EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1836R(02)

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill 2017/1836 tal-10 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 261, 11.10.2017)

ĠU L 309, 24.11.2017, p. 21–21 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1836/corrigendum/2017-11-24/2/oj

24.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/21


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill 2017/1836 tal-10 ta' Ottubru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 261 tal-11 ta' Ottubru 2017 )

Fil-paġna 1, il-premessa (2), it-tielet sentenza,

minflok:

“Dawn il-miżuri jkomplu jsaħħu l-miżuri restrittivi imposti mill-UNSCRs 1718 (2006), 1874(2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017) u 2371(2017) tal-KSNU (UNSCRs).”,

aqra:

“Dawn il-miżuri jkomplu jsaħħu l-miżuri restrittivi imposti mill-UNSCRs 1718 (2006), 1874(2009), 2087 (2013), 2094 (2013), 2270 (2016), 2321 (2016), 2356 (2017) u 2371(2017).”;

Fil-paġna 3, l-Artikolu 1, il-punt 3 (fejn jikkonċerna l-Artikolu 16g(2)(a)):

minflok:

“(a)

it-tranżazzjonijiet ma jkunux relatati mal-ġenerazzjoni ta' introjtu għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew …”,

aqra:

“(a)

it-tranżazzjonijiet ma jkunux relatati mal-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew …”;

Fil-paġna 3, l-Artikolu 1, il-punt 6 (rigward l-Artikolu 17a(1)),

minflok:

“Artikolu 17a

1.   B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 17(2), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw tali attivitajiet, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw impriżi konġunti jew entitajiet korporattivi mhux kummerċjali, proġetti infrastrutturali ta' servizzi pubbliċi li ma jiġġenerawx profitt, sakemm l-Istat Membru jkun kiseb l-approvazzjoni bil-quddiem mingħand il-Kumitat tas-Sanzjonijiet, skont il-każ individwali.”,

aqra:

“‘Artikolu 17a

1.   B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 17(2), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw tali attivitajiet, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw impriżi konġunti jew entitajiet kooperattivi mhux kummerċjali, proġetti infrastrutturali ta' servizzi pubbliċi li ma jiġġenerawx profitt, sakemm l-Istat Membru jkun kiseb l-approvazzjoni bil-quddiem mingħand il-Kumitat tas-Sanzjonijiet, skont il-każ individwali.”.


Top