EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D2187

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2187 tas-16 ta' Novembru 2017 li ttawwal il-perjodu tal-validità tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/179 li tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jipprovdu għal deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward il-materjal tal-injam tal-koniferi (Coniferales) għall-ippakkjar fil-forma ta' kaxxi tal-munizzjon li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika taħt il-kontroll tad-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti tal-Amerika (notifikata bid-dokument C(2017) 7489)

C/2017/7489

ĠU L 309, 24.11.2017, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/2187/oj

24.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/19


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2187

tas-16 ta' Novembru 2017

li ttawwal il-perjodu tal-validità tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/179 li tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jipprovdu għal deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward il-materjal tal-injam tal-koniferi (Coniferales) għall-ippakkjar fil-forma ta' kaxxi tal-munizzjon li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika taħt il-kontroll tad-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti tal-Amerika

(notifikata bid-dokument C(2017) 7489)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/179 (2) tippermetti lill-Istati Membri, permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/29/KE u flimkien mal-punt 2 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV ta' dik id-Direttiva, li jawtorizzaw l-introduzzjoni fit-territorju tagħhom ta' kaxxi tal-munizzjon magħmulin mill-materjal tal-imballar tal-injam li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(2)

Ladarba għadhom jgħoddu ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw din l-awtorizzazzjoni u ma hemm l-ebda informazzjoni ġdida li tagħti lok għal reviżjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi, dik l-awtorizzazzjoni għandha tiġi estiża.

(3)

Abbażi tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/179, u abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti tal-Istati Uniti, huwa xieraq li l-awtorizzazzjoni tiġġedded għal tliet (3) snin.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/179 tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/179, id-data “il-31 ta' Diċembru 2017” tinbidel għal “il-31 ta' Diċembru 2020”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/179 tal-4 ta' Frar 2015 li tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jipprovdu għal deroga minn ċerta dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward il-materjal tal-injam tal-koniferi (Coniferales) għall-ippakkjar fil-forma ta' kaxxi tal-munizzjon li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika taħt il-kontroll tad-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 30, 6.2.2015, p. 38).


Top