħra, ir-rekwiżit kapitali għal rekwiżiti ta' parteċipazzjoni mhux ikkontrollata u rekwiżit kapitali għal impriżi residwi.”

(g)

Fil-formola S.25.02.R0500/C0100, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“R0500/C0100

Ir-rekwiżit kapitali għal setturi finanzjarji oħrajn (rekwiżiti ta' kapital mhux tal-assigurazzjoni)

L-ammont ta' rekwiżit ta' kapital għal setturi finanzjarji oħra.

Din l-entrata hija biss applikabbli għar-rappurtar tal-grupp meta l-grupp jinkludi impriża li hija soġġetta għal rekwiżiti ta' kapital mhux tal-assigurazzjoni, bħalma hu bank, u huwa r-rekwiżit ta' kapital ikkalkolat skont ir-rekwiżiti xierqa.

R0500 hija mistennija li tkun ugwali għas-somma ta' R0510, R0520 u R0530.”

(h)

Fil-formola S.25.02.R0570/C0100, ir-ringiela hija sostitwita b'dan li ġej:

“R0570/C0100

Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza

Ir-RKS kumplessiv għall-impriżi kollha irrispettivament mill-metodu użat.

Ir-rekwiżit kapitali tas-solvenza totali huwa mistenni li jkun ugwali għas-somma ta' R0220 u R0560.”


Top